Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TJ0545

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2022.
    YY u ZA vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.
    Servizz pubbliku – Uffiċjali – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal‑2014 – Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Post ta’ oriġini li jinsab f’pajjiż terz – Ħlas b’rata fissa kkalkolat abbażi tad-distanza bejn il-post ta’ impjieg u l-belt kapitali tal-Istat Membru li l-uffiċjal għandu n-nazzjonalità tiegħu.
    Kawża T-545/16.

    Court reports – general

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2022:366

     Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal‑15 ta’ Ġunju 2022 – YY u ZA vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża T‑545/16)

    “Servizz pubbliku – Uffiċjali – Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal‑2014 – Rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Post ta’ oriġini li jinsab f’pajjiż terz – Ħlas b’rata fissa kkalkolat abbażi tad-distanza bejn il-post ta’ impjieg u l-belt kapitali tal-Istat Membru li l-uffiċjal għandu n-nazzjonalità tiegħu”

    1. 

    Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment – Effett – Tressiq tal-att ikkontestat quddiem il-qorti – Eċċezzjoni – Deċiżjoni li ma għandhiex natura konfermattiva – Teħid inkunsiderazzjoni tal-motivazzjoni li tinsab fiha

    (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 90 u 91)

    (ara l-punt 22)

    2. 

    Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Moviment tal-ħaddiema bejn post ta’ oriġini barra l-Unjoni u post ta’ impjieg fl-Unjoni – Esklużjoni

    (Artikolu 45 TFUE)

    (ara l-punti 32 sa 36)

    3. 

    Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Uffiċjali li għandhom il-post ta’ oriġini tagħhom barra mill-Unjoni – Kalkolu tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar abbażi tad-distanza bejn il-post ta’ impjieg u l-belt kapitali tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tagħhom – Diskriminazzjoni minħabba n-nazzjonalità – Assenza – Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Assenza

    (Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013, Anness VII, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2))

    (ara l-punti 38 sa 41, 47 sa 54, 56, 59 sa 63)

    4. 

    Atti tal-istituzzjonijiet – Applikazzjoni ratione temporis – Applikazzjoni immedjata tar-regola l-ġdida lill-effetti futuri ta’ sitwazzjoni li bdiet taħt ir-regola l-antika – Adozzjoni tar-Regolament Nru 1023/2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra – Ksur tad-drittijiet kweżiti – Assenza

    (Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013, Annessi V, Artikoli 7, u VII, Artikolu 8)

    (ara l-punti 64 sa 66)

    5. 

    Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż – Spejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Kundizzjonijiet u modalitajiet – Emenda tar-Regolamenti tal-Persunal li twassal għal tnaqqis tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali – Ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Assenza

    (Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013, Anness VII, Artikolu 8)

    (ara l-punti 67 sa 71)

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2) 

    YY u ZA għandhom iħallsu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Qorti tal-Ġustizzja ta-Unjoni Ewropea

    3) 

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

    Top