Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TJ0632

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-14 ta’ Lulju 2021.
DD vs Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.
Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Talbiet għal kumpens – Dannu morali – Eżekuzzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tal-Qorti Ġenerali.
Kawża T-632/19.

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2021:434

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal‑14 ta’ Lulju 2021 – DD vs FRA

(Kawża T‑632/19)

“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Talbiet għal kumpens – Dannu morali – Eżekuzzjoni tas-sentenzi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u tal-Qorti Ġenerali”

1. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Annullament ta’ deċiżjoni li tagħti ċanfira – Rinunzja għall-proċedura dixxiplinari u rtirar taċ-ċanfira mill-fajl personali – Modalità ta’ eżekuzzjoni adegwata

(Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Anness IX, Artikolu 3(a))

(ara l-punti 44 sa 49)

2. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-amministrazzjoni – Annullament ta’ deċiżjoni li tagħti ċanfira – Eżekuzzjoni permezz tal-abbandun tal-proċedura u t-tħassir tal-atti mill-fajl personali – Obbligu li jingħata kumpens għad-dannu morali allegatament ikkawżat – Assenza

(ara l-punti 74 sa 78)

3. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Sentenza ta’ annullament – Effetti – Obbligu li jiġu adottati miżuri ta’ eżekuzzjoni – Terminu raġonevoli – Annullament ta’ deċiżjoni li tagħti ċanfira – Kriterji ta’ evalwazzjoni

(ara l-punti 85, 93 sa 97)

4. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Termini – Talba għal kumpens indirizzata lil istituzzjoni – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Possibbiltà ta’ interruzzjoni fil-każ ta’ lment indirizzat lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data – Esklużjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 45/2001, l-ewwel subparagrafu tal-Artikoli 32(2))

(ara l-punti 106, 107)

5. 

Rikorsi tal-uffiċjali – Rikors għad-danni – Suġġett – Talba intiża għall-annullament tal-atti preparatorji – Inammissibbiltà

(ara l-punt 112)

6. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Illegalità – Kunċett – Tweġiba għal ilment mill-amministrazzjoni billi tirrikorri għal argumenti intiżi li jiġġustifikaw l-atti kkontestati fil-kuntest tad-difiża leġittima tal-interessi tal-istituzzjoni – Esklużjoni

(Artikolu 340 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 11, 47 u 52(1); Regolamenti tal-persunal, Artikolu 90)

(ara l-punti 149, 150, 152, 153, 155)

7. 

Uffiċjali – Dmir ta’ premura li jaqa’ fuq l-amministrazzjoni – Portata – Żvelar mhux awtorizzat ta’ informazzjoni lill-istampa dwar uffiċjal – Obbligu li jittieħdu miżuri korrettivi – Portata – Assenza, fl-istampa, ta’ element negattiv li jikkawża preġudizzju għall-uffiċjal ikkonċernat – Assenza ta’ ksur

(ara l-punti 173, 174, 176, 178)

8. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Dannu – Kunċett – Tul eċċessiv ta’ proċedura dixxiplinari – Inklużjoni

(ara l-punt 189)

9. 

Uffiċjali – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-istituzzjonijiet – Kundizzjonijiet – Dannu – Rabta kawżali – Oneru tal-prova

(ara l-punti 191, 196, 197)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiż, l-ewwel, għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu morali li r-rikorrent allegatament ġarrab, it-tieni, għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur tal-FRA tad‑19 ta’ Novembru 2018 li tiċħad it-talba għal kumpens u, it-tielet, għall-annullament, jekk neċessarju, tad-deċiżjoni tat‑12 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad l-ilment kontra d-deċiżjoni msemmija hawn fuq tad‑19 ta’ Novembru 2018.

Dispożittiv

1) 

Ir-rikors huwa miċħud.

2) 

DD huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA).

Top