EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018PC0472

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

COM/2018/472 final

Brussell,13.6.2018

COM(2018) 472 final

2018/0250(COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

{SWD(2018) 347 final}
{SWD(2018) 348 final}
{SEC(2018) 315 final}


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.KUNTEST TAL-PROPOSTA

Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Matul dawn l-aħħar snin, it-theddidiet għas-sigurtà intensifikaw u ddiversifikaw fl-Ewropa. Seħħew fil-forma ta’ attakki terroristiċi, tipi ġodda ta’ kriminalità organizzata, kif ukoll bħala ċiberkriminalità. Is-sigurtà għandha intrinsikament dimensjoni transfruntiera u għaldaqstant jinħtieġ rispons tal-UE b’saħħtu u kkoordinat. Lil hinn mill-isfidi tas-sigurtà interna, l-Ewropa qed tiffaċċja theddid estern kumpless li l-ebda Stat Membru ma jista’ jaffronta waħdu. L-azzjoni tal-UE pprovdiet reazzjoni komprensiva u rapida li tfasslet fl-Aġenda tal-2015 dwar is-Sigurtà. Is-sigurtà se tibqa’ kwistjoni importanti għall-UE għas-snin li ġejjin u ċ-ċittadini tal-Ewropa jistennew li l-Unjoni u l-gvernijiet nazzjonali tagħhom jipprovdu s-sigurtà f’dinja inċerta u li qed tinbidel b’rata mgħaġġla.

L-isfidi li qed tiffaċċja l-Unjoni, b’mod partikolari mit-terroriżmu internazzjonali, ma jistgħux jiġu ttrattati mill-Istati Membri individwali waħedhom u mingħajr l-appoġġ finanzjarju u tekniku tal-UE. Fi żmien meta t-terroriżmu u kriminalità serja oħra joperaw bejn il-fruntieri, l-Istati Membri għad għandhom ir-responsabbiltà li liċ-ċittadini tagħhom jipprovdulhom is-sigurtà pubblika, f’konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali tal-UE, iżda l-UE tista’ tappoġġa dawn l-azzjonijiet. F'dan ir-rigward, it-Trattati jipprevedu l-ħtieġa li jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri preventivi, u permezz ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn il-pulizija, l-awtoritajiet ġudizzjarji u awtoritajiet kompetenti oħra.

L-aġenziji deċentralizzati, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (European Union Agency for Law Enforcement Cooperation, Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (European Union Agency for Law Enforcement Training, CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) jaqdu rwol operazzjonali, ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ importanti fl-implimentazzjoni tal-prijoritajiet, tal-għanijiet u tal-attivitajiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà.

Il-Fond għas-Sigurtà Interna ġie mwaqqaf biex jiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera u l-skambju ta’ informazzjoni bejn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi ta’ Stat Membru u awtoritajiet rilevanti oħra, b’mod partikolari billi jippermetti l-interoperabbiltà ta’ sistemi ta’ informazzjoni differenti tal-UE għas-sigurtà, billi jagħmel il-ġestjoni tal-fruntieri u tal-migrazzjoni aktar effikaċi u effiċjenti, u billi jiffaċilita azzjonijiet operattivi konġunti, kif ukoll billi jipprovdi appoġġ għat-taħriġ, għall-bini ta’ faċilitajiet essenzjali rilevanti għas-sigurtà, sabiex jiġi stabbilit il-ġbir u sabiex jiġu pproċessati r-reġistri tal-ismijiet tal-passiġġieri, f’konformità mal-acquis rilevanti tal-UE, u sabiex jinxtara t-tagħmir tekniku neċessarju. Dan għandu l-għan li jintensifika l-kooperazzjoni operattiva transfruntiera marbuta mal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni tal-kriminalità transfruntiera, u li jappoġġa l-isforzi mmirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet biex tiġi evitata din it-tip ta’ kriminalità inkluż it-terroriżmu, b’mod partikolari permezz ta’ aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u sħab privati mill-Istati Membri.

Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, li Tagħti s-Setgħa u li Tiddefendi 1 tipproponi li timmultiplika l-finanzjament tal-Unjoni għas-sigurtà interna b’fattur ta’ 1,8 meta mqabbel mal-perjodu attwali mill-2014 sal-2020, sabiex tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni u fl-istess ħin issaħħaħ ir-rwol tal-Aġenziji deċentralizzati f’dan il-qasam. Din il-proposta madankollu ma tkoprix il-fondi allokati għall-Aġenziji u tirregola biss il-Fond għas-Sigurtà Interna li jikkontribwixxi biex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni. Il-pakkett finanzjarju għall-Fond għas-Sigurtà Interna fil-perjodu mill-2021 sal-2027 se jkun ta’ EUR 2,5 biljun (bi prezzijiet attwali).

L-isfida ewlenija li l-proposta għandha l-għan li tindirizza hija l-ħtieġa għal aktar flessibbiltà fil-ġestjoni tal-Fond futur, meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmar attwali, iżda wkoll l-għodod biex jiġi żgurat li l-finanzjament jiġi ggwidat lejn il-prijoritajiet u l-azzjonijiet tal-UE li jkollhom valur miżjud sinifikanti għall-Unjoni. Mekkaniżmi ġodda għall-allokazzjoni tal-fondi bejn ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta huma meħtieġa biex jiġu indirizzati sfidi u prijoritajiet ġodda.

Il-finanzjament jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża mill-Istati Membri kif ukoll permezz ta’ ġestjoni diretta / indiretta mill-Kummissjoni.

L-aktar fatt importanti fit-tqassim tal-finanzjament hija l-flessibbiltà biex jiġi ddeterminat il-metodu ta’ implimentazzjoni t-tajjeb u t-temi li għalihom jeħtieġ li jiġu allokati l-fondi, filwaqt li tinżamm massa kritika ta’ finanzjament bil-quddiem għal investimenti strutturali kbar pluriennali li jikkonformaw mal-ħtiġijiet tal-Istati Membri biex ikomplu jiġu żviluppati s-sistemi ta’ sigurtà tagħhom. L-allokazzjoni tal-fondi se tqis bis-sħiħ il-ħtieġa li l-Istati Membri jkunu kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni u l-ħtieġa li l-investimenti jiġu ffukati fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-UE.

L-allokazzjoni tal-fondi għall-programmi tal-Istati Membri se tkun ibbażata fuq gwida għat-tqassim bi tliet kriterji 1) il-prodott domestiku gross, 2) id-daqs tal-popolazzjoni u 3) il-popolazzjoni tal-Istat. Hemm propost li l-kriterji differenti jingħataw importanza kif ġej: 45 % fi proporzjon invers għall-prodott domestiku gross, 40 % fi proporzjon tad-daqs tal-popolazzjoni u 15 % fi proporzjon għad-daqs tat-territorju ta’ l-Istat Membru.

Is-sehem għall-programmi tal-Istati Membri huwa ta’ 60 % tal-pakkett totali tal-Fond. Hemm propost li l-Istati Membri jiġu pprovduti b’50 % tal-pakkett fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li perjodikament il-pakkett ikollu żieda supplimentari. Hemm maħsub li żieda supplimentari waħda fissa ta’ 10 % tal-pakkett ta’ finanzjament se ssir f’nofs it-terminu (bl-aġġustament tekniku tal-gwida għat-tqassim suġġett għall-prestazzjoni finanzjarja, li skontha l-Istat Membru kellu jippreżenta t-talbiet għall-ħlas li jkopru mill-inqas 10 % tal-ammont inizjali tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament).

L-40 % li jifdal tal-pakkett finanzjarju kumplessiv jenħtieġ li jiġu amministrati permezz ta’ faċilità tematika, li perjodikament tipprovdi finanzjament għal għadd ta’ prijoritajiet definiti fid-deċiżjonijiet ta’ finanzjament tal-Kummissjoni. Din il-faċilità toffri flessibbiltà fil-ġestjoni tal-Fond bl-iżborż ta’ fondi għall-assistenza teknika b'inizjattiva tal-Kummissjoni, u għall-komponenti li ġejjin:

appoġġ għal azzjonijiet speċifiċi, billi tipprovdi finanzjament addizzjonali għal azzjonijiet speċifiċi b’valur miżjud għoli tal-UE, permezz tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri;

appoġġ għal azzjonijiet tal-Unjoni, ġestiti permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta; u

l-assistenza ta’ emerġenza.

L-ipprogrammar ta’ azzjonijiet permezz tal-faċilità tematika se jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali u pluriennali adottati b’Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni. Il-faċilità se tagħmilha possibbli li jiġu indirizzati prijoritajiet ġodda jew biex tittieħed azzjoni urġenti, u biex dawn jiġi implimentati permezz tal-metodu ta’ implimentazzjoni li qiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex l-għan tal-politika jintlaħaq.

Hija meħtieġa iktar simplifikazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istrument, b’mod partikolari billi jiġi żgurat approċċ koerenti mar-regoli applikabbli għall-ġestjoni ta’ Fondi tal-Unjoni oħra (“ġabra unika tar-regoli”), li tingħata gwida aħjar dwar is-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u dwar ir-rekwiżiti tal-awditjar, u billi jiġi żgurat li r-regoli ta’ eliġibbiltà b'ġestjoni konġunta jagħmlu użu sħiħ mill-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati (simplified cost options, SCOs). Huwa importanti wkoll li jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-UE fl-oqsma ta’ intervent u li jiġi implimentat qafas imtejjeb ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni biex b’hekk tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fondi fuq il-bażi tal-prestazzjoni.

Din il-proposta tipprevedi data ta' applikazzjoni mill-1 ta' Jannar 2021 u hija ppreżentata f’isem Unjoni ta' 27 Stat Membru, b'konformità man-notifika tar-Renju Unit bl-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea u l-Euratom fuq il-bażi tal-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li l-Kunsill Ewropew irċieva fid-29 ta' Marzu 2017.

Konsistenza mad-dispożizzjonijiet ta’ politika eżistenti fil-qasam ta’ politika

Il-Fond għas-Sigurtà Interna jibni fuq l-investimenti u l-kisbiet tal-istrumenti preċedenti tiegħu:

(i) Il-programm tas-“sigurtà u s-salvagwardja tal-libertajiet”, li kien jikkonsisti fi programmi speċifiċi għall-“prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata” (ISEC) u għall-“l-prevenzjoni, l-istat ta' tħejjija u l-immaniġġar tal-konsegwenzi tat-terroriżmu u riskji oħra relatati massigurtà''” (CIPS) fil-perjodu 2007-2013;

(ii) l-istrument għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u għall-immaniġġar tal-kriżijiet (ISF-P), li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 2 u fforma parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 u

(iii)l-parti marbuta mal-politika dwar id-drogi tal-programm dwar il-Ġustizzja stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 3 għall-perjodu 2014-2020.

L-istrumenti ta’ hawn fuq appoġġaw b’mod ġenerali l-politiki tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna, pereżempju dwar il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità (inklużi l-ġlieda kontra t-terroriżmu, it-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u l-Europol), u l-immaniġġar tal-kriżijiet (il-protezzjoni tan-nies u l-infrastruttura kritika) u l-ġlieda kontra l-kuntrabandu tad-drogi.

Il-ħidma fil-Fond għas-Sigurtà Interna tenħtieġ li tkun konsistenti ma’ dik tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA). Il-Fond se jaħdem f’kumplimentarjetà sħiħa ma’ dawn l-aġenziji. Il-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, Tagħti s-Setgħa u Tiddefendi 4 , tipproponi li jiġi allokat l-ammont ta’ EUR 1 128 000 000 (bi prezzijiet kurrenti) għall-aġenziji tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà. Dan ir-Regolament ma jkoprix il-finanzjament għal dawn l-aġenziji. Il-finanzjament tagħhom huwa ddeterminat fil-proċedura baġitarja annwali regolari.

Konsistenza ma’ politiki oħra tal-Unjoni

L-iskala u l-importanza, kif ukoll in-natura trażversali u li tevolvi tat-theddid għas-sigurtà jeħtieġu rispons ikkoordinat tal-UE kif ukoll l-intervent tal-istrumenti kollha tal-UE. Is-sigurtà hija kwistjoni trażversali u l-Fond għas-Sigurtà Interna jekk ma jkollux sinerġiji ma’ strumenti ta’ finanzjament oħra ma jistax jipprovdi rispons tal-UE effettiv. Is-sigurtà hija għalhekk indirizzata f’diversi programmi tal-Unjoni. L-ewwel nett, is-sigurtà se tkun indirizzata f’sinerġija u f’koerenza mal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni kif ukoll mal-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (li jikkonsisti fi strument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi u fi strument għat-tagħmir ta’ kontroll doganali). Is-sorveljanza jiġifieri l-kxif ta’ kuntrabandu ta’ oġġetti illegali, splussivi, prekursuri, migrazzjoni illegali u l-investigazzjoni tas-sigurtà fil-fruntieri esterni huma essenzjali sabiex tinżamm is-sigurtà globali tal-UE. Element ewlieni ieħor tas-sinerġija ma’ politiki tal-migrazzjoni u tal-fruntieri se jinħoloq bl-espansjoni kbira tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għal status operazzjonali sħiħ, b’korp permanenti ta’ madwar 10 000 gwardja tal-fruntiera 5 .

Barra minn hekk is-sinerġija u l-koerenza huma importanti fil-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni, fir-rigward tar-riċerka għas-sigurtà li tagħmel parti minn Orizzont Ewropa, il-Programm Ewropa Diġitali, il-Programm dwar il-Ġustizzja u l-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri. Minħabba l-konnessjonijiet intrinsiċi bejn is-sigurtà u l-ġustizzja fil-prattika, se jkun hemm ukoll sinerġiji partikolari bejn il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Programm dwar il-Ġustizzja f’termini ta' għoti ta' protezzjoni adegwata lil vittmi ta’ reati, finanzjament ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunta u taħriġ ġudizzjarju, żgurar tal-interoperabbiltà mas-sistema Ewropea ta’ informazzjoni ta’ rekords kriminali, titjib ta’ kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u kooperazzjoni bejn l-aġenziji fl-oqsma tal-ġustizzja u s-sigurtà, inkluż permezz ta’ aġenziji relatati mal-ġustizzja bħalma huma l-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Fil-qasam tal-politika dwar id-droga hemm sinerġiji mal-Fond Soċjali Ewropew+, b’mod partikolari l-komponent tas-saħħa tiegħu. Għandhom jinstabu wkoll sinerġiji fil-qasam tas-sigurtà tal-infrastruttura u tal-ispazji pubbliċi, taċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. L-FSE+ jista’ jkollu rwol importanti fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni permezz ta’ integrazzjoni aħjar, u l-FEŻR kif ukoll InvestEU jista’ jkollhom rwol ewlieni biex tiżdied is-sigurtà tal-investimenti fl-infrastruttura fl-Unjoni filwaqt li ċ-ċibersigurtà tista’ tiġi indirizzata billi tiżdied is-sigurtà tas-sistemi tal-IT. Din il-kwistjoni hija bħas-sigurtà ta’ fenomeni transfruntiera u transsettorjali, u element importanti tal-programm Ewropa Diġitali, għaldaqstant iridu jiġu żgurati sinerġiji mal-Fond għas-Sigurtà Interna.

Is-sigurtà fi kwistjonijiet u azzjonijiet globali lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà interna tal-Unjoni. Għaldaqstant miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom se jkomplu jkunu appoġġati permezz tal-Fond, iżda jenħtieġ li jiġu implimentati f’sinerġija u f’koerenza sħiħa ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni inkluż l-istrument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’oqsma ta’ interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta’ investigazzjoni konġunti), il-kriminalità u l-korruzzjoni serji u organizzati, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali. Is-sigurtà hija wkoll marbuta mill-qrib mad-difiża, u fil-qasam tad-difiża l-Unjoni trid tieħu responsabbiltà akbar biex tipproteġi l-interessi, il-valuri kif ukoll l-istil ta’ ħajja Ewropea tagħha.

2.BAŻI ĠURIDIKA, SUSSIDJARJETÀ U PROPORZJONALITÀ

Bażi ġuridika

Id-dritt tal-UE biex taġixxi fil-qasam tal-affarijiet interni jirriżulta mill-Artikolu 3(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) li jistipula li “l-Unjoni għandha toffri liċ-ċittadini tagħha spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr fruntieri interni, li fih il-moviment liberu tal-persuni jkun assigurat flimkien ma' miżuri xierqa f'dak li jirrigwarda l-kontrolli tal-fruntieri esterni, l-ażil, l-immigrazzjoni kif ukoll il-prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontriha”.

L-azzjoni tal-Unjoni hi ġġustifikata fuq il-bażi tal-għanijiet msemmija fl-Artikolu 67 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni (TFUE), li jistabbilixxi l-mezzi li jikkostitwixxu spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. Qed tinġibed l-attenzjoni wkoll għall-Artikolu 80 TFUE li jenfasizza li dawn il-politiki tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom ikunu rregolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji tiegħu bejn l-Istati Membri.

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-Artikoli 82(1), 84 u 87(2) TFUE, li jikkostitwixxu l-bażijiet legali kompatibbli fid-dawl taċ-ċirkustanzi legali speċifiċi li japplikaw għatteħid tad-deċiżjonijiet permezz tat-Titolu V TFUE.

Dan ir-Regolament se jipprovdi appoġġ finanzjarju fuq il-bażi ta’ politika komuni tal-Unjoni (strateġiji, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni), leġiżlazzjoni, kooperazzjoni prattika u valutazzjonijiet tat-theddid u tar-riskju. Bħala konsegwenza, il-programm li attwalment jipprovdi appoġġ finanzjarju f’dan il-qasam ta’ politika (ISF-Pulizija) jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021, suġġett għar-regoli tranżitorji.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fid-29 ta’ Mejju 2018 adottat proposta għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni 6 sabiex ittejjeb il-koordinazzjoni u tarmonizza l-implimentazzjoni tal-appoġġ permezz tal-ġestjoni kondiviża, bil-għan ewlieni jkun li jiġi ssimplifikat it-twassil tal-politika. Il-parti tal-ġestjoni kondiviża tal-ISF hija koperta minn dawn id-dispożizzjonijiet komuni.

Id-diversi Fondi f’ġestjoni kondiviża għandhom għanijiet kumplimentari u jħaddnu l-istess mod ta’ ġestjoni, għaldaqstant ir-Regolament (UE) Nru [CPR] jistabbilixxi sensiela ta’ prinċipji komuni bħalma hija s-sħubija. Dan ir-Regolament fih ukoll l-elementi komuni strateġiċi tal-ippjanar u ta’ programmar, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-Ftehim ta’ Sħubija li għandhom jiġu konklużi ma’ kull Stat Membru, u jistabbilixxi approċċ komuni għall-orjentazzjoni tal-prestazzjoni tal-Fondi. Għalhekk, dan jinkludi kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u l-arranġamenti għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni. Hemm stabbiliti wkoll dispożizzjonijiet komuni rigward ir-regoli ta’ eliġibbiltà, il-ġestjoni finanzjarja u l-arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll.

Sussidjarjetà (għall-kompetenza mhux esklużiva)

Il-ġestjoni tat-theddid għas-sigurtà tippreżenta sfidi li ma jistgħux jiġu ttrattati mill-Istati Membri li jaġixxu waħidhom. Kollox ma’ kollox, dan hu qasam fejn b’mod ċar hemm valur miżjud fl-interventi tal-Unjoni u fil-mobilizzazzjoni tal-baġit tal-UE.

Fil-qasam tas-sigurtà, il-kriminalità serja u organizzata, it-terroriżmu u theddid ieħor marbut mas-sigurtà dejjem qed isiru aktar transfruntiera fin-natura tagħhom. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma essenzjali jekk dan it-theddid irid jiġi pprevenut u indirizzat, pereżempju permezz tal-iskambju ta' informazzjoni, investigazzjonijiet konġunti, teknoloġiji interoperabbli u valutazzjonijiet tar-riskju u dwar theddid komuni. L-appoġġ finanzjarju permezz ta’ dan ir-Regolament se jgħin biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej f’dawk l-oqsma ta’ politika, billi jiffaċilitaw it-twaqqif ta’ qafas tal-Unjoni biex tiġi espressa s-solidarjetà kif ukoll pjattaforma għall-iżvilupp ta’ sistemi tal-IT komuni li hija l-bażi ta’ dawn il-politiki.

Huma meħtieġa riżorsi u kapaċitajiet sostanzjali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu ħsieb is-sigurtà tal-UE. It-titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni operazzjonali li jinvolvu l-kondiviżjoni ta' riżorsi joħloq ekonomiji tal-kobor u sinerġiji li jiżguraw użu aktar effiċjenti ta' fondi pubbliċi u t-tisħiħ tas-solidarjetà, il-fiduċja reċiproka u l-kondiviżjoni tarresponsabbiltà għall-politiki komuni tal-UE. Dan huwa rilevanti b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà fejn l-appoġġ finanzjarju għall-forom kollha ta’ operazzjoni konġunta transfruntiera huwa essenzjali biex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-pulizija, id-dwana, il-gwardji tal-fruntieri u l-awtoritajiet ġudizzjarji.

Fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-affarijiet interni, huwa ċar li l-adozzjoni ta’ miżuri u l-ġbir flimkien ta’ riżorsi fil-livell tal-UE se jżidu b'mod sinifikanti s-saħħa li l-UE tenħtieġ biex tipperswadi pajjiżi oħra sabiex jimpenjaw ruħhom magħha rigward il-kwistjonijiet relatati massigurtà li huma primarjament fl-interess tal-UE u tal-Istati Membri.

Din il-proposta tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, billi l-biċċa l-kbira tal-finanzjament se jiġi implimentat permezz ta’ ġestjoni kondiviża f’konformità mal-kompetenzi istituzzjonali tal-Istati Membri, filwaqt li jiġi kompletament rikonoxxut li l-intervent jenħtieġ li jseħħ f’livell xieraq u li r-rwol tal-Unjoni ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ.

Proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, u taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni marbut ma’ azzjoni fl-ispazju tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja, kif definit fit-Titolu V TFUE. L-għanijiet u l-livelli ta’ finanzjament korrispondenti mhumiex proporzjonali għal dak li l-Fond qed jimmira li jilħaq. L-azzjonijiet previsti minn din il-proposta jindirizzaw d-dimensjoni Ewropea tal-kooperazzjoni tal-pulizija.

Għażla tal-istrument

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi stabbilit Fond għas-Sigurtà Interna.

3.RIŻULTATI TAL-EVALWAZZJONIJIET EX POST, TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET IKKONĊERNATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-evalwazzjonijiet ex post / il-kontrolli tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-proposta tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet tal-istrumenti ta’ finanzjament preċedenti għall-kooperazzjoni tal-pulizija. Hija tibni fuq l-evalwazzjoni ex post tas-CIPS u tal-ISEC, li kienu l-istrumenti fil-perjodu ta’ programmar 2007-2013, u l-evalwazzjoni interim tal-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-kooperazzjoni tal-pulizija, għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u għall-immaniġġar tal-kriżijiet, li huwa l-Fond għall-perjodu attwali (2014-2020). F’termini ta’ kriterji ta’ valutazzjoni differenti, ir-riżultati kienu kif ġej:

L-istrument tal-pulizija (ISF-P) kien fil-qofol tiegħu effettiv u kkontribwixxa għal livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni permezz tal-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità serja u organizzata transfruntiera, inkluż it-terroriżmu, u saħħaħ il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn lawtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Għen ukoll biex tittejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri biex jiġġestixxu b’mod effettiv ir-riskji relatati mas-sigurtà u l-kriżijiet u, sa ċertu punt, biex jipproteġu lin-nies u l-infrastrutturi kritiċi kontra l-attakki terroristiċi u inċidenti oħra relatati mas-sigurtà. L-evidenza tindika li għen biex jiġu msaħħa l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-korpi Ewropej, u biex tittejjeb il-kapaċità tal-Istati Membri biex jiżviluppaw valutazzjonijiet komprensivi tat-theddid u tar-riskju, għalkemm fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni ffinanzja relattivament għadd żgħir ta’ proġetti. Diversi azzjonijiet ġew iffinanzjati mill-Unjoni fil-qasam ta’ twissija bikrija u ta’ kooperazzjoni għall-prevenzjoni ta’ kriżijiet (pereż. in-netwerk ATLAS).

Madankollu, sal-lum l-ISF-P għamel progress limitat sabiex jiġu msaħħa l-kapaċitajiet amministrattivi u operattivi tal-Istati Membri u sabiex jiġu protetti l-infrastruttura kritika u l-vittmi u jiġu żviluppati skemi ta’ taħriġ u programmi ta’ skambju kif ukoll tittieħed azzjoni ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet internazzjonali, għalkemm il-biċċa l-kbira tal-proġetti relatati ma’ dawn l-għanijiet operattivi għadhom għaddejjin.

B’mod ġenerali rigward l-effiċjenza, fil-limiti tad-data disponibbli, l-evalwazzjoni indikat li r-riżultati tal-istrument ntlaħqu b’kostijiet raġonevoli f’termini kemm ta’ riżorsi umani kif ukoll finanzjarji. Xi Stati Membri waqqfu miżuri ta’ effiċjenza nazzjonali. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jiffaċċjaw problemi mal-gwida, mal-indikaturi komuni u mal-kalendarju ta’ rappurtar / ta’ monitoraġġ tal-UE. Minkejja titjib fis-simplifikazzjoni, il-piż amministrattiv perċepit jista’ jiġi kkunsidrat li xekkel l-effiċjenza.

Il-ġabra unika ta’ proċeduri għat-tliet fondi (il-Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija, il-Fond għas-Sigurtà Interna - l-Istrument tal-Fruntieri u tal-Viżi (Internal Security Fund - Borders and Visa, ISF-BV) u l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum, Migration and Integration Fund, AMIF)) instab li jwasslu għal simplifikazzjoni. Il-ftit Stati Membri li użaw l-opzjonijiet relatati mal-kostijiet issimplifikati rrikonoxxew l-effiċjenza tiegħu fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv. Madankollu, il-miżuri ta’ simplifikazzjoni u l-miżuri biex jitnaqqas il-piż amministrattiv laħqu biss parzjalment il-miri maħsuba minnhom. Minkejja titjib fis-simplifikazzjoni, f’dan l-istadju ftit hemm evidenza ta’ tnaqqis sinifikanti fil-piż amministrattiv. Miżuri ta’ monitoraġġ, rappurtar u kontroll għadhom jitqiesu li huma ta’ piż u l-Istati Membri talbu għal aktar gwida biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-UE. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar u l-irrilevanza ta’ xi indikaturi kienu wkoll irrapportati li jżidu l-piż amministrattiv.

Il-ħsieb u l-għanijiet tal-istrument oriġinali għadhom rilevanti fil-perjodu ta’ wara l-kriżi migratorja u tas-sigurtà. Ġew stabbiliti mekkaniżmi xierqa biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet li qed jinbidlu kemm fil-fażi ta’ programmar kif ukoll f’dik ta’ implimentazzjoni. Il-flessibbiltà offruta mill-istrument (il-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ fondi bejn l-għanijiet) għenu biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet dejjem jinbidlu; madankollu, l-Istati Membri japprezzaw il-flessibbiltà akbar li tirriżulta mit-tnaqqis fl-għadd ta’ għanijiet nazzjonali u mit-tneħħija tal-livelli minimi ta’ allokazzjoni għal kull għan.

L-istrument huwa meqjus bħala koerenti u l-għanijiet tiegħu huma komplementari ma’ dawk ta’ politiki nazzjonali oħra. Il-koerenza u l-komplementarjetà ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE kienu żgurati fl-istadji ta’ tfassil, ta’ programmar u ta’ implimentazzjoni. Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà fl-istadju ta’ implimentazzjoni. Il-kumitat ta’ monitoraġġ u l-awtoritajiet responsabbli għandhom rwol essenzjali fl-iżgurar tal-koerenza. Modi ta’ implimentazzjoni differenti kienu kumplimentari għal xulxin. Madankollu, jidher li hemm xi lok għal titjib fir-rigward tal-aġenziji tal-UE u tal-koerenza interna, billi ftit li xejn hemm għarfien fost il-benefiċjarji dwar l-azzjonijiet u l-proġetti fil-qafas tal-ISF.

B’mod ġenerali, l-istrument żgura valur miżjud tal-UE f’termini ta’ titjib fil-kooperazzjoni transfruntiera, l-iskambju tal-għarfien u l-aħjar prattiki, fil-fiduċja fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki ewlenin tal-UE (l-effetti tal-proċedura). Ikkontribwixxa wkoll biex twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni u tjiebet il-kwalità tal-azzjonijiet f’termini ta’ investiment f’oqsma li mhumiex mogħtija prijorità jew li huma speċjalizzati ħafna. Ix-xiri ta’ tagħmir tal-ogħla livell teknoloġiku tejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet nazzjonali biex iwettqu interventi speċjalizzati b’kamp ta’ applikazzjoni aktar wiesa’. L-istrument wassal ukoll sabiex jitwessgħu t-tipi ta’ skambji tal-għarfien u ta’ taħriġ flinfurzar talliġi (l-effetti tal-kamp ta’ applikazzjoni). Ikkontribwixxa għall-armonizzazzjoni tar-riċerka fil-livell ta’ UE dwar il-prevenzjoni tal-kriminalità, iffaċilita aktar investimenti u ffoka fuq miżuri ta’ terminu twil f’dan il-qasam. Ippermetta wkoll investimenti ta’ volum għoli, speċjalment fis-sistemi tal-IT, fit-taħriġ u fit-tagħmir speċjalizzat (l-effetti tal-volum). In-nuqqas ta’ finanzjament mill-ISF-P kien ikun detrimentali għall-kwalità tar-reazzjoni tal-UE għall-kooperazzjoni transfruntiera u għall-kapaċità tal-Istati Membri biex jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi (l-effetti tar-rwol).

Is-sostenibbiltà tal-istrument ġiet żgurata permezz tal-allinjament u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tiegħu ma’ azzjonijiet żviluppati bħala rispons għall-prijoritajiet nazzjonali jew ir-rekwiżiti tal-UE. Miżuri komprensivi u mekkaniżmi li jiżguraw is-sostenibbiltà ġew stabbiliti fl-istadji ta’ programmar u ta’ implimentazzjoni, kemm permezz ta’ ġestjoni kondiviża kif ukoll dik diretta. Madankollu, l-implimentazzjoni kontinwa ta’ ħafna mill-proġetti tagħmilha diffiċli li jiġi stabbilit jekk l-effetti fuq il-gruppi fil-mira u fuq l-oqsma speċifiċi humiex se jdumu.

Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

Twettqu żewġ konsultazzjonijiet pubbliċi speċifiċi miftuħa dwar il-fondi tal-UE fl-oqsma tal-migrazzjoni u tas-sigurtà mill-10 ta’ Jannar sad-9 ta’ Marzu 2018. B’mod ġenerali, dawk li wieġbu enfasizzaw il-ħtieġa għal simplifikazzjoni fit-twassil tal-istrumenti ta' finanzjament tal-affarijiet interni, aktar flessibbiltà (b’mod speċifiku fir-rigward tal-kapaċità ta’ rispons għallkriżijiet ta’ migrazzjoni u relatati mas-sigurtà) u aktar finanzjament u appoġġ f’oqsma b’livelli għolja ta’ kondiviżjoni tar-responsabbiltà (fl-ażil u l-ġestjoni tal-fruntieri) u / jew ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-aġenziji responsabbli mill-affarijiet interni. It-tweġibiet juru li dawn il-miżuri jkunu jistgħu jtejbu l-effikaċja u l-effiċjenza tal-istrumenti u l-valur miżjud tal-UE. Partijiet ikkonċernati ġibdu l-attenzjoni dwar il-bżonn ta’ aktar pressjoni fil-politika tal-affarijiet interni f’pajjiżi terzi.

L-awtoritajiet responsabbli tal-Istati Membri ġew ikkonsultati fil-qafas tal-Kumitat AMIF-ISF. L-Istati Membri pprovdew kontribut dwar il-prijoritajiet prinċipali ta’ finanzjament, il-problemi, l-istruttura tal-Fondi u l-metodi ta’ implimentazzjoni. Ġew wkoll ikkonsultati partijiet kkonċernati ewlenin oħra u benefiċjarji tal-finanzjament tal-AMIF u tal-ISF permezz ta’ ġestjoni diretta u indiretta, bħal organizzazzjonijiet internazzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif kienu kkonsultati l-aġenziji tal-affarijiet interni.

Il-partijiet ikkonċernati qablu li sabiex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-UE, l-infiq tal-UE jenħtieġ li jirrifletti l-prijoritajiet u l-impenji politiċi fillivell tal-UE u li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE marbut mal-affarijiet interni. Huma talbu li jkun hemm disponibbli biżżejjed fondi sabiex jiġu ffaċċjati l-isfidi attwali u emerġenti ġodda. Għandu jkun disponibbli wkoll biżżejjed finanzjament għall-aġenziji tal-affarijiet interni, f’konformità mal-attivitajiet li dejjem qed jiżdiedu tagħhom. Il-partijiet ikkonċernati qablu dwar il-bżonn li tinbena aktar flessibbiltà fl-istruttura tal-fondi. Sabu li sabiex tinżamm biżżejjed flessibbiltà, jenħtieġ li jinżammu l-programmi nazzjonali pluriennali sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu. L-organizzazzjonijiet mhux governattivi kienu tal-fehma li l-ġestjoni diretta jenħtieġ li titkompla wkoll.

Dawn il-konsultazzjonijiet ikkonfermaw kunsens ġenerali fost il-partijiet ikkonċernati ewlenin dwar il-ħtieġa li tinżamm azzjoni b’kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ għall-finanzjament tal-UE, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni esterna tagħha, sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-politiki tal-affarijiet interni, jkomplu jiġu ssimplifikati l-mekkaniżmi ta’ twassil u għal aktar flessibbiltà, b’mod partikolari biex jirrispondu għall-emerġenzi.

Ġbir u użu tal-kompetenzi

Il-ħidma fuq il-preparazzjoni tal-istrumenti finanzjarji futuri għall-affarijiet interni bdiet fl-2016 u kompliet fl-2017 u fl-2018. Bħala parti minn din il-ħidma, saru studji tal-QFP fl-2017 sabiex tiġi appoġġata l-valutazzjoni tal-impatt li tnediet f’Settembru 2017. Dawn l-istudji ġabru flimkien ir-riżultati disponibbli minn evalwazzjonijiet tal-istrumenti finanzjarji eżistenti u minn konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati, u esploraw il-problemi, l-għanijiet u l-opzjonijiet ta’ politika, inkluż l-impatt probabbli tagħhom, skont kif eżaminat fil-valutazzjoni tal-impatt.

Valutazzjoni tal-impatt

Twettqet valutazzjoni tal-impatt għall-proposta. Il-valutazzjoni tal-impatt kopriet dan li ġej: il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, li huwa magħmul mill-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viżi u mill-Istrument għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali. L-iskeda tas-sommarju tal-valutazzjoni tal-impatt u l-opinjoni pożittiva tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju jinsabu fis-sit web li ġej http://ec.europa.eu/transparency/regdoc/?fuseaction=ia&language=mt .

Ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt janalizza opzjonijiet politiċi differenti f’termini ta’ kif il-finanzjament se jingħata, filwaqt li jindirizza l-koerenza u l-komplementarjetà ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE, id-dimensjoni esterna tal-finanzjament fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà, il-flessibbiltà f’ambjent finanzjarju stabbli (inkluża l-faċilità tematika), il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni (il-ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta), il-possibbiltà li tingħata assistenza ta’ emerġenza kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ rieżami ta’ nofs it-terminu. L-opzjoni ppreferuta hija taħlita ta’ opzjonijiet li jibnu fuq ir-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni ex post tal-Fondi preċedenti (il-perjodu ta’ programmar 2007-2013) u l-evalwazzjonijiet interim għall-Fondi attwali (il-perjodu ta’ programmar 2014-2020).

Il-valutazzjoni ta’ l-impatt tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju. It-tabella ta’ hawn taħt tiddeskrivi l-kunsiderazzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet prinċipali għal titjib li ġew riċevuti għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viżi (bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri) u l-Fond għas-Sigurtà Interna, u kif ir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt ġie emendat biex jirrifletti dan.

Il-kunsiderazzjonijiet ewlenin tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju

Modifiki fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt

Ir-rapport ma jispjegax kif żieda fil-kompetenza tal-UE f’dawn l-oqsma [tal-affarijiet interni] u rwol ikbar tal-aġenziji se jaffettwaw is-sistema kollha kemm hi.

Għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viżi (bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri) u l-Fond għas-Sigurtà Interna, ir-rapport ġie rivedut sabiex jiġi spjegat kif l-estensjoni tal-kompetenza tal-UE u r-rwol akbar tal-Aġenziji jaffettwa r-rwoli tal-Fondi rispettivi (it-Taqsima 3.2). Billi għandhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà u tal-migrazzjoni tal-Unjoni, l-Aġenziji tal-Affarijiet interni se jkollhom rwol importanti matul il-fażi tal-ipprogrammar tal-programmi nazzjonali filwaqt li l-attivitajiet ta’ monitoraġġ tagħhom se jikkontribwixxu għar-rieżami ta’ nofs it-terminu. Mandat estiż tal-Aġenziji mhux se jkollu l-għan li jissostitwixxi l-kompiti attwali mwettqa mill-Istati Membri, iżda pjuttost li jsaħħaħ u jaġġorna l-azzjonijiet tal-Unjoni u tal-Istati Membri fil-qasam tal-migrazzjoni, tal-ġestjoni tal-fruntieri u tas-sigurtà

Aktar kunsiderazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet għal titjib

Modifiki fir-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt

(1) Ir-rapport jenħtieġ li jippreżenta t-tibdil ewlieni fl-istruttura tal-programm u fil-prijoritajiet meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmar attwali. Barra minn hekk, ir-rapport jenħtieġ li jiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni tal-komponent estern tal-programm, jiġifieri l-komplementarjetà tiegħu ma’ strumenti esterni.

Ir-rapport ġie rivedut biex jiġu ppreżentati l-bidliet ewlenin fl-istruttura tal-programm apparagun tal-perjodu ta’ programmar attwali (it-Taqsima 3.2) u biex jiġi ċċarat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-komponent estern u l-komplementarjetà tiegħu mal-istrumenti esterni (it-Taqsima 3.3). L-għanijiet tal-Fondi huma bbażati fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tal-predeċessuri tagħhom li, b’mod ġenerali, kienu kkunsidrati bħala wiesa’ biżżejjed sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tal-UE, filwaqt li jiġi pprovdut il-valur miżjud tal-UE. L-adattamenti tal-prijoritajiet u tal-azzjonijiet jirriflettu l-iżviluppi tal-politika u l-ħtieġa ta’ sinerġiji ma’ Fondi oħra tal-UE. Interventi fid-dimensjoni esterna se jitfasslu u se jiġu implimentati f’koerenza mal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-UE, b’mod partikolari mal-Istrument estern tal-UE.

(2) Ir-rapport jenħtieġ li jispjega wkoll kif l-estensjoni tal-kompetenza tal-UE u rwol akbar għall-aġenziji jaffettwa r-rwoli tal-programmi rispettivi. Din iżżid il-ħtieġa għal azzjonijiet fil-livell nazzjonali, biex jiġu ddelegati l-aġenziji, jew biex titnaqqas il-prijorità ta’ xi interventi?

Ara l-modifiki li saru fir-rapport li fih il-kunsiderazzjoni ewlenija tal-Bord tal-Iskrutinju Regolatorju ppreżentata hawn fuq.

(3) Il-Bord jifhem li l-mekkaniżmu l-ġdid tar-riżervi ta’ prestazzjoni kien għadu qed jiġi żviluppat meta ġie abbozzat ir-rapport. Il-verżjoni finali tiegħu għandha madankollu taġġorna u tiċċara l-mekkaniżmu magħżul kif ukoll tiġġustifikah fid-dawl tal-esperjenza minn fondi oħra tal-UE (kif spjegat bil-fomm lill-Bord).

Ir-rapport ġie rivedut biex jiġi aġġornat u ċċarat il-mekkaniżmu ppreferut, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-esperjenza minn Fondi oħra tal-UE u l-iżviluppi fil-qafas tat-tħejjija tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni futuri għall-ġestjoni kondiviża (it-Taqsima 4.1.4). L-ebda riżerva ta’ prestazzjoni speċifika ma hija ppreżentata fl-opzjoni ppreferuta. Livell minimu ta’ implimentazzjoni finanzjarja huwa inkluż għall-allokazzjoni tal-iffinanzjar supplementari fl-aġġustament tekniku ta’ nofs it-terminu filwaqt li l-elementi tal-prestazzjoni se jiġu kkunsidrati meta jiġu pprovduti fondi addizzjonali permezz tal-faċilità tematika.

(4) Ir-rapport jenħtieġ li jikkjarifika kif l-mekkaniżmu l-ġdid ta’ emerġenza se jiffunzjona fil-pakkett ta’ kull wieħed mit-tliet fondi għall-migrazzjoni u s-sigurtà, u li l-użu tal-assistenza ta’ emerġenza jenħtieġ li jkun limitat minħabba l-flessibbiltà l-ġdida pprovduta mill-faċilità tematika. Għandu jispjega l-vantaġġ ta’ dan il-mekkaniżmu fuq il-finanzjament ta’ emerġenza fil-perjodu ta’ programmar preċedenti.

Ir-rapport ġie rivedut sabiex jipprovdu kjarifiki dwar kif se jiffunzjona l-mekkaniżmu l-ġdid ta’ emerġenza (it-Taqsima 4.1.3). L-assistenza ta’ emerġenza pprovduta permezz tal-Fondi jenħtieġ li tkun kumplimentari għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza (fil-livell ta’ baġit ta’ UE) u tintuża f’sitwazzjonijiet definiti b’mod ċar. Minħabba l-flessibbiltà inkorporata fil-faċilità tematika, l-użu tal-assistenza ta’ emerġenza hija mistennija li tkun aktar limitat milli fil-perjodu ta’ programmar attwali. L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta.

(5) L-arranġamenti ta’ monitoraġġ mhumiex żviluppati sew. Ir-rapport jenħtieġ li jiċċara kif is-suċċess tal-programmi se jiġi definit u mkejjel.

Ir-rapport ġie rivedut (it-Taqsima 5.1) sabiex jippreżenta d-daqs tas-suċċess tal-programmi. Dan se jkun ibbażat fuq l-għanijiet stabbiliti bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li għandu jintlaħaq qbil dwarhom fil-programmi nazzjonali, u fuq minn kemm sussegwentement dawn l-għanijiet ikunu ntlaħqu, permezz ta’ indikaturi tal-eżiti u tar-riżultati inklużi fil-proposti legali. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar għall-ġestjoni kondiviża huma stabbiliti fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.

Idoneità regolatorja u simplifikazzjoni

Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni 7 (komuni għall-oqsma kollha ta’ politika tal-ġestjoni konġunta) se jiżgura s-simplifikazzjoni tal-Fond bl-użu, kemm jista’ jkun, ta’ regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-programmi. Barra minn hekk, l-Istati Membri se jkunu mħeġġa biex iżidu l-użu tal-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati. L-approċċ tal-awditjar se jkun issimplifikat sabiex jiffoka aktar fuq il-kampjunar tal-awditjar fuq il-bażi tar-riskju u sabiex jirrispetta l-prinċipju tal-“awditu uniku” biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.

Aktar simplifikazzjoni permezz ta’ ġestjoni diretta se tintlaħaq permezz tal-użu ta’ għodod komuni tal-IT fil-Kummissjoni kollha kemm hi (sistema ta’ ġestjoni tal-Għotjiet elettroniċi).

Drittijiet fundamentali

Appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni huwa indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-ISF biex jiġu appoġġati l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex jiżguraw livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u billi jassistu u jipproteġu lill-vittmi ta’ kriminalità filwaqt li jaġixxu b’rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali. Dawn l-għanijiet se jiġu segwiti f’konformità sħiħa mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali. Dawn se jinżammu mill-qrib taħt monitoraġġ waqt l-implimentazzjoni tal-Fond.

4.L-IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta tal-Kummissjoni għal qafas finanzjarju pluriennali tinkludi EUR 2 500 000 000 (fi prezzijiet attwali) għall-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2021-2027.

L-implimentazzjoni se tkun permezz ta’ ġestjoni kondiviża jew diretta / indiretta. Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej: 60 % se jiġu allokati għal programmi tal-Istati Membri li għandhom jiġu implimentati permezz ta’ ġestjoni kondiviża, filwaqt li 40 % se jiġu allokati għall-faċilità tematika u użati għal azzjonijiet speċifiċi fuq livell nazzjonali jew transnazzjonali, għal azzjonijiet tal-Unjoni u għall-assistenza ta’ emerġenza. Il-pakkett tal-faċilità tematika se jintuża wkoll għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni.

5.ELEMENTI OĦRA

Pjanijiet ta’ implimentazzjoni u arranġamenti dwar il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rappurtar

Il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluża metodoloġija mtejba ta’ intraċċar għall-investimenti fil-fondi rilevanti tal-UE, se jiġu mtejba biex tiġi stimulata prestazzjoni f’waqtha u biex jiġi żgurat li l-evalwazzjonijiet jistgħu jagħtu kontribut effettiv għal kull reviżjoni tal-interventi ta’ politika fil-futur. Dan se jsir permezz ta’ indikaturi aħjar, kooperazzjoni aktar mill-qrib ma’ sħab u mekkaniżmi rilevanti biex tiġi inċentivata l-prestazzjoni. Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva se jsiru mill-Kummissjoni. Dawn se jsiru skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016, fejn it-tliet istituzzjonijiet ikkonfermaw li l-evalwazzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni u politika eżistenti jenħtieġ li jipprovdu l-bażi għall-valutazzjoni tal-impatt ta’ opzjonijiet għal azzjoni ulterjuri. L-evalwazzjonijiet se jivvalutaw l-effetti tal-Fond fil-post fuq il-bażi ta’ indikaturi u miri u fuq analiżi ddettaljata dwar kemm il-fond jista’ jitqies rilevanti, effettiv, effiċjenti, jipprovdi biżżejjed valur miżjud tal-UE u huwa koerenti ma’ politiki oħra tal-UE. Dawn se jinkludu t-tagħlimiet meħuda biex jiġu identifikati kwalunkwe nuqqas, problema jew kwalunkwe potenzjal għal titjib ulterjuri tal-azzjonijiet jew tar-riżultati tagħhom, u biex jkun massimizzat l-impatt tagħhom.

F’termini ta’ rappurtar, l-Istati Membri huma mistennija jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni tal-programmi tagħhom skont il-modalitajiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.

Spjegazzjoni fid-dettall tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-proposta

Il-Kapitolu I — Dispożizzjonijiet ġenerali, tar-Regolament propost, jistabbilixxi l-għan, il-kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet ewlenin tiegħu. Dan jistabbilixxi wkoll l-għanijiet tar-Regolament u l-kamp ta’ applikazzjoni għall-appoġġ li għandu jingħata. Il-kamp ta’ applikazzjoni propost ta’ dawn l-Artikoli huwa msejjes l-aktar fuq ir-Regolament attwali għall-Fond għas-Sigurtà Interna - il-Pulizija, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi ġodda ta’ politika, bħalma huma l-aġenda Ewropea dwar is-sigurtà, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u l-aġenda l-ġdida dwar l-Interoperabbiltà.

Il-Kapitolu II — Qafas finanzjarju u ta’ implimentazzjoni, jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali għall-appoġġ ipprovdut skont ir-Regolament u jwassal l-importanza tal-konsistenza u tal-kumplimentarjetà ma’ strumenti ta’ finanzjament tal-UE rilevanti. Dan il-kapitolu barra minn hekk jistipula l-metodi ta’ implimentazzjoni għall-azzjonijiet appoġġati f’dan ir-Regolament: b’ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta. It-taħlita proposta ta’ metodi ta’ implimentazzjoni hija bbażata fuq l-esperjenza pożittiva ta’ din il-kombinazzjoni fl-implimentazzjoni tal-istrument ta’ finanzjament attwali.

L-ewwel taqsima tal-kapitolu tistabbilixxi l-qafas finanzjarju. Il-proposta tindika ammont għall-pakkett finanzjarju għall-Fond u l-użu tiegħu permezz ta’ diversi arranġamenti ta’ implimentazzjoni.

It-tieni, it-tielet u r-raba’ taqsimiet jiddeskrivu l-qafas ta’ implimentazzjoni għall-Fond, bħalma huma l-programmi mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri. Il-kundizzjonijiet li japplikaw għall-azzjonijiet appoġġati skont ir-Regolament huma wkoll stabbiliti, bħal dawk relatati max-xiri ta’ tagħmir u mal-attivitajiet ta’ taħriġ. It-taqsima tistabbilixxi l-arranġamenti ddettaljati għarrieżami ta’ nofs it-terminu permezz tal-programmi tal-Istati Membri u għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi, ta’ azzjonijiet tal-Unjoni, tal-assistenza ta’ emerġenza, tal-assistenza teknika, tal-operazzjonijiet ta’ taħlit u tal-appoġġ operattiv.

Il-ħames u l-aħħar taqsima jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet meħtieġa fir-rapporti annwali tal-prestazzjoni mill-Istati Membri, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni.

Il-Kapitolu III — Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali, fih dispożizzjonijiet dwar id-delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti delegati, u dwar il-proċedura tal-Kumitat. Id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament propost hija stabbilita, u huwa stipulat li r-Regolament se jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha f’konformità mat-Trattati, mill-1 ta’ Jannar 2021.

2018/0250 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1), 84 u 87(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew 8 ,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni 9 ,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)Jiġi żgurat li s-sigurtà interna, li hija kompetenza ta’ l-Istati Membri, tkun sforz kondiviż li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji relevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jikkontribwixxu b’mod konġunt. Fil-perjodu mill-2015 sal-2020 il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddefinixxew il-prijoritajiet komuni kif stabbiliti fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ April 2015 10 , li ġew affermati mill-ġdid mill-Kunsill fl-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna li ġġeddet f’Ġunju 2015 11 u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ Lulju 2015 12 . Din l-istrateġija kondiviża kellha l-għan li tipprovdi l-qafas strateġiku għall-ħidma fil-livell ta’ Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna, u ddefinixxiet l-prijoritajiet ewlenin għall-azzjoni, biex tiżgura rispons effettiv tal-Unjoni għat-theddid tas-sigurtà matul l-2015-2020, jiġifieri billi tiġġieled it-terroriżmu u tipprevjeni r-radikalizzazzjoni, tisfratta l-kriminalità organizzata u tiġġieled iċ-ċiberkriminalità.

(2)Fid-dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata fil-25 ta’ Settembru 2017, il-mexxejja tas-27 Stat Membru kkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom għal Ewropa sikura u sigura u biex tinbena Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni jkunu siguri, b’politika dwar il-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata.

(3)Il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 sejjaħ biex jibqgħu jinkisbu riżultati b'rabta mal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni u tal-bażijiet ta’ data tal-UE. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2017 enfasizza l-ħtieġa li titjieb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data u li fit-12 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, l-ażil u l-migrazzjoni) 13 .

(4)L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż ma’ aġenziji tal-Unjoni u korpi relevanti oħrajn tal-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(5)Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ persuni u ta’ oġġetti minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga, il-korruzzjoni, iċ-ċiberkriminalità, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna tal-Unjoni.

(6)Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħidhom. F’konformità mal-Artikoli 84 u 87(2) TFUE, il-finanzjament jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jippromwovu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità u tal-kooperazzjoni tal-pulizija li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ aktar kooperazzjoni operattiva u ta’ appoġġ għall-isforzi li jsaħħu l-kapaċitajiet fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet relatati mal-funzjonijiet essenzjali tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 72 TFUE.

(7)L-Istati Membri, sabiex jippreservaw l-acquis ta’ Schengen u sabiex jsaħħu l-funzjonament tiegħu, mis-6 ta’ April 2017 huma obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi ma’ bażijiet tad-data rilevanti fuq ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri sabiex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u mill-kooperazzjoni transfruntiera. Jenħtieġ li s-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar it-tqassim tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, l-attenzjoni b’qawwa fuq il-perspettiva globali u l-koerenza li hemm bżonn mad-dimensjoni esterna tas-sigurtà jkunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żviluppata Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina.

(8)Jenħtieġ li l-Istati Membri, biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina li għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, ikunu pprovduti b’appoġġ finanzjarju xieraq tal-Unjoni billi jiġi stabbilit u ġestit Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”).

(9)Il-Fond jenħtieġ li jiġi implimentat f’konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali.

(10)Skont l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), il-Fond jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, l-abbuż, l-isfruttament u n-negliġenza. Il-Fond jenħtieġ wkoll li jappoġġa s-salvagwardji u l-assistenza ta’ tfal li jkunu xhieda u vittmi, b’mod partikolari dawk li ma jkunux akkumpanjati jew li inkella jkollhom bżonn ta’ tutela.

(11)F’konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta’ Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b’mod partikolari jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw it-theddid emerġenti bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta’ assistenza finanzjarja li tappoġġa skambju aħjar ta’ informazzjoni, li żżid il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi.

(12)Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b’mod partikolari tappoġġa l-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali, l-isfruttament sesswali tat-tfal, it-tqassim ta’ immaġini b’abbuż fuq it-tfal u ta’ pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz tal-iżvilupp ta’ politiki komuni (strateġiji, ċikli ta’ politiki, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni), ta’ leġiżlazzjoni u ta’ kooperazzjoni prattika.

(13)Il-Fond jenħtieġ li jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti tal-predeċessuri tiegħu: il-Programm ta' Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u l-programm Prevenzjoni, Stat ta’ Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u ta’ riskji oħra relatati mas-Sigurtà’(CIPS) għall-perjodu 2007-2013 u l-istrument għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 14 , u jenħtieġ li jiġi estiż sabiex jitqiesu l-iżviluppi ġodda.

(14)Hemm il-ħtieġa li l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni jiġi massimizzat permezz ta’ mobilizzazzjoni, ġbir komuni u t-tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. Il-Fond jenħtieġ li jippromwovi u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva u valida tas-soċjetà ċivili kif ukoll jinvolviha, inklużi l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, kif ukoll is-settur industrijali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà, inkluż fejn rilevanti, l-involviment ta’ atturi rilevanti oħra, aġenziji tal-Unjoni u korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-għan tal-Fond.

(15)Fil-qafas komprensiv tal-istrateġija tal-Unjoni kontra d-drogi li tippromwovi approċċ ekwilibrat imsejjes fuq tnaqqis simultanju fil-provvista u fid-domanda, l-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan il-Fond jenħtieġ li tappoġġa l-azzjonijiet kollha li jkollhom l-objettiv li jipprevjenu u jikkumbattu t-traffikar fid-drogi (it-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda), u b’mod partikolari l-miżuri li għandhom fil-mira tagħhom il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi illegali, inklużi l-pussess u x-xiri bi skop ta’ involviment f’attivitajiet ta’ traffikar tad-drogi. Il-Fond jenħtieġ li b’mod partikolari jkopri l-aspetti ta’ prevenzjoni tal-politika dwar id-drogi. Sabiex ikun hemm aktar sinerġiji u ċarezza fil-qasam relatat mad-drogi, dawn l-elementi tal-għanijiet relatati mad-drogi — li fl-2014-2020 kienu koperti mill-Programm tal-Ġustizzja — jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Fond.

(16)Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jagħti kontribut effettiv għal livell ogħla ta’ sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, għall-iżvilupp ta’ Unjoni tas-Sigurtà ġenwina, il-Fond jenħtieġ li jintuża b’mod li l-azzjoni tal-Istati Membri jkollha kemm jista’ jkun valur.

(17)Fl-interess ta’ solidarjetà fl-Unjoni, u fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża għas-sigurtà fiha, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew riskji, b’mod partikolari wara l-evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jindirizza b’mod adegwat il-kwistjoni billi juża r-riżorsi fil-programm tiegħu biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 15 .

(18)Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom jindirizzaw l-objettivi speċifiċi tal-Fond, li l-prijoritajiet magħżula jkunu f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbilit fl-Anness II u li l-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ bejn l-għanijiet tkun tiżgura li l-objettiv ta’ politika ġenerali jista’ jintlaħaq.

(19)Is-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza jenħtieġ li jinstabu f’fondi oħra tal-UE u jenħtieġ li jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet.

(20)Il-Fond jenħtieġ li jkun koerenti ma’ programmi finanzjarji oħra tal-Unjoni kif ukoll kumplimentari magħhom fil-qasam tas-sigurtà. Għandhom jinstabu wkoll sinerġiji b’mod partikolari mal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li jikkonsisti mill-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi stabbilit mir-Regolament (UE) X u l-istrument għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit mir-Regolament (UE) X kif ukoll il-Fondi l-oħra tal-Politika ta’ Koeżjoni koperti bir-Regolament (UE) X [CPR], il-parti dwar ir-riċerka għas-sigurtà tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit mir-Regolament (UE) X, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri stabbilit mir-Regolament X, il-Programm tal-Ġustizzja stabbilit mir-Regolament UE X, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit mir-Regolament UE X u l-programm InvestEU stabbilit mir-Regolament UE X. Jenħtieġ li jinstabu sinerġiji b’mod partikolari dwar is-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi huma essenzjali sabiex jintlaħqu bl-aktar mod effettiv l-għanijiet tal-politika, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet.

(21)Miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f’sinerġija u f’koerenza sħiħa ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom, appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’oqsma ta’ interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta’ investigazzjoni konġunti), il-kriminalità u l-korruzzjoni serji u organizzati, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali.

(22)Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjonijiet mill-Istati Membri waħidhom. Is-sigurtà għandha intrinsikament dimensjoni transfruntiera u għaldaqstant jinħtieġ rispons tal-Unjoni b’saħħtu u kkoordinat. L-appoġġ finanzjarju provdut b’dan ir-Regolament se jikkontribwixxi b'mod partikolari biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f'dan il-qasam.

(23)Stat Membru jista’ jitqies li mhuwiex konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti fir-rigward tal-użu ta’ appoġġ operattiv taħt dan il-Fond jekk ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu tat-Trattati fil-qasam ta’ sigurtà, jekk ikun hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri tal-Unjoni meta jimplimenta l-acquis dwar is-sigurtà, jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen jidentifika nuqqasijiet fiż-żona rilevanti.

(24)Il-Fond jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f’termini ta’ prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura t-tqassim ġust u trasparenti tar-riżorsi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati f’dan ir-Regolament.

(25)Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-Istati Membri kkalkulati fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I.

(26)Dawn l-ammonti inizjali jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-investimenti ta’ terminu twil fis-sigurtà tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fit-theddid għas-sigurtà jew fis-sitwazzjoni bażika, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f’nofs it-terminu fuq il-bażi tal-aktar data statistika reċenti disponibbli, kif stabbiliti fil-gwida għat-tqassim, filwaqt li jitqies l-istat ta’ implimentazzjoni tal-programmi.

(27)Billi l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà qed jevolvu b’mod kostanti, hemm il-bżonn li l-allokazzjoni ta’ finanzjament tiġi adattata għall-bidliet fit-theddid għas-sigurtà u li l-finanzi jmorru għall-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet pressanti, għall-bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jmorru għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni, parti mill-finanzjament se jiġi perjodikament allokat għal azzjonijiet speċifiċi, għal azzjonijiet tal-Unjoni u għall-assistenza ta’ emerġenza permezz tal-faċilità tematika.

(28)L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet mniżżla fl-Anness IV biex jibbenefikaw minn kontribuzzjoni ogħla tal-Unjoni.

(29)Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Fond jistgħu jitqassmu wkoll għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri jew meta żviluppi ġodda fl-Unjoni jeħtieġu fondi addizzjonali li għandhom jkunu disponibbli għal Stat Membru jew aktar. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jkunu definiti mill-Kummissjoni fil-programmi ta’ ħidma tagħha.

(30)Il-Fond jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi marbuta mas-sigurtà interna u jippermetti lill-Istati Membri biex iżommu l-kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan l-appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-għanijiet tal-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

(31)Il-Fond, sabiex jikkumplimenta l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika tiegħu fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jservu għanijiet strateġiċi globali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-Fond relatat mal-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, it-tagħlim reċiproku u s-sħubijiet transnazzjonali kif ukoll l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda fl-Unjoni.

(32)Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi immedjatament għal inċidenti marbuta mas-sigurtà jew theddidiet emerġenti ġodda għall-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant jenħtieġ li ma tingħatax assistenza ta’ emerġenza biex jiġu sempliċiment appoġġati miżuri fuq terminu twil u ta’ kontinġenza, jew biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn l-urġenza biex wieħed jaġixxi tirriżulta minn nuqqas ta’ organizzazzjoni amministrattiva u ppjanar operattiv insuffiċjenti min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.

(33)Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà meħtieġa tal-azzjoni u sabiex jitwieġbu l-ħtiġijiet emerġenti, jenħtieġ li jkun possibbli għall-aġenziji deċentralizzati li jiġu pprovduti b’mezzi finanzjarji addizzjonali xierqa biex iwettqu ċerti kompiti ta’ emerġenza. F’każijiet meta l-kompitu li għandu jitwettaq ikun ta’ tali natura urġenti, meta l-baġits tagħhom ma setgħux jiġu finalizzati fil-ħin, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li jkunu eliġibbli bħala benefiċjarji tal-għajnuna ta’ emerġenza, inkluż fil-forma ta’ għotjiet, b’mod konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati fil-livell ta’ Unjoni mill-Istituzzjonijiet tal-UE.

(34)L-għan tal-politika ta’ dan il-Fond se jiġi indirizzat ukoll permezz tal-istrumenti finanzjarji u ta’ garanzija baġitarja skont kampijiet ta' applikazzjoni tal-politika ta’ InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(35)Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-senstal-paragrafu X tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ X bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba 16 , għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(36)Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF l-ġdid] 17 (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Fond. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-ISF.

(37)Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, il-Fond jenħtieġ li jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru X 18 .

(38)Ir-Regolament (UE) Nru X [CPR] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b’mod partikolari r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-UE implimentati b’ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-għanijiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna f’dan ir-Regolament, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-appoġġ ta’ dan il-Fond.

(39)It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità li għandhom biex jilħqu l-għanijiet tal-azzjonijiet u biex jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontroll, il-piż amministrattiv u mbagħad ir-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(40)Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 19 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 20 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 21 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 22 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq u jamministra investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jwettaq investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 23 . Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(41)Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist pubbliku, il-premjijiet, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(42)Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE 24 , persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji barra l-Ewropa (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Fond u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju barra l-Ewropa rilevanti huwa marbut.

(43)Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE 25 ”, li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Fond jappoġġa dawn l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex jgħinu lil dawn ir-reġjuni kif xieraq.

(44)Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016 26 , hemm il-ħtieġa li dan il-Fond jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b’mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet ta’ dan il-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati b’rabta ma’ kull objettiv speċifiku tal-Fond.

(45)Dan il-Fond, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tintlaħaq il-mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(46)Permezz ta’ dawn l-indikaturi u tar-rappurtar finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u dan ir-Regolament.

(47)Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV, tal-appoġġ operattiv, u sabiex tiżviluppa aktar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

(48)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni 27 . Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta ' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni marbuta mal-modalitajiet għall-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ programmar u rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

(49)Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(50)Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-Irlanda [mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu / innotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

(51)Huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru X li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali 28 ,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”).

2.Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ finanzjament bħal dan.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fil-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborsabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ appoġġ rimborsabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra finanzjarji pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(b) “prevenzjoni tal-kriminalità” tfisser il-miżuri kollha li huma maħsuba sabiex jnaqqsu jew inkella jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-kriminalità u s-sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà fiċ-ċittadini, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI 29 ;

(c)“infrastruttura kritika” tfisser assi, netwerk, sistema jew parti minn dawn, li hija essenzjali għall-manteniment tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà, tas-saħħa, tas-sikurezza, tas-sigurtà, tal-benesseri ekonomiku jew soċjali talpoplu, u li t-tfixkil, il-ksur, jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni minħabba li dawn il-funzjonijiet ma jinżammux;

(d)“ċiberkriminalità” tfisser reati dipendenti fuq iċ-ċibernetika, jiġifieri reati li jistgħu jiġu kommessi biss permezz tal-użu ta’ tagħmir u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (information and communications technology, ICT), fejn it-tagħmir u s-sistema huma għodda biex jitwettaq ir-reat kriminali jew il-miri prinċipali tar-reat; u reati li jsiru permezz ta’ ċibernetika, jiġifieri reati tradizzjonali, bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, li jistgħu jiżdiedu fl-iskala jew jintlaħqu permezz tal-użu tal-kompjuters, netwerks tal-kompjuters jew forom oħra ta’ ICT;

(e)“azzjonijiet EMPACT” tfisser azzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-pjattaforma multidixxiplinari Ewropea kontra t-theddid kriminali (EMPACT) 30 . EMPACT huwa pjattaforma strutturata ta’ kooperazzjoni multidixxiplinari tal-Istati Membri rilevanti, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u sħab pubbliċi u privati oħra biex jiġu indirizzati t-theddidiet prijoritizzati ta’ kriminalità internazzjonali organizzata u serja skont iċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE;

(f)“Ċiklu tal-Politika tal-UE” tirreferi għall-inizjattiva multidixxiplinari u mmexxija mill-intelligence bil-għan li tikkumbatti l-iktar theddidiet importanti ta’ kriminalità serja u organizzata għall-Unjoni billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji u fejn ikun rilevanti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet;

(g)“skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha” tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju siguri tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 87 TFUE kif ukoll lill-Europol f’rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, b’mod partikolari reati kriminali transfruntiera organizzati;

(h)“kooperazzjoni ġudizzjarja” tfisser kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali;

(i)“LETS” tfisser l-Iskema Ewropea ta’ Taħriġ għall-Infurzar, immirati lejn it-tagħmir tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipprevjenu u jiġġieldu effettivament il-kriminalità permezz ta’ kooperazzjoni effiċjenti, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar l-istabbiliment ta’ LETS 31 Ewropew u msemmi wkoll fir-Regolament tas-CEPOL 32 ;

(j)“kriminalità organizzata” tfisser imġiba kastigabbli relatata ma’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI 33 ;

(k) “prevenzjoni u preparazzjoni” tfisser kwalunkwe miżura mmirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji konnessi ma’ attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà;

(l) “mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen” tfisser il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-acquis ta’ Schengen kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija;

(m)“l-indirizzar tal-korruzzjoni” tkopri l-oqsma kollha deskritti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, inkluża l-prevenzjoni, il-kriminalizzazzjoni u l-miżuri ta’ infurzar tal-liġi, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-irkupru tal-assi, l-assistenza teknika u l-iskambju ta’ informazzjoni;

(n)“terroriżmu" tfisser kwalunkwe mill-atti intenzjonali jew reati kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu 34 .

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Fond

1.L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni b’mod partikolari permezz tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità u billi jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità.

2.Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)biex iżid l-iskambju ta’ informazzjoni fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE u awtoritajiet kompetenti oħrajn u korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni kif ukoll ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;

(b)biex jintensifika l-operazzjonijiet konġunti transfruntiera fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE u awtoritajiet kompetenti oħrajn fir-rigward ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera; u

(c)biex jappoġġa l-isforz biex jissaħħu l-kapaċitajiet fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-prevenzjoni, inkluż it-terroriżmu b’mod partikolari permezz ta’ aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, is-soċjetà ċivili u s-sħab privati fost l-Istati Membri.

3.Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f’paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

4.Azzjonijiet iffinanzjati għandhom jiġu implementati b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u mad-dinjità umana. B’mod partikolari, l-azzjonijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). B’mod partikolari, kull fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Istati Membri, meta jimplimentaw l-azzjonijiet, għall-assistenza u l-protezzjoni tal-persuni vulnerabbli, b’mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati.

Artikolu 4

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

2.Biex jilħaq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, il-Fond jista’ jappoġġa azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, skont l-Artikolu 5.

3.L-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

(a)azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubblika fil-livell nazzjonali;

(b)azzjonijiet li jkopru x-xiri jew il-manutenzjoni ta’ tagħmir standard, mezzi standard ta’ trasport jew faċilitajiet standard tal-infurzar talliġi u awtoritajiet kompetenti oħra msemmija fl-Artikolu 87 TFUE;

(c)azzjonijiet b’għan militari jew ta’ difiża;

(d)tagħmir li mill-inqas wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa kontroll doganali;

(e)tagħmir koerċittiv, inklużi armi, munizzjoni, splussivi u bsaten tal-irvellijiet, ħlief għal taħriġ;

(f)premjijiet lil informaturi u flus "lixka" 35 barra l-qafas ta’ azzjoni tal-EMPACT.

Meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.

Artikolu 5

Entitajiet eliġibbli

1.L-entitajiet li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli:

(a)l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(i)Stat Membru jew pajjiż jew territorju barra l-Ewropa marbut miegħu;

(ii)pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fihom.

(b)kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

2.Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

3.L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi jew territorji barra l-Ewropa marbuta ma’ dawk l-istati jew ma’ pajjiżi terzi, huma eliġibbli.

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

IT-TAQSIMA 1

Provvedimenti komuni

Artikolu 6

Prinċipji ġenerali

1.Appoġġ pprovdut skont dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta l-intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq il-kisba ta’ valur miżjud għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u jkun komplementari ma’ strumenti oħra tal-Unjoni.

3.Il-Fond għandu jkun implimentat taħt ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta skont l-Artikoli 62(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 7

Baġit

1.Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 2 500 000 000 fi prezzijiet attwali.

2.Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:

(a)EUR 1 500 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża;

(b)EUR 1 000 000 000 għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika.

3.Għandhom jiġu allokati sa 0,84 % tal-pakkett finanzjarju għal għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Fond.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7(2)(b) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz tal-faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta kif stabbiliti fi programm ta’ ħidma. Finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

(a)azzjonijiet speċifiċi;

(a)azzjonijiet tal-Unjoni; u

(b)l-assistenza ta’ emerġenza.

Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mill-pakkett finanzjarju għall-faċilità tematika.

2.Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza prijoritajiet b’valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b’reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f’konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II.

3.Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f’ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, għandu jiġi żgurat li l-proġetti magħżula mhumiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

4.Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f’ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru [CPR], tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti humiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti.

5.Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika għal taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika billi tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit.

6.B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament kif imsemmi fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi implimentati taħt ġestjoni kondiviża skontu.

7.Dawn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent wieħed jew aktar tal-faċilità tematika.

IT-TAQSIMA 2

Appoġġ u implimentazzjoni b’ġestjoni kondiviża

Artikolu 9

Kamp ta’ applikazzjoni

1.Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.

2.L-appoġġ skont din it-taqsima għandu jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) Nru [CPR].

Artikolu 10

Riżorsi baġitarji

1.Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) għandhom jiġu allokati għall-programmi nazzjonali implimentati mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża (“il-programmi”) b’mod indikattiv kif ġej:

(a)EUR 1 250 000 000 lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I;

(b)EUR 250 000 000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1).

2.Meta l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) ma jkunx allokat, l-ammont li jifdal jista jiżdied mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b).

Artikolu 11

Rati ta’ kofinanzjament

1.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett.

2.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal proġetti implimentati skont azzjonijiet speċifiċi.

3.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

4.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal appoġġ operattiv.

5.Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza ta’ emerġenza.

6.Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ għal dan il-Fond għat-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

7.Għal kull għan speċifiku, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan speċifiku għandhiex tiġi applikata għal:

(a)il-kontribuzzjoni totali, inklużi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew

(b)il-kontribuzzjoni pubblika biss.

Artikolu 12

Programmi

1.Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-prijoritajiet indirizzati fil-programmi tiegħu huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Meta jiddefinixxu dawn il-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II huma indirizzati b’mod adegwat fil-programm.

2.Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) huma assoċjati mal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Speċifikament, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Europol dwar it-tfassil tal-azzjonijiet tagħhom b’mod partikolari meta jinkludu ċ-ċiklu ta’ politika tal-UE jew l-azzjonijiet EMPACT jew azzjonijiet koordinati mit-Taskforce ta’ Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (Joint Cybercrime Action Taskforce, J-CAT) fil-programmi tagħhom. Qabel ma jinkludu t-taħriġ fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mas-CEPOL sabiex jevitaw it-trikkib.

3.Il-Kummissjoni tista’ tassoċja l-Aġenzija tal-Unjoni għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) fejn xieraq fil-kompiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5 b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni.

4.Massimu ta’ 15 % tal-allokazzjoni ta’ programm ta’ Stat Membru jistgħu jintużaw għax-xiri ta’ tagħmir, mezzi ta’ trasport jew il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà. Il-limitu massimu jista’ jinqabeż biss f’każijiet ġustifikati kif xieraq.

5.Fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità li jindirizzaw:

(a)il-prijoritajiet u l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà b’mod partikolari għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-interoperabbiltà ta’ sistemi tal-IT;

(b)ir-rakkomandazzjonijiet b’implikazzjonijiet finanzjarji magħmula fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 dwar il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija;

(c)in-nuqqasijiet speċifiċi għall-pajjiż b’implikazzjonijiet finanzjarji identifikati fil-qafas ta’ valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet bħal rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew fil-qasam tal-korruzzjoni.

6.Fejn hu meħtieġ, il-programm għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5. Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni.

7.L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jwettqu b’mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV. Fil-każ ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness IV.

8.Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma’ pajjiż terz jew fih, bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni qabel ma jinbeda l-proġett.

9.Il-programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru [CPR] għandha tkun ibbażata fuq it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI.

Artikolu 13

Analiżi ta’ nofs it-terminu

1.Fl-2024, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 fl-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025.

2.Jekk mill-inqas 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma kinitx koperta minn applikazzjonijiet ta’ pagamenti interim ippreżentati skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru [CPR], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1.

3.L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha, fejn xieraq, tieħu kont tal-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-qafas ta’ prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru [CPR] u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni.

Artikolu 14

Azzjonijiet speċifiċi

1.Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali b’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li għalihom Stati Membri wieħed, ħafna Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.

2.L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 10(1), jirċievu finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi, dment li jkun allokat bħala tali fil-programm u li jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-kopertura ta’ theddidiet emerġenti ġodda.

3.Il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emenda tal-programm.

Artikolu 15

Appoġġ operattiv

1.L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li jista’ jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

2.Stat Membru jista’ juża sa 10 % tal-ammont allokat mill-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja sostenn operatorju għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

3.Stat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà.

4.L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw fil-programm u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26, l-użu ta’ appoġġ operattiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu appoġġ operattiv, filwaqt li tqis l-informazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri kif ukoll rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen u mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni tal-kwalità.

5.L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq kompiti u servizzi speċifiċi kif stipulat fl-Anness VII.

6.Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-kompiti u s-servizzi speċifiċi fl-Anness VII.

Taqsima 3

Appoġġ u implimentazzjoni b’ġestjoni diretta u indiretta

Artikolu 16

Kamp ta’ applikazzjoni

L-appoġġ skont din it-taqsima għandha jiġi implimentat jew direttament mill-Kummissjoni skont punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont punt (c) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 17

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.Azzjonijiet tal-Unjoni huma proġett transnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari għall-Unjoni, f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.B’inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni li jirrigwardaw l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-Anness III.

3.Azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta’ taħlit.

4.Għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

5.Il-kumitat ta’ evalwazzjoni, li jivvaluta l-proposti, jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

6.Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.

Artikolu 18

Operazzjonijiet ta’ taħlit

Operazzjoni ta’ taħlit skont dan il-Fond għandha tiġi implimentata b’konformità mar-Regolament ta’ InvestUE 36 u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 19

Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

Il-Fond jista’ jappoġġa miżuri ta’ għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.

Artikolu 20

Awditi

L-awditi dwar l-użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 21

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.Ir-riċevitur tal-finanzjament tal-Unjoni għandu jirrikonoxxu l-oriġini u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdi informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku.

2.Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

Taqsima 4

Appoġġ u implimentazzjoni b’ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta

Artikolu 22

Assistenza ta’ emerġenza

1.Il-Fond għandu jipprovdi assistenza finanzjarja għall-indirizzar ta’ ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta minn inċident relatat mas-sigurtà jew theddida ġdida fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt avvers importanti fuq is-sigurtà tan-nies fi Stat Membru wieħed jew iktar;

2.Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.

3.Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun allokata lil programmi tal-Istati Membri minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata skont l-Artikolu 10(1), dment li tkun allokata bħala tali fil-programm. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emenda tal-programm.

4.Għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 23

Finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat

1.Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Fond tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

2.L-azzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’siġill ta’ Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin:

(a)dawn ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Fond;

(b)dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) X [CPR] u mal-Artikolu [8] jew mar-Regolament (UE) X [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

Taqsima 5

Monitoraġġ, rappurtar u evalwazzjoni

Subtaqsima 1 Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 24

Monitoraġġ u rapportar

1.F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu [43(3)(h)(i)(iii)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness V.

2.Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandu jingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 

3.L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta’ żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

4.Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u fejn rilevanti l-Istati Membri.

5.Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri.

Artikolu 25

Evalwazzjoni

1.Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan il-Fond.

2.L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru [CPR].

Subtaqsima 2 Regoli għal ġestjoni kondiviża

Artikolu 26

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-istess data ta’ kull sena sussegwenti sal-2031, biha inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta’ Ġunju 2022.

2.Ir-rapport tal-prestazzjoni annwali b’mod partikolari għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a)il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tal-għanijiet u l-miri, filwaqt li jqis l-aħħar data kif meħtieġ skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR];

(b)kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom;

(c)il-komplementarjetà bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk f’pajjiżi terzi jew b’rabta ma’ pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom;

(d)il-kontribuzzjoni tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u pjanijiet ta’ azzjoni;

(e)l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà;

(f)l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

3.Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport tal-prestazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tagħha. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.

4.Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 27

Monitoraġġ u rapportar

1.Il-monitoraġġ u r-rapportar, skont it-Titlu IV tar-Regolament (UE) Nru [CPR], għandhom ikunu bbażati fuq tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness VI. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi VI skont l-Artikolu 28.

2.L-indikaturi għandhom jiġu użati skont l-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR].

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 28

Eżerċizzju tad-delega

1.Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 12, 15, 24 u 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028.

3.Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jirrevoka d-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 12, 15, 24 u 27 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.Att delegat adottat skont l-Artikoli 12, 15, 24 u 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 29

Proċedura ta’ kumitat

1.Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan ma għandux japplika għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4).

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont L-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

3.Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, l-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 513/2014.

Artikolu 31

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew    Għall-Kunsill

Il-President    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

1.2.Qasam(oqsma) ta’ politika kkonċernat(i) (raggruppament ta’ programmi)

1.3.Natura tal-proposta / tal-inizjattiva

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.5.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

1.6.Mod/i ta’ ġestjoni ppjanat/i

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

2.2.Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata(i)

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.2.Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.QAFAS TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

1.1.Titolu tal-proposta / tal-inizjattiva

Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, ISF)

1.2.Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) (Raggruppament ta’ programmi)

Intestatura 5 (Sigurtà u difiża); Titolu 12. Sigurtà

1.3.Il-proposta / L-inizjattiva hija relatata ma’:

 azzjoni ġdida

 azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota / azzjoni preparatorja 37

 l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

 fużjoni ta' azzjoni waħda jew aktar lejn / ma' azzjoni oħra jew azzjoni ġdida

1.4.Raġunijiet għall-proposta / għall-inizjattiva

1.4.1.Rekwiżit(i) li jridu jiġu ssodisfati fuq terminu qasir jew twil inkluża kronoloġija dettaljata għall-prosegwiment tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva

Jenħtieġ li l-Fond jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti li saru bl-appoġġ tal-predeċessuri tiegħu, jiġifieri jappoġġa l-politiki ġenerali tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna, bħalma huma l-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (protezzjoni tan-nies, l-ispazji pubbliċi u l-infrastruttura kritika), il-ġlieda kontra d-droga.

Barra minn hekk, jenħtieġ li l-finanzjament tal-UE jindirizza sitwazzjonijiet li jirriżultaw minn theddidiet għas-sigurtà emerġenti ġodda jew sitwazzjonijiet oħra li jirrikjedu azzjoni immedjata li ma jistgħux jiġu indirizzati mill-Istati Membri għal rashom.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe żvilupp ta’ politika futura, kull proposta futura f'dan il-qasam se tinkludi d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva separat tagħha stess li għaliha r-riżorsi finanzjarji korrispondenti jistgħu jiġu koperti jew bil-pakkett tal-Fond jew bi kwalunkwe finanzjament addizzjonali disponibbli fil-pakkett tal-QFP.

1.4.2.Valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni (dan jista’ jirriżulta minn fatturi differenti, pereż. żidiet fil-koordinazzjoni, ċertezza legali, effettività jew komplimentaritajiet akbar). Għall-finijiet ta’ dan il-punt, “il-valur miżjud tal-involviment tal-Unjoni” huwa l-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li inkella kien jinħoloq mill-Istati Membri weħidhom.

Il-ġestjoni tat-theddid għas-sigurtà tippreżenta sfidi li ma jistgħux jiġu ttrattati mill-Istati Membri li jaġixxu waħidhom.

Fil-qasam tas-sigurtà, il-kriminalità serja u organizzata, itterroriżmu u theddid ieħor marbuta mas-sigurtà dejjem qed isiru aktar transfruntiera fin-natura tagħhom. Il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni transnazzjonali bejn lawtoritajiet tal-infurzar tal-liġi huma essenzjali biex din il-kriminalità tiġi miġġielda u prevenuta b’suċċess, pereżempju permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni, investigazzjonijiet konġunti, teknoloġiji interoperabbli u valutazzjonijiet komuni tat-theddid u r-riskji. L-appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxi b’mod partikolari biex isaħħaħ il-kapaċitajiet nazzjonali u Ewropej f’dawk l-oqsma ta’ politika, ipoġġi l-Unjoni f’pożizzjoni aħjar biex tipprovdi qafas li jesprimi s-solidarjetà tal-Unjoni u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp ta’ sistemi komuni tal-IT li jsostnu dawn il-politiki.

Huma meħtieġa riżorsi u kapaċitajiet sostanzjali biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu ħsieb is-sigurtà tal-UE. It-titjib fil-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni operazzjonali li jinvolvu l-kondiviżjoni ta’ riżorsi f’oqsma bħat-taħriġ u t-tagħmir joħloq ekonomiji tal-kobor u sinerġiji li jiżguraw użu aktar effiċjenti ta’ fondi pubbliċi u t-tisħiħ tas-solidarjetà, il-fiduċja reċiproka u lkondiviżjoni tar-responsabbiltà għall-politiki komuni tal-UE fost l-Istati Membri. Dan huwa rilevanti b’mod partikolari fil-qasam tas-sigurtà fejn l-appoġġ finanzjarju għall-forom kollha ta’ operazzjoni konġunta transfruntiera huwa essenzjali biex titjieb il-kooperazzjoni bejn il-pulizija, id-dwana, il-gwardji tal-fruntieri u l-awtoritajiet ġudizzjarji.

Fir-rigward tad-dimensjoni esterna tal-affarijiet interni, huwa ċar li l-adozzjoni ta’ miżuri u l-ġbir flimkien ta’ riżorsi fil-livell tal-UE se jżidu b'mod sinifikanti s-saħħa tal-UE meħtieġa sabiex tikkonvinċi pajjiżi terzi sabiex jimpenjaw ruħhom mal-UE dwar dawk ilkwistjonijiet relatati mas-sigurtà li huma primarjament fl-interess tal-UE u l-Istati Membri.

1.4.3.Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjoni interim ISF-P tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u l-evalwazzjonijiet ex post tal-perjodu 2007-2013 (“prevenzjoni tal-kriminalità u l-ġlieda kontrieha” (ISEC) u “l-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni tal-konsegwenzi tat-terroriżmu u riskji oħra relatati mas-sigurtà” (CIPS)) ipproduċiet is-sejbiet indikati hawn taħt. Ta’ min jinnota li ISF-P huwa l-ewwel programm ta’ finanzjament tal-UE f’dan il-qasam ta’ politika implimentat wkoll permezz ta’ ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri; finanzjamenti preċedenti kienu implimentati biss direttament mill-Kummissjoni.

Relevanza, kamp ta’ applikazzjoni u daqs

Il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-ISF-P attwali żgura li jkun jista’ jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ l-azzjonijiet meħtieġa fil-livell tal-UE fil-qasam tas-sigurtà. Il-flessibbiltà offruta mill-Fond (il-possibbiltà li finanzjament jiġi trasferit bejn l-objettivi) għenet tindirizza l-ħtiġijiet li qed jinbidlu, iżda l-Istati Membri jistgħu japprezzaw iktar flessibbiltà billi jabbandunaw l-allokazzjonijiet minimi ta’ fondi għal objettivi u jnaqqsu l-għadd ta’ objettivi nazzjonali. Barra minn hekk, l-allokazzjonijiet ffissati fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, fuq il-bażi ta’ data statistika, ma jirriflettux bidliet fil-ħtiġijiet tal-Istati Membri matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Meta tkun qed tipprovdi appoġġ finanzjarju addizzjonali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-iskema ta’ distribuzzjoni stabbilita fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni ma tippermettix li jkun hemm flessibbiltà, b’impatt potenzjali fuq l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fond.

- Effettività

L-ISF-P attwali huwa meqjus effettiv, u qed jikkontribwixxi għall-għanijiet tiegħu. L-evalwazzjonijiet juru li taħlita ta’ modalitajiet ta’ twassil fl-oqsma tas-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri ppermettew mod effettiv biex jintlaħqu l-objettivi tal-Fondi. Jenħtieġ li d-diżinn olistiku tal-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni jinżamm. Mill-banda l-oħra, l-evalwazzjonijiet jiġbdu l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ flessibbiltà li fadal, biex tiġi bbilanċjata mal-prevedibbiltà hekk kif l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-benefiċjarji jeħtieġu ċertezza finanzjarja u legali biex jippjanaw l-implimentazzjoni tal-Fond matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, bħala limitazzjoni tal-effikaċja tagħhom. L-ISF-P attwali ma jinkludix pakkett finanzjarju li għandu jiġi distribwit mal-programmi nazzjonali fil-qafas tar-rieżami ta’ nofs it-terminu, u b’hekk jillimita l-possibbiltà li jipprovdu finanzjament addizzjonali lill-programmi nazzjonali. Limitazzjoni oħra tirrigwarda l-fatt li r-rieżami ta’ nofs it-terminu jista’ jintuża biss f’ħin predefinit matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni. Il-kriżi tal-migrazzjoni u ż-żieda fit-theddid għas-sigurtà fl-UE fi snin riċenti wrew li l-flessibbiltà mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni ‘il quddiem tkun tista’ jkun hemm reazzjoni għall-bidliet fil-post. L-evalwazzjonijiet interim innotaw ukoll il-ħtieġa għal loġika ċara ta’ intervent, u li programmi nazzjonali iktar iffukati jżidu l-effikaċja billi jippermettu li xi għanijiet jiġu prijoritizzati, u l-importanza ta’ sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, kemm għal ġestjoni diretta kif ukoll konġunta. B’diżinn fi stadju bikri, tiżgura monitoraġġ tal-progress u l-effikaċja konsistenti u uniformi mill-bidu nett.

- Effiċjenza (inklużi s-simplifikazzjoni u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv)

Il-partijiet interessati nnotaw progress fis-simplifikazzjoni tal-proċeduri. Miżuri innovattivi (l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, programmar pluriennali) jitqiesu bħala ta’ benefiċċju. L-istabbiliment ta’ regoli komuni dwar l-implimentazzjoni tal-AMIF u l-ISF appoġġa r-rabtiet ta’ ġestjoni tat-tliet strumenti ta’ finanzjament, li jwasslu għal kooperazzjoni mill-qrib bejn l-entitajiet responsabbli għall-ġestjoni taż-żewġ fondi — u f’xi każijiet l-unifikazzjoni tagħhom.

Madankollu, il-piż amministrattiv għadu meqjus li huwa għoli kemm mill-amministrazzjonijiet kif ukoll mill-benefiċjarji, u dan jimmina l-effiċjenza tal-Fondi. Pereżempju, anki jekk l-użu ta’ regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali għandu l-potenzjal li jnaqqas il-piż amministrattiv, kultant regoli ta’ eliġibbiltà li huma applikati għadhom ħarxa wisq. Għażliet ta’ kost simplifikati mhumiex applikati għalkollox. Hemm ukoll piż amministrattiv relattivament għoli kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni fl-għoti ta’ assistenza ta’ emerġenza permezz ta’ ġestjoni diretta. Dan jinvolvi t-twaqqif ta’ ftehim ta’ għotja dettaljat f’perjodu qasir ta’ żmien u rekwiżiti ta’ rappurtar aktar dettaljat lejn il-Kummissjoni għall-benefiċjarji (meta mqabbla ma’ ġestjoni kondiviża). Hemm bżonn għal livell suffiċjenti ta’ assistenza teknika biex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni b’suċċess tal-Fond u għal aktar sforzi biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-Fondi għal benefiċjarji potenzjali billi tiġi pprovduta informazzjoni fir-rigward ta’ azzjoni u opportunitajiet ta’ finanzjament. Barra minn hekk, fl-ISF-P attwali ma hemmx ebda mekkaniżmu bil-għan li jtejjeb il-prestazzjoni, bħal pereżempju sistema ta’ inċentivi li ttejjeb aktar l-effikaċja u l-effiċjenza tal-Fondi. Fin-nuqqas ta’ mekkaniżmu bħal dan, l-Istati Membri li jkollhom prestazzjoni tajba fl-implimentazzjoni tal-Fondi ma setgħux jiġu ppremjati. Dan seta’ żied l-effettività tal-Fondi biex jilħqu l-għanijiet tagħhom.

- Koerenza

Il-Fond huwa meqjus bħala koerenti u l-għanijiet tiegħu huma komplementari ma’ dawk ta’ politiki nazzjonali oħra. Il-koerenza u l-komplementarjetà ma’ strumenti oħra ta’ finanzjament tal-UE kienu żgurati tul l-istadji ta’ tfassil, ta’ programmar u ta’ implimentazzjoni. Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà fl-istadju ta’ implimentazzjoni. Il-format tal-fondi (programmi nazzjonali bil-għan ta’ kapaċitajiet fit-tul, assistenza ta’ emerġenza mmirata biex ittaffi l-pressjoni immedjata u azzjonijiet tal-Unjoni maħsuba biex jappoġġaw il-kooperazzjoni transnazzjonali) kien meqjus bħala pożittiv. Madankollu, il-garanzija tal-koerenza u s-sinerġiji għadha tippreżenta sfida fi tliet oqsma prinċipali: l-appoġġ għall-objettivi tal-ażil u tal-integrazzjoni permezz tal-FSIE, l-appoġġ għall-ġestjoni tal-fruntieri, u l-miżuri ta’ ritorn u riintegrazzjoni kif ukoll l-iżvilupp ta’ sistemi ta’ protezzjoni f’pajjiżi terzi u, fl-aħħar nett, il-garanzija ta’ koerenza bejn l-interventi tal-fondi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà.

1.4.4.Il-kompatibbiltà u s-sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

L-objettivi tal-Fond fil-qasam tas-sigurtà se jkunu appoġġati permezz ta’ sett ikkoordinat bis-sħiħ ta’ strumenti ta’ finanzjament, inklużi kemm l-aspetti interni kif ukoll esterni. Huwa importanti li jiġi evitat it-trikkib mal-finanzjament ipprovdut permezz tal-istrumenti tal-UE billi jiġu stabbiliti linji ta’ demarkazzjoni u mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effikaċi.

L-ISF futur se jaġixxi bħala strument iddedikat tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà. Il-komplementarjetajiet se jkunu żgurat b’mod partikolari mal-Politika ta’ Koeżjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li jikkonsisti fl-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi u l-istrument għal tagħmir ta’ kontroll doganali, il-parti ta’ riċerka tas-sigurtà tal-Horizon Europe u l-programmi “drittijiet u valuri” futur. Se jkun imfittex li jinħolqu sinerġiji b’mod partikolari dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u t-tagħmir ta’ kontroll doganali, is-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà u l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni. Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi huma essenzjali sabiex jintlaħqu bl-aktar mod effettiv l-għanijiet tal-politika, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet.

Miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond għandhom jittieħdu f’sinerġija u koerenza ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ assistenza esterna tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet għandha titfittex koerenza mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond se jimmira appoġġ biex itejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’oqsma ta’ interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma b’mod partikolari l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, sigurtà tat-trasport u tal-kummerċ, il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta’ investigazzjoni konġunti), il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni kif ukoll it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali.

1.5.Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

 tul ta' żmien limitat

   fis-seħħ mill-1.1.2021 sal-31.12.2027

   Impatt finanzjarju mill-2021 sa 2027 għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u mill-2021 għal approprjazzjonijiet ta’ pagament.

 tul ta' żmien illimitat

Implimentazzjoni b’perjodu ta’ tnedija minn SSSS sa SSSS,

segwita b’operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.6.Mod(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i) 38

 Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

   mill-aġenziji eżekuttivi 39

 Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

 Ġestjoni indiretta billi jiġu fdati kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja:

pajjiżi terzi jew lill-korpi nnominati minnhom;

organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-aġenziji tagħhom (iridu jiġu speċifikati);

il-BEI u lill-Fond Ewropew tal-Investiment;

korpi li jissemmew fl-Artikoli 70 u 71 tar-Regolament Finanzjarju;

korpi tal-liġi pubblika;

korpi rregolati mil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku safejn dawn jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

korpi rregolati mil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, agħti d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

Kummenti

Il-Fond propost se jiġi implimentat f’ġestjoni kondiviża, jew ġestjoni diretta jew indiretta. Il-parti l-kbira tar-riżorsi se tiġi allokata lill-programmi nazzjonali f’ġestjoni kondiviża. Il-parti li jifdal se tiġi allokata għal faċilità tematika u tkun tista’ tiġi użata għal azzjonijiet speċifiċi (implimentati mill-Istati Membri nazzjonalment jew transnazzjonalment), azzjonijiet tal-Unjoni (diretti / indiretti) u assistenza ta’ emerġenza (ġestjoni kondiviża, jew diretta jew indiretta).

Se tiġi implimentata għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni minn ġestjoni diretta.

2.MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.Regoli ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Ġestjoni diretta / indiretta:

Il-Kummissjoni se timmonitorja direttament l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet skont l-arranġamenti stabbiliti fil-ftehimiet ta’ għotja rispettivi, ftehimiet ta’ delega ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali fejn applikabbli u kuntratti mal-benefiċjarji.

Ġestjoni konġunta:

Kull Stat Membru se jistabbilixxi sistemi ta’ ġestjoni u kontroll għall-programm tiegħu u jiżgura l-kwalità u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u ta’ data dwar indikaturi, skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR). Biex jiġi ffaċilitat bidu rapidu għall-implimentazzjoni, huwa possibbli li jiġu “riportati” s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll eżistenti li jaħdmu sew għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

F’dan il-kuntest, l-Istati Membri se jintalbu li jwaqqfu kumitat ta’ monitoraġġ li fih tista’ tipparteċipa l-Kummissjoni f’kapaċità ta’ konsulenza. Il-kumitat ta’ monitoraġġ se jiltaqa’ mill-inqas darba fis-sena. Se jirrieżamina l-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fil-kisba tal-objettivi tiegħu.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport annwali tal-prestazzjoni, li jenħtieġ li jistipula informazzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u għall-ksib ta’ għanijiet u miri. Jenħtieġ li r-rapport ukoll isemmi dawk il-kwistjonijiet li qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u jiddeskrivi l-azzjoni li tkun ittieħdet biex tittrattahom.

Fi tmiem il-perjodu, kull Stat Membru se jissottometti rapport ta’ prestazzjoni finali. Jenħtieġ li r-rapport finali jiffoka fuq il-progress li sar lejn il-kisba tal-għanijiet tal-programm u jenħtieġ li jagħti ħarsa ġenerali lejn il-kwistjonijiet ewlenin li jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm, il-miżuri meħuda biex jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet u l-valutazzjoni tal-effikaċja ta’ dawn il-miżuri. Barra minn hekk, jenħtieġ li jippreżentaw il-kontribuzzjoni tal-programm biex jindirizza l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-UE indirizzati lill-Istat Membru, il-progress li sar biex jintlaħqu l-miri stabbiliti fil-qafas tal-prestazzjoni, is-sejbiet tal-evalwazzjonijiet rilevanti u s-segwitu mogħti lil dawn is-sejbiet u r-riżultati ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni.

Skont l-abbozz ta’ proposta tas-CPR, l-Istati Membri se jibagħtu pakkett ta’ assigurazzjoni kull sena, li jinkludi l-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u l-opinjonijiet dwar il-kontijiet tal-awtorità tal-awditjar, is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata fil-kontijiet annwali. Dan il-pakkett ta’ aċċertament se jintuża mill-Kummissjoni biex tiddetermina l-ammont li għandu jitħallas mill-Fond għas-sena kontabilistika.

Laqgħa ta’ rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru se tiġi organizzata kull sentejn biex teżamina l-prestazzjoni ta’ kull programm.

Sitt darbiet fis-sena l-Istati Membri jibagħtu data għal kull programm imqassma skont l-għanijiet speċifiċi. Din id-data tirreferi għall-kost tal-operazzjonijiet u għall-valuri tal-indikaturi tal-eżitu u r-riżultati komuni.

B’mod ġenerali:

Il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva għall-azzjonijiet implimentati skont dan il-Fond, f’konformità mas-CPR. L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu jenħtieġ li tkun ibbażata b’mod partikolari fuq l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programmi ppreżentati mill-Istati Membri lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2024.

2.2.Sistema(i) ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.Ġustifikazzjoni tal-mod(i) ta’ ġestjoni, tal-mekkaniżmu/i għall-implimentazzjoni tal-finanzjament, tal-modalitajiet ta’ pagament u tal-istrateġija ta’ kontroll proposti

Iż-żewġ evalwazzjoni ex post tal-fondi DĠ HOME 2007-2013 kif ukoll l-evalwazzjonijiet interim tal-fondi kurrenti ta’ DĠ HOME juru li taħlita ta’ modalitajiet ta’ twassil fl-oqsma tal-migrazzjoni u l-affarijiet interni ppermettew li jkun hemm metodu effikaċi biex jinkisbu l-għanijiet tal-fondi. Id-disinn olistiku tal-mekkaniżmi ta’ twassil qed jinżamm u jinkludi ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta.

Permezz ta’ ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri jimplimentaw programmi li jikkontribwixxu għall-għanijiet ta’ politika tal-Unjoni u huma mfassla apposta għall-kuntest nazzjonali tagħhom. Il-ġestjoni kondiviża tiżgura li l-appoġġ finanzjarju jkun disponibbli fl-Istati parteċipanti kollha. Barra minn hekk, il-ġestjoni kondiviża tippermetti li l-finanzjament ikun prevedibbli u li l-Istati Membri, li għandhom l-aktar għarfien dwar l-isfidi li jkunu qed jaffaċċaw, ikunu jistgħu jippjanaw l-allokazzjonijiet tagħhom fuq terminu twil skont dan. Finanzjament supplimentari għal azzjonijiet speċifiċi (li jirrikjedu sforzi ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew fejn żviluppi ġodda fl-Unjoni jirrikjedu li Stat Membru jew aktar ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom finanzjament addizzjonali) u għal attivitajiet ta’ risistemazzjoni jew trasferiment jista’ jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża. Fi żvilupp ġdid, il-Fond jista’ wkoll jipprovdi assistenza ta’ emerġenza permezz tal-ġestjoni kondiviża, apparti l-ġestjoni diretta u indiretta.

Permezz ta’ ġestjoni diretta, il-Kummissjoni tappoġġa azzjonijiet oħrajn li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-politika komuni tal-Unjoni. Lazzjonijiet jippermettu appoġġ imfassal apposta għal ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fi Stati Membri individwali (“assistenza ta’ emerġenza”), jappoġġaw netwerks u attivitajiet transnazzjonali, jittestjaw attivitajiet innovattivi li jistgħu jiżdiedu skont il-programmi nazzjonali u jkopru studji fl-interess tal-Unjoni kollha kemm hi (“azzjonijiet tal-Unjoni”).

Permezz ta’ ġestjoni indiretta, il-Fond jibqagħlu l-possibbiltà li jiddelega kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit lil, fost oħrajn, organizzazzjonijiet Internazzjonali u aġenziji tal-affarijiet interni għal skopijiet partikolari.

Filwaqt li wieħed iqis l-għanijiet u l-ħtiġijiet differenti, qed tiġi proposta faċilità tematika fuq il-bażi tal-Fond bħala mod kif tiġi bbilanċjata l-prevedibbiltà tal-allokazzjoni pluriennali tal-finanzjament lill-programmi nazzjonali bil-flessibbiltà fl-iżborż perjodiku tal-finanzjament għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni. Il-faċilità tematika se tintuża għal azzjonijiet speċifiċi fl-Istati Membri u bejniethom, għal azzjonijiet tal-Unjoni, għall-assistenza tal-emerġenza, għar-risistemazzjoni u għar-rilokazzjoni. Se tiżgura li fondi jkunu jistgħu jiġu allokati u trasferiti fost il-modalitajiet differenti ta’ hawn fuq, abbażi ta’ ċiklu ta’ programmazzjoni fuq sentejn.

L-arranġamenti ta’ pagament għal għall-ġestjoni kondiviża huma deskritti fl-abbozz tal-proposta tas-CPR, li tipprevedi prefinanzjament annwali, segwit minn massimu ta’ erba’ pagamenti interim għal kull programm u sena fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet ta’ pagament mibgħuta mill-Istati Membri matul is-sena kontabilistika. Kif speċifikat fl-abbozz tal-proposta għal CPR, il-prefinanzjament jiġi kklerjat sal-aħħar sena kontabilistika tal-programmi.

L-istrateġija ta’ kontroll se tkun ibbażata fuq ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u fuq is-CPR. Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-abbozz ta’ proposta għas-CPR għandhom jestendu l-użu tal-forom simplifikati tal-għotjiet bħal somom f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji. Jintroduċu wkoll forom ġodda ta’ pagamenti, fuq il-bażi tar-riżultati miksuba, minflok tal-kost. Il-benefiċjarji se jkunu jistgħu jirċievu ammont fiss ta’ flus jekk jagħtu prova li jkunu saru ċerti azzjonijiet bħal korsijiet ta’ taħriġ jew it-twassil tal-assistenza tal-emerġenza. Dan mistenni jissimplifika l-piż tal-kontroll kemm fil-livelli tal-benefiċjarji kif ukoll tal-Istati Membri (pereżempju verifika tal-kontijiet u riċevuti għall-kostijiet).

Għall-ġestjoni kondiviża, l-abbozz tal-proposta tas-CPR jibni fuq l-istrateġija ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 iżda jintroduċi xi miżuri li għandhom l-għan li jissimplifikaw l-implimentazzjoni u t-tnaqqis tal-piż tal-kontroll fil-livelli kemm tal-benefiċjarji kif ukoll tal-Istati Membri. L-iżviluppi l-ġodda jinkludu:

- it-tneħħija tal-proċedura ta’ deżinjazzjoni (li għandha tagħmilha possibbli li titħaffef l-implimentazzjoni tal-programmi);

- it-twettiq ta’ verifiki (amministrattivi u fil-post) tal-ġestjoni mill-awtorità ta’ ġestjoni fuq bażi tar-riskju (meta mqabbla mal-kontrolli amministrattivi 100 % rekwiżiti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020). Barra minn hekk, f’ċerti kundizzjonijiet, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu japplikaw arranġamenti proporzjonali ta’ kontroll b’konformità mal-proċeduri nazzjonali;

- kundizzjonijiet biex jiġu evitati ħafna awditi fuq l-istess operazzjoni / nefqa.

L-awtoritajiet tal-programmi se jippreżentaw lill-Kummissjoni talbiet interim għall-pagamenti fuq il-bażi tal-ispejjeż imġarrba mill-benefiċjarji. L-abbozz tal-proposta tas-CPR jippermetti li l-awtoritajiet tal-ġestjoni jagħmlu verifiki dwar il-ġestjoni fuq il-bażi tar-riskju u jipprevedi wkoll kontrolli speċifiċi (pereżempju kontrolli fil-post mill-awtorità tal-ġestjoni u awditi tal-operazzjonijiet / infiq mill-awtorità tal-awditjar) wara li n-nefqa assoċjata tkun ġiet dikjarata lill-Kummissjoni fit-talbiet interim għall-pagamenti. Sabiex jittaffa r-riskju tar-rimborż ta’ nfiq ineliġibbli, l-abbozz tas-CPR iqiegħed limitu fuq il-pagamenti interim tal-Kummissjoni għal 90 %, billi f’dan il-mument twettqu biss parti mill-kontrolli nazzjonali. Il-Kummissjoni se tħallas il-bilanċ li jibqa’ wara l-eżerċizzju ta’ kklerjar annwali tal-kontijiet, hekk kif tirċievi l-pakkett annwali ta’ aċċertament mingħand l-awtoritajiet tal-programm. Kull irregolarità li jsibu l-Kummissjoni jew il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-trażmissjoni tal-pakkett annwali ta’ aċċertament tista’ twassal għal korrezzjoni finanzjarja netta.

2.2.2.Informazzjoni dwar ir-riskji identifikati u s-sistema(i) ta’ kontroll intern stabbilita/i għall-mitigazzjoni tagħhom

Ġestjoni konġunta:

DĠ HOME ma kienx qed jiffaċċja riskji importanti ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq tiegħu. Dan huwa kkonfermat minn assenza rikorrenti ta’ konstatazzjonijiet sinifikanti fir-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri. Barra minn hekk, id-DĠ HOME diġà rreveda l-bażi ġuridika tiegħu (ir-Regolament (UE) 2015/378 u r- Regolament Delegat (UE) 1042/2014) biex jallinja aktar il-qafas ta’ kontroll tal-Politika ta’ Koeżjoni u l-mudell ta’ assigurazzjoni u jkompli jżomm livell baxx ta’ żbalji fil-programmi ta’ nfiq. Dan l-isforz ta’ allinjament ikompli fil-proposta attwali, fejn il-Qafas ta’ Kontroll huwa konsistenti mad-Direttorati Ġenerali tal-Politika ta’ Koeżjoni.

F’ġestjoni kondiviża, ir-riskji ġenerali fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programmi kurrenti jikkonċernaw is-sottoimplimentazzjoni tal-Fond mill-Istati Membri u l-iżbalji possibbli li jirriżultaw mill-kumplessità tar-regoli u d-dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll. L-abbozz tas-CPR jissimplifika l-qafas regolatorju billi jarmonizza r-regoli u s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll bejn il-Fondi differenti implimentati b'ġestjoni kondiviża. Huwa jippermetti wkoll li jkun hemm rekwiżiti ta’ kontroll differenzjati skont ir-riskju (pereżempju il-verifiki tal-ġestjoni fuq il-bażi tar-riskju, il-possibbiltà għal arranġamenti ta’ kontroll proporzjonat fuq il-bażi ta’ proċeduri nazzjonali, limitazzjonijiet ta’ ħidma ta' awditjar f’termini ta’ twaqqit u / jew operazzjonijiet speċifiċi).

Ġestjoni diretta / indiretta:

Fuq il-bażi ta’ analiżi reċenti tal-kawżi u t-tipi ewlenin tal-aktar żbalji komuni identifikati fl-awditi ex post, l-oqsma ewlenin ta’ nuqqas ta’ konformità joriġinaw minn ġestjoni finanzjarja batuta tas-sovvenzjonijiet li jingħataw lill-benefiċjarji, dokumenti ta’ sostenn neqsin jew mhux adegwati, akkwist pubbliku mhux korrett, u kosti mhux ibbaġitjati.

Konsegwentement, ir-riskji huma prinċipalment minħabba

– garanzija tal-kwalità tal-proġetti magħżulin u sussegwentement l-implimentazzjoni teknika tagħhom, gwida mhux ċara jew mhux kompleta li jingħataw il-benefiċjarji jew mhux biżżejjed monitoraġġ;

– riskju ta’ użu ineffiċjenti u mhux ekonomiku ta’ fondi mogħtija, kemm għal għotjiet (kumplessità ta’ rimborż għall-kostijiet eliġibbli attwali flimkien ma’ possibbiltajiet limitati biex jiġu kkontrollati l-kostijiet eliġibbli fuq il-bank tax-xogħol) u għal akkwist (xi drabi numru limitat ta’ dawk li jipprovdu servizzi ekonomiċi bl-għarfien speċjalizzat meħtieġ, li jinkludi possibbiltajiet insuffiċjenti biex jiġu mqabbla l-offerti fil-prezz);

– riskju marbut mal-kapaċità ta’ (speċjalment) organizzazzjonijiet iżgħar biex jikkontrollaw b’mod effettiv in-nefqa kif ukoll biex jiżguraw it-trasparenza ta’ operazzjonijiet imwettqa;

– riskju għar-reputazzjoni tal-Kummissjoni, jekk jiġu skoperti frodi jew attivitajiet kriminali; tista’ tittieħed biss assigurazzjoni parzjali mis-sistemi ta’ kontroll intern tal-pajjiżi terzi minħabba l-għadd pjuttost kbir ta’ kuntratturi u benefiċjarji eteroġenji, kollha joperaw bis-sistema ta’ kontroll tagħhom stess tagħhom, ħafna drabi żgħar fid-daqs.

Hu mistenni li ħafna minn dawn ir-riskji jitnaqqsu bis-saħħa ta’ tfassil aħjar tas-sejħiet għall-proposti, gwida lill-benefiċjarji, iffukar tal-proposti u użu aħjar tal-kosti simplifikati u d-dipendenza trasversali fuq l-awditi u l-valutazzjonijiet kif inklużi fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid.

2.2.3.Stima u ġustifikazzjoni tal-kosteffettività tal-kontrolli (proporzjon tal-“kostijiet tal-kontrolli ÷ il-valur tal-fondi relatati ġestiti”), u l-valutazzjoni tal-livelli mistennija tar-riskju ta’ żball (mal-ħlas u fl-għeluq)

Ġestjoni konġunta:

Dan il-kost tal-kontrolli mistenni li jibqa’ l-istess jew potenzjalment jitnaqqas għall-Istati Membri. Għaċ-ċiklu ta’ programmazzjoni (2014-2020) preżenti, mill-2017, in-nefqa kumulattiva tal-kontroll mill-Istati Membri hija stmata għal madwar 5 % tal-ammont totali tal-pagamenti mitluba mill-Istati Membri għas-sena 2017.

Dan il-perċentwal mistenni jonqos minħabba t-titjib tal-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-programmi u jiżdied fil-pagamenti lill-Istati Membri.

Bl-approċċ ibbażat fuq ir-riskju ta’ ġestjoni u kontrolli jiġi introdott fl-abbozz tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni flimkien ma’ motivazzjoni msaħħa biex jiġu adottati għażliet ta’ kost simplifikati (simplified cost options, SCOs), il-kost tal-kontrolli għall-Istati Membri huwa mistenni li jkompli jonqos.

Ġestjoni diretta / indiretta:

Il-kost tal-kontrolli jammonta għal madwar 2,5 % tal-pagamenti magħmula mid-DĠ HOME. Dan huwa mistenni li jibqa’ stabbli jew jonqos ftit fil-każ ta’ użu usa’ tal-SCOs fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss.

2.3.Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u ta’ irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti, pereż. mill-Istrateġija Kontra l-Frodi.

Il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi huwa wieħed mill-għanijiet tal-kontroll intern kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju u kwistjoni ewlenija tal-governanza, li l-Kummissjoni trid tindirizza matul iċ-ċiklu kollu tal-infiq.

Barra minn hekk, l-istrateġija tad-DĠ HOME għal kontra l-frodi (AFS) għandha l-għan prinċipali ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u riparazzjoni tal-frodi, filwaqt li fost oħrajn tiżgura li l-kontrolli interni tagħha ta’ kontra l-frodi jkunu allinjati għal kollox mal-istrateġija tal-Kummissjoni ta’ kontra l-frodi (Commission’s anti-fraud strategy, CAFS) u li l-approċċ tagħha tal-ġestjoni tar-riskji ta’ frodi jkun immirat li jidentifika oqsma b’riskju ta’ frodi kif ukoll reazzjonijiet adegwati.

Fir-rigward tal-ġestjoni kondiviża, l-Istati Membri se jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-infiq inkluż fil-kontijiet tagħhom li jippreżentaw lill-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri se jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni tal-irregolaritajiet, inkluża l-frodi. Bħal fiċ-ċiklu ta’ programmazzjoni attwali (2014-2020) 40 , l-Istati Membri huma obbligati li jdaħħlu fis-seħħ proċeduri għall-identifikazzjoni tal-irregolaritajiet u għal kontra l-frodi u li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet, inkluża frodi suspettata u frodi stabbilita fl-oqsma tal-ġestjoni kondiviża. Il-miżuri ta’ kontra l-frodi se jibqgħu prinċipju trasversali u obbligu għall-Istati Membri.

3.IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA / TAL-INIZJATTIVA

3.1.Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i baġitarja/i ġdida / ġodda tan-nefqa proposta

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali

Linja baġitarja

Tip ta’
nefqa

Kontribuzzjoni

Intestatura Nru 5: “Sigurtà u Difiża”

Diff./Mhux diff 41 .

mingħand il-pajjiżi tal-EFTA 42

mingħand il-pajjiżi kandidati 43

mingħand pajjiżi terzi

skont it-tifsira tal-Artikolu [21(2)(b)] tar-Regolament Finanzjarju

5

12.02.01 — Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, ISF) 44

Diff.

LE

LE

LE

LE

5

12.01.01 — Nefqa ta’ appoġġ għall-Fond għas-Sigurtà Interna (Assistenza Teknika)

Mhux diff.

LE

LE

LE

LE

3.2.L-impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

5

“Sigurtà u Difiża”

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Approprjazzjonijiet operazzjonali (maqsuma skont il-linji baġitarji elenkati taħt 3.1)

Impenji

(1)

224.811

341.107

345.694

384.921

389.693

394.560

398.214

2 479.000

Pagamenti

(2)

23.212

51.821

105.901

265.329

373.387

371.677

369.230

918.443

2 479.000

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett tal-programm 45  

Impenji = Pagamenti

(3)

2.827

2.884

2.941

3.000

3.060

3.121

3.167

21.000

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-pakkett tal-programm

Impenji

=1+3

227.638

343.991

348.635

387.921

392.753

397.681

401.381

2 500.000

Pagamenti

=2+3

26.039

54.705

108.842

268.329

376.447

374.798

372.397

918.443

2 500.000



Intestatura tal-qafas finanzjarju
pluriennali

7

“Nefqa amministrattiva”

Meta timtela din it-Taqsima jenħtieġ li tintuża “id-data baġitarja ta’ natura amministrattiva” li qabel kollox trid tiġi introdotta fl- Anness tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva li jittella’ fid-DECIDE għal finijiet ta’ konsultazzjoni bejn is-servizzi.

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

Riżorsi umani

5.942

6.943

6.943

6.943

6.943

6.943

6.943

 

47.600

Nefqa amministrattiva oħra

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

 

1.412

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali

(Total ta’ impenji = Total ta’ pagamenti)

6.144

7.145

7.145

7.145

7.145

7.145

7.145

 

49.012

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Wara l-2027

TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet
fl-INTESTATURI kollha
tal-qafas finanzjarju pluriennali
 

Impenji

233.782

351.136

355.780

395.066

399.898

404.826

408.526

-

2 549.012

Pagamenti

32.182

61.849

115.987

275.474

383.592

381.943

379.542

918.443

2 549.012

3.2.2.Sommarju tal-impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

   Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

5.942

6.943

6.943

6.943

6.943

6.943

6.943

47.600

Nefqa amministrattiva oħra

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

0.202

1.412

Subtotal tal-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

6.144

7.145

7.145

7.145

7.145

7.145

7.145

49.012

Barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

Riżorsi umani

Nefqa oħra
ta’ natura amministrattiva

2.827

2.884

2.941

3.000

3.060

3.121

3.167

21.000

Subtotal
barra mill-INTESTATURA 7
tal-qafas finanzjarju pluriennali

2.827

2.884

2.941

3.000

3.060

3.121

3.167

21.000

TOTAL

8.971

10.029

10.086

10.145

10.205

10.266

10.312

70.012

L-approprjazzjonijiet meħtieġa għar-riżorsi umani u għal nefqa oħra ta’ natura amministrattiva se jiġu koperti mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew li jkunu ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tal-limitazzjonijiet baġitarji.

3.2.2.1.Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani

   Il-proposta / L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

   Il-proposta / L-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima trid tiġi espressa f’unitajiet ekwivalenti għal full-time

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Pożizzjonijiet fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni

38

45

45

45

45

45

45

Delegazzjonijiet

2

2

2

2

2

2

2

Riċerka

Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għall-Full-Time: FTE) - AC, AL, END, INT u JED 

Intestatura 7

Iffinanzjati mill-INTESTATURA 7 tal-qafas finanzjarju pluriennali 

- fil-Kwartieri Ġenerali

3

3

3

3

3

3

3

- fid-Delegazzjonijiet

Iffinanzjati mill-pakkett tal-programm 

- fil-Kwartieri Ġenerali

- fid-Delegazzjonijiet

Riċerka

Oħrajn (speċifika)

TOTAL

43

50

50

50

50

50

50

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu mill-persunal tad-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u / jew ġew riallokati fid-DĠ, flimkien, jekk inhu meħtieġ ma’ kull allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ li jiġġestixxi skont il-proċedura annwali ta’ allokazzjoni u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji

Il-persunal ta’ 50 FTE sal-2027 jirrappreżenta l-persunal ġenerali meħtieġ għall-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-Fond. Huwa magħmul minn persunal li diġà jaħdem fid-DĠ HOME għall-ISF (linja bażi: 33 FTE = 3 CA, 11-il AST, 19-il AD) minn April 2018 u persunal addizzjonali (+3 AST, +14-il AD li minnhom tnejn (2) huma għad-Delegazzjonijiet). Ara hawn taħt għad-deskrizzjoni tal-kompiti għall-persunal addizzjonali:

Ippjanar, ipprogrammar, relazzjoni mal-aġenziji (+ 1 AD):

- il-provvista ta’ input għall-proċedura tal-baġit,

- isir kollegament bejn il-fondi u l-aġenziji (pereżempju ftehimiet ta’ għotjiet / delega lill-aġenziji)

Awditi, OLAF, ECA (+3 AD):

- l-eżekuzzjoni ta’ kontrolli kif deskritt qabel (verifika ex ante, kumitat ta’ akkwist, awditjar ex post, awditjar intern, approvazzjoni ta’ kontijiet),

- isir segwitu għall-awditi ġestiti bl-IAS u CoA.

Ġestjoni diretta (+1 AST +2 AD):

- it-tħejjija ta’ programmi ta’ ħidma annwali / deċiżjonijiet ta’ finanzjament, l-iffissar ta’ prijoritajiet annwali,

- il-komunikazzjoni ma’ partijiet interessati (benefiċjarji potenzjali / attwali, Stati Membri, eċċ.),

- ġestjoni ta’ sejħiet għal proposti u sejħiet għal offerti u l-proċeduri ta’ għażla sussegwenti,

- ġestjoni operazzjonali tal-proġetti.

Ġestjoni kondiviża (inkluż TF) (+1 AST +3AD):

- it-twettiq tad-djalogu ta’ politika mal-Istati Membri,

- il-ġestjoni tal-programmi nazzjonali,

- l-abbozzar ta’ linji gwida lill-Istati Membri,

- l-iżvilupp u ġestjoni ta’ għodod tal-IT għal ġestjoni ta’ għotjiet u programmi nazzjonali.

Sinerġiji ma’ fondi oħra (+1 AD):

- koordinazzjoni mal-fondi ta’ dimensjoni esterna,

- koordinazzjoni fil-kuntest tas-CPR,

- sinerġiji u kumplimentarjetà ma’ fondi oħra.

Ġestjoni finanzjarja (+1 AST):

- inizjazzjoni finanzjarja u verifika finanzjarja,

- il-kontabbiltà,

- il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar l-ilħiq tal-għanijiet, inklużi fir-rapporti annwali ta’ attività u r-rapporti tal-uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega.

Persunal għal direttorati oħra li jaħdmu fuq il-kwistjonijiet ta’ finanzjament (+2 AD):

- L-uffiċjali tal-politika involuti fl-implimentazzjoni tal-fondi (pereż. l-evalwazzjoni tar-rapporti tekniċi mill-benefiċjarji tal-ġestjoni diretta, ir-rieżami tar-rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni għall-ġestjoni kondiviża, il-ġestjoni operattiva tal-proġetti).

Persunal estern

Il-kompiti huma simili għal dawk ta’ uffiċjali u aġenti temporanji, ħlief għal kompiti li ma jistgħux jiġu ssodisfati minn persunal estern.

Persunal fid-delegazzjonijiet

+ 2 AD: Biex jakkumpanja l-iżvilupp ta' implimentazzjoni ta' politika fil-qasam tal-affarijiet interni, u b'mod partikolari fid-dimensjonijiet esterni tiegħu, id-delegazzjonijiet tal-UE se jeħtieġu jkunu mgħammra b'esperjenza suffiċjenti fl-affarijiet interni. Dan jista’ jkun persunal mill-Kummissjoni Ewropea u / jew is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

3.2.3.Kontribuzzjonijiet ta’ terzi persuni

Il-proposta / L-inizjattiva:

   ma tipprevedix il-kofinanzjament minn terzi persuni

   tipprevedi l-kofinanzjament minn terzi persuni u li qed jiġi stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Snin

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

TOTAL

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament 

SM

SM

SM

SM

SM

SM

SM

Approprjazzjonijiet TOTALI kofinanzjati

għad irid jiġi deċiż

għad irid jiġi deċiż

għad irid jiġi deċiż

għad irid jiġi deċiż

għad irid jiġi deċiż

għad irid jiġi deċiż

għad irid jiġi deċiż

3.3.Impatt stmat fuq id-dħul

   Il-proposta / L-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

   Il-proposta / L-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

   fuq ir-riżorsi proprji

   fuq dħul ieħor

indika jekk id-dħul huwa assenjat għal-linji tan-nefqa    

EUR miljun (sa tliet pożizzjonijiet deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul:

Impatt tal-proposta / tal-inizjattiva 46

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Artikolu …………

Għal dħul assenjat, speċifika l-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i.

Rimarki oħra (pereż. il-metodu / formula użati għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul jew kwalunkwe informazzjoni oħra).

(1)    COM(2018) 321 final tat-2 ta’ Mejju 2018.
(2)    Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(3)    Ir-Regolament (UE) Nru 1382/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi Programm dwar il-Ġustizzja għall-perjodu mill-2014 sal-2020.
(4)    COM(2018) 321 final (2.5.2018).
(5)    “Baġit Modern għal Unjoni li Tipproteġi, li Tagħti s-Setgħa u li Tiddefendi: Il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2021-2027", COM(2018) 321, 2.5.2018.
(6)    COM(2018) 375 tad-29 ta’ Mejju 2018.
(7)    Ir-Regolament (UE) X
(8)    COM(2015) 185 final tat-28 ta’ April 2015.
(9)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020.
(10)    Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)).
(11)    COM(2017) 794 final.
(12)    Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).
(13)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).
(14)    ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32013Q1220(01)
(15)    Referenza sħiħa
(16)    Referenza sħiħa
(17)    Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248 18.9.2013, p. 1).
(18)    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).
(19)    Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).
(20)    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).
(21)    Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).
(22)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).
(23)    COM (2017) 623 final.
(24)    Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.
(25)    ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(26)

   Ir-Regolament tal-kunsill (UE, Euratom) Nru XXX.

(27)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44).
(28)    Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 8 u 9 ta’ Novembru 2010.
(29)    COM(2013) 172 li jwaqqaf Skema Ewropea ta’ Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (Law Enforcement Training Scheme, LETS).
(30)    Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL).
(31)    Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).
(32)    Id-Direttiva (UE) 2017/741 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).
(33)    “Flus lixka” huma kontanti ġenwini li jkunu murija (esibiti) matul investigazzjoni kriminali bħala prova ta’ likwidità u solvenza lis-suspettati jew persuni oħra li jkollhom informazzjoni dwar id-disponibbiltà jew il-kunsinna jew li jaġixxu bħala intermedjarji, sabiex jitwettaq xiri fittizju bil-għan li jiġu arrestati suspettati, jiġu identifikati siti ta’ produzzjoni illegali jew inkella jiġi żarmat grupp ta’ kriminalità organizzata.
(34)    Referenza sħiħa.
(35)    Kif imsemmi fl-Artikolu 58(2)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.
(36)    Dettalji tal-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fis-sit BudgWeb:     https://myintracomm.ec.europa.eu/budgweb/MT/man/budgmanag/Pages/budgmanag.aspx
(37)    Il-programm jaf ikun (parzjalment) delegat lil aġenzija eżekuttiva, soġġett għall-eżitu tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji u deċiżjonijiet relatati li jridu jittieħdu, u lill-approprjazzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-programm fil-Kummissjoni u fl-aġenzija eżekuttiva jkunu adattati skont dan.
(38)    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1042/2014 tal-25 ta’ Lulju 2014, Anness I; Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1973 tat-8 ta’ Lulju 2015.
(39)    Diff. = approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux diff. = approprjazzjonijiet mhux differenzjati.
(40)    L-EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.
(41)    Pajjiżi kandidati u, meta applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.
(42)    Fil-kuntest tas-CIS, DĠ BUDG issuġġerixxa tqassim ulterjuri f’għanijiet speċifiċi. Minħabba l-eżistenza tal-faċilità tematika, DĠ HOME ma jaqbilx ma’ dan is-suġġeriment f’dan l-istadju.
(43)    Assistenza teknika u / jew amministrattiva u nefqa b'sostenn għall-implimentazzjoni ta’ programmi u / jew ta’ azzjonijiet tal-UE (li qabel kienu l-linji “BA”), riċerka indiretta u riċerka diretta.
(44)    Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, l-imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis rilevanti tal-kostijiet tal-ġbir.
Top

Brussell,13.6.2018

COM(2018) 472 final

ANNESSI

tar-

Proposta għal
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

{SWD(2018) 347 final}
{SWD(2018) 348 final}
{SEC(2018) 315 final}


ANNESS I

Kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi għall-programmi b’ġestjoni kondiviża

Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10 se jiġi allokat għall-programmi tal-Istati Membri kif ġej:

(1)ammont fiss ta’ darba ta’ EUR 5 000 000 se jiġi allokat għal kull Stat Membru fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar sabiex tiġi żgurata massa kritika għal kull programm u sabiex jitkoprew ħtiġijiet li ma jkunux direttament espressi permezz tal-kriterji indikati hawn taħt;

(2)ir-riżorsi li baqa’ se jitqassmu skont il-kriterji li ġejjin:

(a)45 % fi proporzjon invers għall-prodott domestiku gross tagħhom (l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist għal kull abitant),

(b)40 % fi proporzjon għad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom,

(c)15 % fi proporzjon għad-daqs tat-territorju tagħhom.

L-allokazzjoni inizjali għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika annwali, prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat), li tkopri s-sena kalendarja preċedenti. Għar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika annwali prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-sena kalendarja preċedenti disponibbli fi żmien ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024.

ANNESS II

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà li tappoġġa l-iskambju tal-informazzjoni, pereżempju permezz ta’ Prüm, il-PNR tal-UE u l-SIS II, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen u mekkaniżmi oħra ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni;

(b)biex jiġu stabbiliti, adattati, u jinżammu n-networks ta’ komunikazzjoni u s-sistemi tal-IT tal-Unjoni relevanti, inkluż l-interoperabbiltà tagħhom, u sabiex tiġi żviluppata l-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati;

(c)biex jiżdied l-użu attiv ta’ għodod għall-iskambju tal-informazzjoni, ta’ sistemi u ta’ bażijiet tad-data relevanti għas-sigurtà tal-Unjoni billi jiġi żgurat li f’dawn tiddaħħal data ta’ kwalità għolja;

(d)biex jiġu appoġġati miżuri nazzjonali jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2)(a).

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)biex jiżdiedu l-operazzjonijiet ta’ infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri, inkluż meta jkun xieraq, ma’ atturi rilevanti oħra, b’mod partikolari sabiex jiffaċilitaw u jtejbu l-użu ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni operattiva oħra fil-kuntest taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE (EMPACT), b’enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera;

(b)biex tiżdied il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma’ atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta’ networks ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, ċentri tal-Unjoni;

(c)biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, u fil-livell ta’ Unjoni bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)biex jiżdied it-taħriġ għall-infurzar tal-liġi, l-eżerċizzji, it-tagħlim reċiproku, il-programmi ta’ skambju speċjalizzati u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f’pajjiżi terzi u magħhom kif ukoll ma’ atturi rilevanti oħra;

(b)biex jiġu sfruttati s-sinerġiji billi jiġu akkomunati r-riżorsi u l-għarfien bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili permezz ta’, pereżempju, il-ħolqien ta’ ċentri konġunti ta’ eċċellenza, l-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, jew ċentri ta’ appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet mmexxija b’mod konġunt;

(c)biex jiġu promossi u żviluppati miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità, u biex jiġu żviluppati sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan;

(d)biex jiġi akkwistat tagħmir u biex jiġu stabbiliti jew imtejba faċilitajiet ta’ taħriġ speċjalizzati u infrastruttura għas-sigurtà essenzjali rilevanti oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u r-rispons adegwat għat-theddida għas-sigurtà.



ANNESS III

Azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond f’konformità mal-Artikolu 4

·Sistemi tal-IT u networks li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, taħriġ dwar l-użu ta’ dawn is-sistemi, l-ittestjar u t-titjib tal-interoperabbiltà u l-kwalità tad-data ta’ dawn is-sistemi;

·il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi ta’ politika tal-Unjoni fl-Istati Membri fil-qasam tas-sistemi għas-sigurtà tal-informazzjoni;

·azzjonijiet tal-EMPACT li jimplimentaw jew li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE;

·azzjonijiet li jappoġġaw rispons effettiv u koordinat għall-kriżi li jgħaqqdu flimkien il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri ta’ kompetenza u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inklużi dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili u t-terroriżmu;

·azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jużaw teknoloġiji ġodda li għandhom il-potenzjal ta' trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, speċjalment proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta' proġetti ta' riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni;

·l-appoġġ għal networks tematiċi jew transtematiċi ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati sabiex titjieb il-fiduċja reċiproka, l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-għarfien espert, l-informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattiki, l-akkomunament tar-riżorsi u l-għarfien espert f’ċentri konġunti ta’ eċċellenza;

·l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ persunal u esperti rilevanti dwar l-infurzar talliġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operattivi u l-analiżi tar-riskju, abbażi tal-LETS u f’kooperazzjoni mas-CEPOL u, meta applikabbli, man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju;

·kooperazzjoni mas-settur privat sabiex tinbena l-fiduċja u jitjiebu l-koordinazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-atturi pubbliċi u privati inkluż fil-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika;

·azzjonijiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-komunitajiet biex jiżviluppaw approċċi lokali u politiki ta’ prevenzjoni, u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali dwar il-politiki ta’ sigurtà tal-Unjoni;

·tagħmir, mezzi ta’ trasport, sistemi ta’ komunikazzjoni u faċilitajiet essenzjali rilevanti għas-sigurtà;

·l-ispejjeż tal-persunal involut f’azzjonijiet li huma appoġġati mill-Fond jew azzjonijiet li jenħtieġu l-involviment ta’ persunal għal raġunijiet tekniċi jew relatati mas-sigurtà.



ANNESS IV

Azzjonijiet eligibbli għal kofinanzjament ogħla f’konformità mal-Artikoli 11(2) u 12(6)

·Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikalizzazzjoni.

·Proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-networks ta’ komunikazzjoni 1 .



ANNESS V

Indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin msemmija fl-Artikolu 24(1)

Objettiv Speċifiku 1:    Skambju aħjar ta’ informazzjoni

(1)L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni.

sors tad-data: l-Europol, UE-LISA, il-Kunsill, l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 2:    Kooperazzjoni operattiva akbar

(1)Għadd ta’ azzjonijiet operattivi konġunti appoġġati mill-Fond.

sors tad-data: l-Europol, l-Eurojust, l-Istati Membri

(2)Il-valur stmat ta’ beni ffriżati, il-valur stmat ta’ beni kkonfiskati bl-għajnuna tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(3)Il-valur tas-sekwestri tad-droga illeċita miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni

(4)L-għadd ta’ Rakkomandazzjonijiet ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà indirizzati bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà.

sors tad-data: l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 3:    It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex tiġi miġġielda u pprevenuta l-kriminalità

(5)L-għadd ta’ uffiċjali għall-infurzar tal-liġi li lestew it-taħriġ, l-eżerċizzji, t-tagħlim reċiproku jew il-programmi ta’ skambju speċjalizzati dwar suġġetti relatati ma’ aspetti transfrunitiera mogħtija bl-appoġġ tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(6)F’għadd ta’ infrastrutturi kritiċi u ta’ spazji pubbliċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(7)Għadd ta’ inizjattivi biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti.

sors tad-data: RAN



ANNESS VI

Tipi ta’ intervent

TABELLA 1:   IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

1

TER-Ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu

2

TER-Prevention u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni

3

TER-Protection u r-reżiljenza tal-ispazji pubbliċi u miri faċli oħra

4

TER- Protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika

5

TER-Materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjuattivi u nukleari

6

TER-Splussivi

7

TER-Immaniġġar ta' kriżijiet

8

TER-Oħra

9

OC-Korruzzjoni

10

OC-Kriminalità finanzjarja u ekonomika

11

OC-Droga

12

OC-Traffikar ta' armi tan-nar

13

OC-Traffikar tal-bnedmin

14

OC-Faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali

15

OC-Reati ambjentali

16

OC-Kriminalità organizzata kontra l-proprjetà

17

OC-Oħra

18

CC-Ċiberkriminalità - Oħra

19

CC-Ċiberkriminalità - Prevenzjoni

20

CC-Ċiberkriminalità - L-iffaċilitar tal-investigazzjonijiet

21

CC-Ċiberkriminalità - Assistenza għall-vittmi

22

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal - Prevenzjoni

23

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal - L-iffaċilitar tal-investigazzjonijiet

24

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal - Assistenza għall-vittmi

25

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal - Oħra

26

CC-Oħra

27

GEN-Skambju tal-informazzjoni

28

GEN-Kooperazzjoni tal-pulizija jew bejn l-aġenziji (id-dwana, l-uffiċjali tal-fruntieri, is-servizzi tal-intelligence)

29

GEN-Forensika

30

GEN-Appoġġ għall-vittmi

31

GEN-Appoġġ operazzjonali

32

TA-Assistenza teknika - informazzjoni u komunikazzjoni

33

TA-Assistenza teknika - preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

34

TA-Assistenza teknika - evalwazzjoni u studju, ġbir tad-data

35

TA-Assistenza teknika - tisħiħ tal-kapaċitajiet

TABELLA 2:   IL-KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TAL-AZZJONI

1

Sistemi tal-IT, l-interoperabbiltà, il-kwalità tad-data, is-sistemi ta’ komunikazzjoni (eskluż it-tagħmir)

2

Networks, ċentri ta’ eċċellenza, strutturi ta’ kooperazzjoni, azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet

3

Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (Joint Investigation Teams, JITs) jew operazzjonijiet konġunti oħrajn

4

L-issekondar jew l-istazzjonar ta’ esperti

5

Taħriġ

6

L-iskambju tal-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi, attivitajiet, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ komunikazzjoni

7

Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju

8

Tagħmir (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %)

9

Mezzi tat-trasport (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %)

10

Bini, faċilitajiet (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %)

11

L-użu jew segwitu ieħor ta’ proġetti ta’ riċerka

TABELLA 3:   IL-KODIĊIJIET GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIMENSJONI TAL-MODALITAJIET

1

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

2

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi

3

L-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija

4

Azzjonijiet Speċifiċi (mhux magħrufa fl-istadju tal-programmar)

5

Assistenza ta’ emerġenza (mhux magħrufa fl-istadju tal-ipprogrammar)

6

L-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV



ANNESS VII

Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali

Fl-objettiv speċifiku għal skambju aħjar tal-informazzjoni, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi għandu jkopri:

·il-manutenzjoni u l-helpdesk tal-Unjoni u fejn rilevanti tas-sistemi tal-IT nazzjonali li jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

·l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

Fl-objettiv speċifiku għal aktar kooperazzjoni operattiva, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi nazzjonali għandu jkopri:

·il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera.

·l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

Fl-objettiv speċifiku għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi nazzjonali għandu jkopri:

·il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera.

·l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

Azzjonijiet li mhumiex eliġibbli skont l-Artikolu 4(3) ma għandhomx ikunu koperti.



ANNESS VIII

Indikaturi tal-outputs u tar-riżultati msemmija
fl-Artikolu 24(3)

Objettiv Speċifiku 1:    Skambju aħjar ta’ informazzjoni

(1)L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni mkejla permezz ta’:

(a)l-għadd ta’ tfittxijiet fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) II;

(b)l-għadd ta’ tfittxijiet fis-sistema ta’ skambju transnazzjonali ta’ data forensika (DNA, marki tas-swaba’, pjanċi tal-vetturi) bejn l-Istati Membri (is-sistema awtomatizzata tal-iskambju tad-data ta’ Prüm);

(c)l-għadd ta’ messaġġi skambjati permezz tal-Applikazzjoni tan-Network għall-Iskambju Sikur tal-Informazzjoni (Secure Information Exchange Network Application, SIENA) tal-Europol;

(d)l-għadd ta’ tfittxijiet li jitwettqu fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (Europol's Information System, EIS);

(e)l-għadd totali ta’ passiġġieri li d-data tagħhom fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (Passenger Name Record, PNR) tal-UE ġiet miġbura u skambjata;

sors tad-data: l-Europol, UE-LISA, il-Kunsill, l-Istati Membri

(2)L-għadd ta’ konnessjonijiet ġodda bejn il-bażijiet tad-data rilevanti għas-sigurtà mwettqa bl-appoġġ tal-Fond:

(a)mal-UE u fejn rilevanti ma’ bażijiet tad-data internazzjonali;

(b)fl-Istat Membru;

(c)ma’ Stat Membru ieħor jew aktar;

(d)ma’ pajjiż terz ieħor jew aktar.

sors tad-data: l-Istati Membri

(3)L-għadd ta’ utenti attivi li jużaw għodod, sistemi u bażijiet tad-data tal-UE u fejn relevanti nazzjonali, għall-iskambju tal-informazzjoni, miżjuda bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali tal-utenti.

sors tad-data: l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 2:    Kooperazzjoni operattiva akbar

(4)add ta’ azzjonijiet operattivi konġunti appoġġati mill-Fond, inklużi l-Istati Membri u l-awtoritajiet parteċipanti, u kklassifikati skont iż-żona (il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata - ġenerali, il-kriminalità organizzata - tal-armi tan-nar, iċ-ċiberkriminalità, oħra):

(a)l-għadd ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti (joint investigation teams, JITs);

(b)l-għadd ta’ proġetti operattivi tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (European Multidisciplinary Platform against Criminal Threats, EMPACT);

(c)azzjonijiet operattivi konġunti oħra.

sors tad-data: l-Europol, l-Eurojust, l-Istati Membri

(5)Parteċipazzjoni f’networks transnazzjonali li joperaw bl-appoġġ tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS

(6)Il-valur stmat ta’ beni ffriżati, il-valur stmat ta’ beni kkonfiskati bl-għajnuna tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(7)Il-valur tas-sekwestri tad-droga illeċita miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni

(8)L-għadd ta’ outputs ta’ networks transnazzjonali eżistenti ġġenerati bl-għajnuna tal-Fond, bħal pereżempju manwali dwar l-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, eżerċizzji komuni.

sors tad-data: il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni

(9)L-għadd ta’ Rakkomandazzjonijiet ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà indirizzati bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà.

sors tad-data: l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 3:    It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex tiġi miġġielda u pprevenuta l-kriminalità

(10)L-għadd ta’ uffiċjali għall-infurzar tal-liġi li lestew it-taħriġ, l-eżerċizzji, it-tagħlim reċiproku jew il-programmi ta’ skambju speċjalizzati dwar suġġetti relatati ma’ aspetti transfrunitiera mogħtija bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont dawn l-oqsma:

(a)il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(b)il-kriminalità organizzata;

(c)iċ-ċiberkriminalità;

(d)oqsma oħra ta’ kooperazzjoni operattiva.

sors tad-data: l-Istati Membri

(11)L-għadd ta’ manwali dwar l-aħjar prattiki u tekniki ta’ investigazzjoni, proċeduri operattivi standard u għodod oħra żviluppati bl-appoġġ tal-Fond bħala riżultat ta’ interazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet differenti fl-UE.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS

(12)L-għadd ta’ vittmi tal-kriminalità megħjuna bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont it-tip ta’ reat (it-traffikar tal-bnedmin, il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali tat-tfal).

sors tad-data: l-Istati Membri

(13)F’għadd ta’ infrastrutturi kritiċi u ta’ spazji pubbliċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(14)Għadd ta’ inizjattivi biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti:

(a)l-għadd ta’ hits fuq is-sit web tan-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (Radicalisation Awareness Network, RAN);

(b)l-għadd ta’ parteċipanti fl-RAN ikklassifikati skont it-tip ta’ espert;

(c)l-għadd ta’ żjarat ta’ studju, taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u konsulenza li tlestew fi Stati Membri f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet nazzjonali kklassifikati skont il-benefiċjarji (l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, oħra).

sors tad-data: RAN

(15)L-għadd ta’ sħubijiet stabbiliti bl-appoġġ tal-Fond li kkontribwew biex jittejjeb l-appoġġ lix-xhieda, lill-informaturi u lill-vittmi tal-kriminalità:

(a)mas-settur privat;

(b)mas-soċjetà ċivili.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS

(1)    F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi ta’ informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà COM(2016) 205.
Top