Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TJ0274

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ April 2018.
    Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq tal-bijoetanol u tal-etanol – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti – Dokumenti skambjati wara spezzjoni preċedenti – Rifjut tal-Kummissjoni li l-proċeduri ta’ ksur inkwistjoni jiġu sospiżi – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà.
    Kawża T-274/15.

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-10 ta’ April 2018 –
    Alcogroup u Alcodis vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑274/15)

    “Rikors għal annullament – Kompetizzjoni – Akkordji – Swieq tal-bijoetanol u tal-etanol – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni li tordna spezzjoni – Setgħat ta’ verifika tal-Kummissjoni – Protezzjoni tal-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet bejn l-avukati u l-klijenti – Dokumenti skambjati wara spezzjoni preċedenti – Rifjut tal-Kummissjoni li l-proċeduri ta’ ksur inkwistjoni jiġu sospiżi – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

    1. 

    Rikors għal annullament–Stħarriġ tal-legalità–Kriterji–Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-punti ta’ fatt u ta’ liġi eżistenti fid-data tal-adozzjoni tal-att kontenzjuż

    (Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punt 61)

    2. 

    Atti tal-istituzzjonijiet–Deċiżjoni–Validità–Evalwazzjoni irrispettivament minn irregolaritajiet eventwali fl-eżekuzzjoni

    (ara l-punt 63)

    3. 

    Rikors għal annullament–Atti li jistgħu jiġu kkontestati–Kunċett–Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti–Atti preparatorji–Esklużjoni

    (Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punti 71 sa 75, 80)

    4. 

    Rikors għal annullament–Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni ta’ rifjut li jiġi rtirat jew emendat att preċedenti–Ammissibbiltà li tiġi evalwata fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi kkontestat l-att inkwistjoni

    (Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punt 76)

    5. 

    Rikors għal annullament–Atti li jistgħu jiġu kkontestati–Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti–Proċedura amministrattiva għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni–Miżuri meħuda matul il-proċedura ta’ spezzjoni–Possibbiltà li tiġi kkontestata d-deċiżjoni finali adottata mill-Kummissjoni skont ir-regoli tal-kompetizzjoni

    (Artikolu 263 TFUE)

    (ara l-punt 91)

    6. 

    Dritt tal-Unjoni Ewropea–Prinċipji–Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva–Inammissibbiltà tar-rikors għal annullament kontra miżuri li ma jipproduċux effetti legali vinkolanti–Possibbiltà għall-partijiet fil-kawża li jikkontestaw tali miżuri permezz tar-rikors għad-danni mhux kuntrattwali tal-Unjoni

    (Artikoli 263 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE)

    (ara l-punt 92)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1769 finali tat‑12 ta’ Marzu 2015 indirizzata lil Alcogroup kif ukoll lill-kumpanniji kollha kkontrollati direttament jew indirettament minnha, inkluża Alcodis, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 20(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (AT.40244 – Bioethanol), u tal-ittra tal-Kummissjoni tat‑8 ta’ Mejju 2015 indirizzata lil Alcogroup fil-kuntest tal-investigazzjonijiet AT.40244 – Bioethanol u AT.40054 – Oil and Biofuel Markets.

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2) 

    Alcogroup u Alcodis għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    3) 

    L-Orde van Vlaamse Balies, l-Ordre des barreaux francophones et germanophone u l-Ordre français des avocats du barreau de Bruxelles għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom sostnuti f’din l-istanza.

    Top