EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TJ0500

Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Settembru 2019.
Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l‑406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Dannu – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Rabta kawżali.
Kawża T-500/17.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:T:2019:691

 Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-24 ta’ Settembru 2019 –
Hubei Xinyegang Special Tube vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑500/17)

“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l‑406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina – Dazju antidumping definittiv – Dannu – Twaqqigħ tal-prezzijiet – Rabta kawżali”

1. 

Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Impożizzjoni ta’ dazju antidumping – Kundizzjoni – Dannu – Determinazzjoni – Effett tal-importazzjonijiet fuq il-prezzijiet ta’ prodotti simili fis-suq tal-Unjoni – Kalkolu tal-marġni ta’ twaqqigħ tal-prezzijiet – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikoli 1(1) u (4), u 3(2), (3), (6) u (8))

(ara l-punti 30 sa 36)

2. 

Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Stabbiliment tar-rabta kawżali – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/2012, Artikoli 1(4) u 3(2), (3), (6) u (8); Regolament tal-Kumissjoni 2017/804, premessi 22, 24 u 27)

(ara l-punti 32, 56 sa 58, 61 sa 63, 71, 76, 86, 88)

3. 

Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Evalwazzjoni fil-mument tal-preżentata tar-rikors – Rikors li jista’ jagħti benefiċċju lir-rikorrent – Oneru tal-prova

(ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 43)

4. 

Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Investigazzjoni – Perijodu ta’ riferiment li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/1036, Artikolu 6(1))

(ara l-punti 49 sa 52)

5. 

Ftehimiet Internazzjonali – Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Interpretazzjoni tal-atti tal-Unjoni fid-dawl tal-Ftehim WTO

(Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi doganali u l-kummerċ, “Ftehim antidumping tal‑1994”; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2016/2012, Artikolu 3(2) u (3))

(ara l-punti 53, 54)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal‑11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l‑406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2017, L 121, p. 3), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1) 

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal‑11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l‑406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn jikkonċerna l-prodotti mmanifatturati minn Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd.

2) 

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn Hubei Xinyegang Special Tube.

3) 

ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Válcovny trub Chomutov a.s. u Vallourec Deutschland GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

Top