EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017TO0733

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018.
GMP-Orphan (GMPO) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Sustanza attiva tetrakloridrat ta’ trientina – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax il-prodott mediċinali Cuprior-trientina bħala prodott mediċinali orfni – Regolament (KE) Nru 141/2000 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza.
Kawża T-733/17 R.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2018 – GMPO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑733/17 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Sustanza attiva tetrakloridrat ta’ trientina – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tikklassifikax il-prodott mediċinali Cuprior-trientina bħala prodott mediċinali orfni – Regolament (KE) Nru 141/2000 – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”

1. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni

(Artikolu 256(1) TFUE, Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 13, 15, 16)

2. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentarji fid-dettall – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza

(Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 19, 20, 27, 30 sa 34, 36)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Rekwiżiti formali – Preżentazzjoni tat-talbiet – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Assenza ta’ spjegazzjoni suffiċjenti tar-raġunijiet li jikkostitwixxu fumus boni juris – Riferiment ġenerali għal dokumenti oħra – Inammissibbiltà

(Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4) u (5))

(ara l-punti 22 sa 24)

4. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Evalwazzjoni fl-assenza ta’ informazzjoni dwar id-daqs tal-impriża kkonċernata – Dannu finanzjarju oġġettivament kunsiderevoli mġarrab minn impriża minħabba allegat obbligu ta’ eżerċizzju ta’ għażla kummerċjali f’terminu mhux xieraq – Riskju li normalment għandu jiġi sostnut minn impriża li topera f’suq irregolat ħafna – Assenza ta’ urġenza

(Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE)

(ara l-punti 45, 46)

5. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Teħid inkunsiderazzjoni tan-nuqqas ta’ diliġenza tar-rikorrent

(Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(3))

(ara l-punt 49)

6. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tikklassifika prodott mediċinali bħala prodott mediċinali orfni – Riskju li normalment għandu jiġi sostnut minn impriża li topera fis-suq inkwistjoni – Assenza ta’ urġenza

(Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 141/2000, Artikolu 5(12)(b))

(ara l-punt 76)

7. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Dannu li jista’ jiġi kkumpensat sussegwentement permezz ta’ rikors għad-danni – Preġudizzju li ma jistax jitqies li huwa irreparabbli

(Artikolu 278 TFUE u Artikolu 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 79, 80)

8. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Natura irreparabbli tad-dannu – Dannu li ma jistax jissarraf f’ċifri – Evalwazzjoni fuq il-bażi biss tal-inċertezza marbuta mal-kumpens għal dannu pekunjarju fil-kuntest ta’ rikors għad-danni i għall-interessi eventwali – Inammissibbiltà

(Artikolu 268 TFUE, Artikolu 278 TFUE, Artikolu 279 TFUE, Artikolu 339 TFUE u Artikolu 340 TFUE)

(ara l-punti 97 sa 99)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6102 final tal-5 ta’ Settembru 2017 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq skond ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229) għal “Cuprior - trientina”, prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem.

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati

Top