This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012TJ0079
Sommarju tas-sentenza
Sommarju tas-sentenza
Kawża T‑79/12
Cisco Systems, Inc.
u
Messagenet SpA
vs
Il-Kummissjoni Ewropea
“Kompetizzjoni — Konċentrazzjonijiet — Swieq Ewropej tas-servizzi ta’ komunikazzjoni permezz tal-Internet — Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern — Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013
Rikors għal annullament – Persuni fiżiċi jew ġuridiċi – Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment – Deċiżjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni mas-suq intern – Rikors ta’ impriża kompetitriċi li topera f’suq ġar tas-suq iddominat u li pparteċipat attivament fil-proċedura amministrattiva – Ammissibbiltà
(Artikolu 263 subparagrafu 4 TFUE)
Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Neċessità ta’ interess reali u attwali – Rikors intiż għall-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-kompatibbiltà ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni mas-suq intern – Rikors ippreżentat minn impriża kompetitriċi tal-partijiet fl-operazzjoni – Ammissibbiltà
(Artikolu 263 TFUE)
Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Eżami mill-Kummissjoni – Adozzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni mas-suq intern mingħajr il-ftuħ tat-tieni fażi – Kundizzjoni – Assenza ta’ dubji serji – Evalwazzjonijiet ta’ natura ekonomika – Marġni ta’ diskrezzjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata
(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2, 6 u 8)
Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Portata tal-effetti dannużi tal-konċentrazzjoni fuq l-aċċess għas-suq – Oneru tal-prova fuq il-parti li tikkontesta d-deċiżjoni ta’ kompatibbiltà tal-konċentrazzjoni
(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punti 8 u 22)
Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Ħolqien jew tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti li tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern – Definizzjoni tas-swieq – Indizji – Partijiet kbar tas-suq – Ċirkustanzi li jistgħu jnaqqsu l-valur probatorju
(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2004/C 31/03, punt 17)
Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Obbligu – Portata – Deċiżjoni ta’ applikazzjoni tar-regoli fil-qasam tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi – Deċiżjoni li tawtorizza operazzjoni ta’ konċentrazzjoni
(Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004)
Konċentrazzjonijiet bejn impriżi – Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq komuni – Konċentrazzjoni tat-tip Konglomerat – Kriterji – Ostakolu sinjifikattiv għall-kompetizzjoni bħala konsegwenza diretta u immedjata tal-konċentrazzjoni – Konċentrazzjoni bejn impriżi li jipprovdu servizzi u softwer permezz tal-internet – Kapaċità ta’ esklużjoni ta’ suq billi tiġi żgurata interoperabbiltà preferenzjali bejn is-softwer differenti
(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004, Artikolu 2; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2008/C 265/07, punti 11, 92 u 93)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 33, 34, 38-40)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 35-37)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 45-50)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 59-63, 79-83, 88-93)
Fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà mas-suq intern ta’ operazzjoni ta’ konċentrazzjoni, partijiet mis-suq ta’ 50 % u ogħla jistgħu jikkostitwixxu provi serji tal-eżistenza ta’ pożizzjoni dominanti, sa fejn is-suq li għalih jirreferu dawn il-partijiet ikun ġie ddefinit minn qabel.
Madankollu, partijiet mis-suq u livell ta’ konċentrazzjoni għolja ħafna f’suq speċifiku ma humiex indikattivi ta’ setgħa fis-suq li tippermetti lill-entità l-ġdida milli tostakola b’mod sinjifikattiv il-kompetizzjoni effettiva fis-suq intern, meta l-partijiet mis-suq inkwistjoni jkunu suġġetti għal fluttwazzjoni u instabbiltà importanti. Barra minn hekk, partijiet kbar tas-suq ma humiex neċessarjament indikattivi ta’ pożizzjoni dominanti u, għalhekk, ta’ preġudizzju fit-tul fuq il-kompetizzjoni, meta dawn jirreferu għal settur reċenti f’espansjoni sħiħa li jikkaratterizza ruħu b’ċikli ta’ innovazzjoni qosra u li fihom partijiet kbar mis-suq jistgħu jirriżultaw effimeri. B’mod partikolari fir-rigward tas-settur tas-servizzi u softwer ta’ komunikazzjonijiet permezz tal-internet, l-importanza ta’ konċentrazzjoni għolja ta’ partijiet mis-suq tista’ titnaqqas bil-fatt li numru importanti ta’ utenti jippretendu li s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet inkwistjoni jkunu interoperabbli u b’xejn.
(ara l-punti 65-74)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 108-113)
Fir-rigward ta’ konċentrazzjonijiet li jiġġeneraw effetti ta’ konglomerat, mill-punti 11 u 92 tal-linji gwida dwar l-evalwazzjoni ta’ amalgamazzjonijiet mhux orizzontali taħt ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi, jirriżulta li dan it-tip ta’ konċentrazzjoni ma jinvolvix impriżi kompetituri, b’tali mod li dawn il-konċentrazzjonijiet jistgħu inqas joħolqu problemi ta’ kompetizzjoni milli jistgħu l-konċentrazzjonijiet orizzontali. Barra minn hekk, huma jistgħu jippermettu lill-partijiet ikkonċernati jagħmlu qligħ dovut għal effikaċja.
Madankollu, il-konċentrazzjonijiet li jiġġeneraw effetti ta’ konglomerat jistgħu jqajmu problemi ta’ kompetizzjoni, b’mod partikolari meta l-konċentrazzjoni tippermetti lill-entità l-ġdida ssegwi strateġija ta’ esklużjoni. Esklużjoni bħal din tista’ tirriżulta jekk il-prodotti flimkien fi swieq marbuta jagħtu lill-entità li tirriżulta mill-amalgamazzjoni l-kapaċità u l-motivazzjoni sabiex topera, permezz ta’ effett ta’ lieva, il-pożizzjoni qawwija li hija tokkupa f’suq biex teskludi l-kompetizzjoni f’suq ieħor. Dan l-effett fuq suq ieħor għandu jkun prevedibbli f’futur relattivament qarib sabiex il-konċentrazzjoni tkun tista’ tqajjem problemi ta’ kompetizzjoni taħt ir-Regolament Nru 139/2004, dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi.
Fir-rigward tal-prova ta’ tali effetti ta’ konglomerat, il-kwalità tal-provi prodotti mill-Kummissjoni biex tistabbilixxi ostakolu għall-kompetizzjoni huwa partikolarment importanti. Fil-fatt, l-evalwazzjoni ta’ konċentrazzjoni tat-tip konglomerat tistrieħ fuq analiżi prospettiva li fiha t-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tul ta’ żmien estiż fil-futur, minn naħa, u l-effett ta’ lieva neċessarja sabiex ikun hemm ostakolu sinjifikattiv għal kompetizzjoni effettiva, min-naħa l-oħra, jimplikaw li r-rabta ta’ kawża u effett ma hijiex wisq evidenti, hija inċerta u diffiċli li tiġi stabbilita. Il-Kummissjoni tista’ tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern biss jekk l-ostakolu sinjifikattiv għall-kompetizzjoni jkun konsegwenza diretta u immedjata tal-konċentrazzjoni. Tali ostakolu li jirriżulta mid-deċiżjonijiet futuri tal-entità li tirriżulta mill-amalgamazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata bħala konsegwenza diretta u immedjata tal-konċentrazzjoni, jekk dan l-aġir isir possibbli u ekonomikament razzjonali permezz tat-tibdil fil-karatteristiċi u fl-istruttura tas-suq ikkawżat bil-konċentrazzjoni.
Għal dak li jikkonċerna l-konċentrazzjoni bejn żewġ impriżi li jipprovdu servizzi u softwer ta’ komunikazzjonijiet professjonali u residenzjali permezz tal-internet, il-kapaċità tal-entità l-ġdida li toħloq esklużjoni tas-suq billi tiżgura interoperabbiltà preferenzjali tas-softwer rispettivi għandha tiġi evalwata, b’mod partikolari, skont ix-xogħol ta’ innovazzjoni teknika u t-tul ta’ kummerċjalizzazzjoni neċessarji biex tiġi implementata l-esklużjoni. Filwaqt li l-effett ta’ esklużjoni jiddependi minn sensiela ta’ fatturi futuri u spekulattivi, dan l-effett huwa wisq inċert sabiex jiġi kkunsidrat bħala konsegwenza diretta u immedjata tal-konċentrazzjoni. Barra minn hekk, anki li kieku kellu jitqies li dan l-effett negattiv jista’ jiġi kkunsidrat bħala konsegwenza tal-konċentrazzjoni, ikun ulterjorment meħtieġ li jiġi pprovat l-inċentiv kummerċjali tal-entità l-ġdida li tapplika strateġija ta’ esklużjoni tas-suq, l-eżistenza ta’ setgħa fis-suq suffiċjenti biex timponi din l-istrateġija, kif ukoll l-inkapaċità tal-impriżi kompetituri li jantiċipaw l-esklużjoni tas-suq.
(ara l-punti 115-135)