Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0385

Sommarju tas-sentenza

Kawża T‑385/11

BP Products North America Inc.

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Dumping — Sussidji — Importazzjonijiet ta’ biodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti — Evażjoni — Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Artikolu 23 tar-Regolament (KE] Nru 597/2009 — Prodotti simili ftit immodifikati — Ċertezza legali — Użu ħażin ta’ poter — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Jannar 2014

  1. Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà ta’ ordni pubbliku – Regolamenti ta’ implementazzjoni li jestendu dazju antidumping u dazju kumpensatorju – Impriżi li jipproduċu u jesportaw li huma identifikati fir-regolament jew li huma kkonċernati mill-investigazzjonijiet preparatorji – Ammissibbiltà

    (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 443/2011 u Nru 444/2011)

  2. Proċedura ġudizzjarja – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Motiv imqajjem għall-ewwel darba fl-istadju tar-replika – Inammissibbiltà

    (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2))

  3. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping jew ta’ sussidjar minn Stati terzi – Stabbiliment ta’ dazju antidumping u ta’ dazju kumpensatorju – Evażjoni – Regolamenti ta’ implementazzjoni li jestendu dazju antidumping u dazju kumpensatorju – Prodotti simili ftit immodifikati – Kunċett – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikolu 23(1) u (3)(a) u Nru 1225/2009, Artikolu 13(1))

  4. Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

    (Artikolu 263 TFUE)

  5. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping jew ta’ sussidjar minn Stati terzi – Stabbiliment ta’ dazju antidumping u ta’ dazju kumpensatorju – Evażjoni – Kunċett – Kriterji ta’ evalwazzjoni

  6. Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Regolamenti ta’ implementazzjoni li jestendu dazju antidumping u dazju kumpensatorju

    (Artikolu 296 TFUE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 443/2011 u Nru 444/2011)

  7. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping jew ta’ sussidjar minn Stati terzi – Stabbiliment ta’ dazju antidumping u ta’ dazju kumpensatorju – Evażjoni – Regolamenti ta’ implementazzjoni li jestendu dazju antidumping u dazju kumpensatorju – Assenza ta’ trattament individwali tal-impriżi kkonċernati – Ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Assenza – Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Assenza

    (Regolamenti tal-Kunsill Nru 597/2009, Artikoli 20 u 23(1) u (3)(a) u Nru 1225/2009, Artikoli 11(4) u 13(1))

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 70-77)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 91, 119)

  3.  Fir-rigward tal-estensjoni ta’ dazju antidumping jew kumpensatorju għal importazzjonijiet ta’ prodotti simili ftit immodifikati li joriġinaw minn pajjiż li huwa suġġett għall-miżuri inizjali antidumping u ta’ kontra s-sussidju, kif previst fl-Artikoli 23(1) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji Nru 597/2009 u fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009, meta dawn il-miżuri jiġu evitati, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa fid-determinazzjoni ta’ dak li jista’ jiġi kkunsidrat bħala prodotti simili ftit immodifikati u l-istħarriġ tal-qorti tal-Unjoni għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-preċiżjoni materjali tal-fatti kkunsidrati sabiex saret l-għażla kkontestata, tan-nuqqas ta’ żball manifest tal-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti, jew tan-nuqqas ta’ użu ħażin ta’ poter.

    Huma b’mod partikolari kkunsidrati bħala prodotti simili ftit immodifikati il-prodotti li jikkondividu l-istess karatteristiċi essenzjali bħall prodotti koperti mir-regolament bażiku.

    F’dan ir-rigward, il-klassifikazzjonijiet kummerċjali li l-industrija tagħti lill-prodotti inkwistjoni u dawk li jirriżultaw min-Nomenklatura Magħquda huma ta’ natura formali u dan ma jfissirx neċessarjament li l-prodotti li huma s-suġġett ta’ dawn il-klassifikazzjonijiet differenti ma għandhomx l-istess karatterstiċi essenzjali fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet.

    Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti bażiċi antidumping u ta’ kontra s-sussidji dwar l-investigazzjonijiet ta’ evażjoni ma jimponux li għandu jintwera li l-prodotti simili ftit immodifikati fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu nħalqu speċifikatament sabiex jiġi evitat il-ħlas tad-dazji.

    (ara l-punti 92, 100, 110, 126)

  4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 120)

  5.  L-Artikolu 13(1) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009 u l-Artikolu 23(1) u (3)(a) tar-Regolament bażiku ta’ kontra s-sussidji Nru 597/2009 ma jipprovdux kriterji ulterjuri sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza ta’ evażjoni billi jeżiġu li l-prodott modifikat jerġa’ jsir, ladarba importat, il-prodott ikkonċernat. Fil-fatt, il-prattika ta’ evażjoni prevista minn dawn id-dispożizzjonijiet hija differenti minn dik prevista fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament antidumping bażiku.

    Barra minn hekk, dawn id-dispożizzjonijiet ma jirrikjedux li l-impriżi kkonċernati minn investigazzjoni ta’ evażjoni jkunu preċedentement importaw prodotti effettwati mid-dazji inizjali sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ modifika tal-konfigurazzjoni tal-kummerċ. Tali rekwiżit ikun jirrestrinġi b’mod kunsiderevoli u mhux iġġustifikat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjonijiet ta’ evażjoni. Fil-fatt, dawn il-proċeduri qed jippruvaw jipproteġu l-industrija tal-Unjoni kontra ċerti impotrazzjonijiet, indipendentement mill-identità tal-impriżi involuti f’dawn l-importazzjonijiet. Għaldaqstant, sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ modifika tal-konfigurazzjoni tal-kummerċ, l-istituzzjonijiet jistgħu għalhekk jillimitaw ruħhom li jikkonstataw li hemm importazzjonijiet ta’ prodott ta’ sostituzzjoni bi ħsara għall-importazzjoni tal-prodotti suġġetti għad-dazji inizjali, indipendentement mill-kwistjoni ta’ jekk l-importazzjonijiet il-ġodda sarux minn impriżi diġà effettwati mid-dazji inizjali.

    (ara l-punti 136, 141, 142)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 157, 159-166)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 172-174, 176-178)

Top