Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TJ0362

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża T-362/06

    Ballast Nedam Infra BV

    vs

    Il-Kummissjoni Ewropea

    “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Olandiż tal-bitum għall-kisi tal-uċuħ tat-toroq — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Multi — Prova tal-ksur — Gravità tal-ksur — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Drittijiet tad-difiża — Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-kawża — Ġurisdizzjoni sħiħa”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Settembru 2012

    1. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Kontenut neċessarju – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Deċiżjoni li ma hijiex identika għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet – Nuqqas ta’ indikazzjoni ċara tal-kwalità li fiha tkun qed tiġi akkużata impriża – Ksur tad-dritijiet tad-difiża – Portata

      (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 27(1))

    2. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Sensiela ta’ indizji – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

      (Artikoli 81 KE u 82 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 2)

    3. Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur li jikkonsisti fil-konklużjoni ta’ ftehim antikompetittiv – Deċiżjoni sostnuta minn provi dokumentali – Nuqqas ta’ interess kummerċjali ta’ dan il-ftehim għal impriża ssanzjonata – Assenza ta’ rilevanza

      (Artikolu 81(1) KE)

    4. Akkordji – Ftehim bejn impriżi – Prova tal-ksur – Evalwazzjoni tal-valur probatorju tad-diversi provi – Kriterji

      (Artikolu 81(1) KE)

    5. Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Obbligu tal-impriża li turi l-fondatezza tat-talba tagħha – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad talba għal eżenzjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikolu 81(3) KE)

    6. Akkordji – Projbizzjoni – Eżenzjoni – Kamp ta’ applikazzjoni – Akkordji ta’ kooperazzjoni orizzontali – Ftehim ta’ xiri li għandhom l-għan li jirrestrinġu l-kompetizzjoni tal-prezzijiet – Evalwazzjoni fid-dawl tal-prinċipji stipulati fil-linji gwida – Teħid inkunsiderazzjoni obbligatorju tal-effetti reali fis-suq – Assenza

      (Artikolu 81(1) u (3) KE); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 3/02, punti 18, 124 u 133)

    7. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Għan antikompetittiv – Konstatazzjoni suffiċjenti – Konstatazzjoni li ma hijiex suġġetta għall-obbligu tal-produzzjoni tal-prova tal-eżistenza ta’ inkonvenjenzi għall-konsumaturi finali – Evalwazzjoni fid-dawl tal-kontenut tal-ftehim u tal-kuntest ekonomiku

      (Artikolu 81(1)KE)

    8. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Evalwazzjoni skont in-natura tal-ksur – Ksur serju ħafna – Akkordju orizzontali fuq il-prezzijiet u applikazzjoni, għal imsieħba kummerċjali, ta’ kundizzjonijiet inugwali għal servizzi ekwivalenti – Evalwazzjoni globali

      (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1)

    9. Akkordji – Ftehim bejn impriżi – Parteċipazzjoni allegatament forzata – Ċirkustanza li ma tikkostitwixxix fatt ġustifikattiv għal impriża li ma użatx il-possibbiltà ta’ denunzja lill-awtoritajiet kompetenti

      (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 7)

    10. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Evalwazzjoni skont in-natura tal-ksur – Ksur serju ħafna – Neċessità li jiġi ddeterminat l-effett tagħom u l-portata ġeografika tagħhom – Assenza

      (Artikolu 81(1) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1A)

    11. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Tqassim tal-impriżi kkonċernati f’kategoriji differenti – Kundizzjonijiet – Osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità – Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-impriżi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni

      (Artikolu 81(1) KE; Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A, is-sitt u s-seba’ subparagrafi)

    12. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Neċessità li ssir distinzjoni bejn l-impriżi involuti fl-istess ksur skont id-dħul mill-bejgħ globali tagħhom jew fis-suq tal-prodott inkwistjoni – Assenza

      (Artikolu 81(1) KE); Regolamenti tal-Kunsill Nru 17, Artikolu 15(2), u Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A, subparagrafu 6)

    13. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Tressiq ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża – Teħid inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tas-setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa – Kundizzjonijiet

      (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikoli 44(1)(ċ) u 48(2))

    14. Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali – Teħid inkunsiderazzjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Limiti

      (Artikolu 81(1) KE; Artikolu 261 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 31; Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni 98/C 9/03 u 2006/C 210/02)

    1.  Fil-kuntest ta’ proċedura għal ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża teżiġi li l-impriża kkonċernata tkun ingħatat l-opportunità, matul il-proċedura amministrattiva, li tagħti b’mod utli l-opinjoni tagħha fuq ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u ċirkustanzi allegati kif ukoll fuq id-dokumenti meqjusa mill-Kummissjoni insostenn tal-allegazzjoni tagħha tal-eżistenza ta’ ksur tat-Trattat. Bl-istess mod, skont ġurisprudenza stabbilita, fid-dawl tal-importanza tagħha, id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet għandha tispeċifika b’mod inekwivoku l-persuna ġuridika li fuqha jistgħu jiġu imposti multi u għandha tiġi indirizzata lil din tal-aħħar. Huwa importanti wkoll li d-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tindika f’liema kwalità impriża tkun qed tiġi akkużata bil-fatti allegati.

      Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex neċessarjament tkun kopja eżatta tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet. Għalhekk, huwa biss jekk id-deċiżjoni finali tallega li l-impriżi kkonċernati wettqu ksur differenti minn dak imsemmi fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew tieħu inkunsiderazzjoni fatti differenti li ksur tad-drittijiet tad-difiża jkollu jiġi kkonstatat. Dan ma huwiex il-każ meta l-allegati differenzi bejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u d-deċiżjoni finali jikkonċernaw biss aġir li fir-rigward tiegħu l-impriżi kkonċernati diġà kienu spjegaw ruħhom u li, għalhekk, ma humiex relatati ma’ lment ġdid.

      Il-Kummissjoni ma tissodisfax l-obbligi tagħha meta hija ma tindikax fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet tagħha f’liema kwalità impriża tkun qed tiġi akkużata bi ksur u meta, abbażi tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, ir-rikorrenti ma tkunx tista’ tipprevedi li l-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li timputa l-ksur fuqha, fid-deċiżjoni finali tagħha, abbażi tal-involviment dirett tagħha fl-attivitajiet tal-akkordju, u abbażi tal-kwalità tagħha bħala kumpannija parent minħabba l-preżunzjoni ta’ eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti fuq l-aġir ta’ din tal-aħħar, li huwa l-oneru tagħha li tikkonfuta. Sa fejn id-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ma tippermettix lir-rikorrenti li ssir taf bl-ilment ibbażat fuq l-involviment indirett tagħha fl-attivitajiet tal-akkordju, din ma tkunx f’pożizzjoni li tiżgura d-difiża tagħha b’mod utli f’dan ir-rigward matul il-proċedura amministrattiva.

      Is-sempliċi ċirkustanzi li, min-naħa waħda, il-Kummissjoni indikat, b’mod ġenerali, fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, li hija kienet ser iżżomm lill-kumpanniji parent responsabbli għall-aġir tas-sussidjarji tagħhom u, min-naħa l-oħra, li l-impriża kienet taf li hija kienet il-kumpannija parent 100 % tas-sussidjarja tagħha, ma humiex biżżejjed sabiex jitqies li l-Kummissjoni ssodisfat l-obbligu tagħha li tindika fid-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet f’liema kwalità r-rikorrenti kienet qed tiġi akkużata bil-fatti allegati.

      (ara l-punti 22-23, 29-31)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 44)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 45, 74)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 58-60)

    5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 82)

    6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 83, 84)

    7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 87, 88, 90)

    8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 98-100, 102, 103, 106)

    9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 104)

    10.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 111-114)

    11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 119, 121-123, 125)

    12.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 124)

    13.  Mid-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikolu 44(1)(ċ) u tal-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali jirriżulta li r-rikors promotur għandu jinkludi s-suġġett tal-kawża u s-sunt tal-motivi invokati u li ma huwiex permess li jitressqu motivi ġodda fil-mori tal-proċedura sakemm dawn il-motivi ma jkunux ibbażati fuq elementi ta’ liġi u ta’ fatt li saru magħrufa fil-mori tal-proċedura.

      Madankollu, fl-eżerċizzju tas-setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, il-Qorti tal-Unjoni għandha tkun tista’ tilqa’ motivi jew argumenti ġodda, meta dawn ikunu applikabbli għall-finijiet tal-ġurisdizzjoni tagħha, u meta ma jkunux ibbażati fuq motiv ta’ illegalità differenti minn dawk imqajma fir-rikors.

      (ara l-punti 137, 138)

    14.  Fil-qasam tal-kompetizzjoni, il-Qorti Ġenerali ma hijiex marbuta bil-kalkoli tal-Kummissjoni u lanqas mil-linji gwida tagħha meta hija tiddeċiedi permezz tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, iżda din għandha twettaq l-evalwazzjoni tagħha stess, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ. Madankollu, l-eżerċizzju ta’ ġurisdizzjoni sħiħa ma jistax iwassal, waqt id-determinazzjoni tal-ammont tal-multi li huma imposti fuqhom, għal diskriminazzjoni bejn l-impriżi li pparteċipaw fi ftehim jew fi prattika miftiehma li tikser l-Artikolu 81 KE. Jekk il-Qorti Ġenerali jkollha l-intenzjoni li tinjora b’mod speċifiku, fir-rigward ta’ impriża, il-metodu ta’ kalkolu użat mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-impriżi kollha, hija jkollha timmotiva din l-għażla.

      (ara l-punt 143)

    Top