Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TJ0295

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015.
    Ir-Repubblika Taljana vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Sistema lingwistika – Rettifiki għal avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi – Proċeduri ta’ kompetizzjoni ġodda – Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi – Regolament Nru 1 – Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Proporzjonalità.
    Kawża T-295/13.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-17 ta ’ Diċembru 2015 – L‑Italja vs Il‑Kummissjoni

    (Kawża T‑295/13)

    “Sistema lingwistika — Rettifiki għal avviżi ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi — Proċeduri ta’ kompetizzjoni ġodda — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità”

    1. 

    Rikors għal annullament — Rikors ippreżentat kontra att konfermattiv ta’ att preċedenti mhux ikkontestat fit-termini — Inammissibbiltà — Kunċett ta’ att konfermattiv — Rettifika għal avviż ta’ kompetizzjoni li għandha bħala effett li tistabbilixxi kuntest normattiv ġdid — Esklużjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punti 76‑78)

    2. 

    L-Unjoni Ewropea — Sistema lingwistika — Regolament Nru 1 — Kamp ta’ applikazzjoni — Relazzjonijiet bejn l-istituzzjonijiet u l-persunal tagħhom — Inklużjoni fl-assenza ta’ regolamenti speċjali (Regolament tal-Kunsill Nru 1) (ara l-punt 96)

    3. 

    Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ komunikazzjoni bejn l-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) u l-kandidati — Limitazzjoni — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Anness III, Artikolu 1(2); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 2) (ara l-punti 100‑103)

    4. 

    Uffiċjali — Kompetizzjoni — Organizzazzjoni — Kundizzjonijiet għall-ammissjoni u modalitajiet — Setgħa diskrezzjonali tal-Awtorità tal-Ħatra — Limiti — Osservanza tas-sistema lingwistika stabbilita mir-Regolament Nru 1 (Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 2; Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 2) (ara l-punti 108‑110, 158)

    5. 

    Rikors għal annullament — Motivi — Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni — Distinzjoni mill-iżball manifest ta’ evalwazzjoni (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u l-Artikolu 296 TFUE) (ara l-punt 122)

    6. 

    Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa — Diskriminazzjoni bbażata fuq il-lingwa — Ġustifikazzjoni bbażata fuq in-neċessità li jintgħażel numru ristrett ta’ lingwi ta’ komunikazzjoni interna — Inammissibbiltà (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u l-Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 127, 128, 133, 134, 144, 158, 176, 187)

    7. 

    Uffiċjali — Kompetizzjoni — Żvolġiment ta’ kompetizzjoni ġenerali — Lingwi ta’ parteċipazzjoni fl-eżamijiet — Ugwaljanza fit-trattament — Stħarriġ ġudizzjarju — Portata (Regolamenti tal-Persunal, Artikoli 1d u 28(f), u l-Anness III, Artikolu 1(1)(f); Regolament tal-Kunsill Nru 1, Artikolu 1) (ara l-punti 146, 147)

    8. 

    Rikorsi tal-uffiċjali — Sentenza ta’ annullament — Effetti — Annullament ta’ avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali — Aspettattivi leġittimi tal-kandidati magħżula — Assenza ta’ kontestazzjoni tar-riżultati tal-kompetizzjonijiet (Artikolu 266 TFUE; Regolamenti tal-Persunal, Artikolu 91) (ara l-punt 191)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ĠU 2013, C 82 A, p. 1), kif ukoll tar-rettifika għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament (ĠU 2013, C 82 A, p. 6).

    Dispożittiv

    1) 

    Ir-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/177/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fl-oqsma tal-amministrazzjoni pubblika Ewropea, tal-liġi, tal-ekonomija, tal-verifika u tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, u r-rettifika, ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Marzu 2013, għall-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/178/10 u ESPO/AD/179/10, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi fil-qasam kariga ta’ bibljotekarju/xjenza tal-informazzjoni u f’dak tal-awdjoviżiv rispettivament, hekk kif in-natura u l-kontenut tagħhom ġie identifikat fil-punti 68 sa 70 ta’ din is-sentenza, huma annullati.

    2) 

    Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana.

    3) 

    Ir-Renju ta’ Spanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha marbuta mal-intervent tagħha.

    Top