EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TJ0156

Sommarju tas-sentenza

Kawża T-156/11

Since Hardware (Guangzhou) Co., Ltd

vs

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

“Dumping — Importazzjonijiet ta’ twavel għall-mogħdija li joriġinaw miċ-Ċina — Bidu ta’ proċedura kontra kumpannija waħda — Status ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq — Terminu ta’ tliet xhur previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Oneru tal-prova — Determinazzjoni tad-dannu”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Settembru 2012

  1. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Ftuħ tal-investigazzjoni – Impriżi kkonċernati – Possibbiltà li tinfetaħ proċedura antidumping fil-konfront ta’ produttur wieħed biss

    (Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, Artikolu VI.1; Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ “Ftehim antidumping tal-1994”, Artikoli 1, 5.2(ii), 6.1.3, 6.7, 6.10 u 9.2; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 5(1),(2), (7) u 9, 9(3) sa (6), u 17)

  2. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Reviżjoni tal-elementi li ġġustifikaw l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping – Rapport tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ li jeskludi esportatur mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri antidumping adottati fil-ftuħ ta’ proċedura inizjali u li jipprojbixxi reviżjonijiet – Ftuħ, mill-istituzzjonijiet, ta’ proċedura ġdida fil-konfront ta’ dan l-esportatur – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

    (Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ, Artikolu 5.8; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 5)

  3. Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Metodi – Interpretazzjoni fid-dawl tal-ftehim internazzjonali konkluż mill-Komunità – Interpretazzjoni tar-Regolament Nru 1225/2009 fid-dawl tal-Ftehim antidumping tal-GATT tal-1994

    (Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994, Artikolu VI.1; Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ “Ftehim antidumping tal-1994”; Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009)

  4. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Għeluq tal-proċedura – Marġni ta’ dumping inqas minn 2 % – Ftuħ ta’ investigazzjoni ġdida – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjonijiet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 9(3))

  5. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Ftuħ ta’ investigazzjoni ġdida – Proċedura ta’ reviżjoni – Analiżi li għandha titwettaq mill-istituzzjonijiet – Portata

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikoli 3(1) u 11(3))

  6. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Determinazzjoni ta’ dazji antidumping – Tul taż-żmien tal-applikazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kunsill

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 11(1) u (2))

  7. Rikors għal annullament – Motivi – Użu ħażin ta’ poter – Kunċett

    (Artikolu 263 TFUE)

  8. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Dannu – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Pluralità – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Assenza ta’ eżami tal-fatturi u tal-indizji kollha dwar is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni – Teħid inkunsiderazzjoni biss tal-fatturi rilevanti tal-każ – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Assenza

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 3(5))

  9. Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Dikjarazzjoni astratta – Inammissibbiltà

    (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1))

  10. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq kif previsti fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet li jippermettu li produttur ikun jista’ jibbenefika mill-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq – Qbiż mill-Kummissjoni tat-terminu ta’ tliet xhur previst mit-tieni sentenza tal-Artikolu 2(7)(b) tal-imsemmi regolament – Konsegwenzi

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(ċ))

  11. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq kif previsti fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq – Applikazzjoni rriżervata għall-produtturi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tal-imsemmi regolament

  12. Politika kummerċjali komuni – Protezzjoni kontra l-prattiki ta’ dumping – Marġni ta’ dumping – Determinazzjoni tal-valur normali – Importazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiż li ma għandux ekonomija tas-suq kif previsti fl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament Nru 1225/2009 – Applikazzjoni tar-regoli għall-pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq – Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Oneru tal-prova li jaqa’ fuq il-produtturi

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009, Artikolu 2(7)(b) u (ċ))

  1.  Għalkemm il-proċeduri antidumping jikkonċernaw, bħala regola ġenerali, l-importazzjonijiet kollha ta’ ċerta kategorija ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiż terz u mhux il-prodotti ta’ impriżi speċifiċi, il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1), (2), (7) u (9), u l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku antidumping Nru 1225/2009 ma jistax jiġġustifika l-affermazzjoni li proċedura antidumping qatt ma tista’ tinbeda fir-rigward ta’ produttur wieħed. Barra minn hekk, l-Artikolu 5(9) tar-Regolament bażiku ma jistax jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, sakemm ikunu ġew aditi b’ilment ippreżentat b’mod validu li jinkludi provi rigward l-eżistenza ta’ dumping, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li allegatament huma s-suġġett ta’ dumping u d-dannu allegat, milli jibdew proċedura fir-rigward ta’ produttur wieħed, meta jkun ġie kkonstatat, waqt proċedura preċedenti, li l-imsemmi produttur kellu marġni ta’ dumping żero jew de minimis u li jkun hemm fis-seħħ miżuri antidumping kontra l-produtturi l-oħra kollha tal-istess prodott ikkonċernat.

    Bl-istess mod, l-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, meta jipprovdi li dazju antidumping jiġi impost meta jirriżulta mill-konstatazzjoni definittiva tal-fatti li jeżisti dumping u dannu konsegwenti u li l-interess tal-Komunità jeħtieġ azzjoni, ma jistabbilixxi l-ebda rekwiżit rigward in-numru ta’ kumpanniji li fir-rigward tagħhom tali konstatazzjoni għandha ssir u għandu jkun possibbli li jiġi impost dazju antidumping. Fir-rigward tal-obbligu impost mit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(5) tal-imsemmi regolament, li huwa intiż sabiex ir-regolament li jimponi d-dazju jispeċifika l-ammont tad-dazju impost fuq kull fornitur ikkonċernat jew, jekk dan ma jistax isir, l-isem tal-pajjiż tal-fornitur ikkonċernat, għandu jitqies li l-kliem “kull fornitur” għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu għal kull fornitur ikkonċernat mill-proċedura. Din id-dispożizzjoni ma titlobx, għaldaqstant li jiġu imposti dazji fuq il-fornituri kollha tal-pajjiż terz ikkonċernat. Tali interpretazzjoni hija sostnuta wkoll mill-kliem tal-Artikolu 9.2 tal-Ftehim dwar l-implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994 (Ftehim antidumping), li jirreferu espressament għall-fatt li l-awtoritajiet għandhom jagħtu l-isem tal-fornitur jew fornituri tal-prodott ikkonċernat.

    Barra minn hekk, ma jistax jitqies li mill-Artikolu VI.1 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) jew mill-Artikolu 1 tal-Ftehim antidumping jirriżulta li proċedura qatt ma tista’ tinbeda kontra produttur wieħed. L-Artikolu VI.1 tal-GATT ma jirrigwardax il-bidu tal-proċeduri u lanqas in-numru ta’ produtturi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali proċeduri. L-Artikolu 5.2(ii) u l-Artikoli 6.1.3, 6.7, 6.10 u 9.2 tal-Ftehim antidumping lanqas ma jinkludu restrizzjonijiet rigward in-numru ta’ produtturi li jistgħu jkunu kkonċernati fil-bidu ta’ proċedura.

    (ara l-punti 65, 68, 74, 76, 77, 92, 93)

  2.  Rapport tal-Korp tal-Appell tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, li jikkonstata li esportatur ma kellux marġni ogħla mil-livell de minimis matul investigazzjoni inizjali u li huwa kellu, konsegwentement, jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura definittiva mingħajr ma jkun jista’ jkun is-suġġett ta’ reviżjoni, ma għandux jipprekludi l-istituzzjonijiet tal-Unjoni milli jiftħu proċedura ġdida fil-konfront ta’ dan l-esportatur fil-każ li huma jiġu aditi b’ilment ippreżentat b’mod validu li jinkludi provi rigward l-eżistenza ta’ dumping, ta’ dannu u ta’ rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet suġġett ta’ dumping u d-dannu allegat.

    Huwa minħabba l-fatt li jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura antidumping u li l-esportazzjonijiet tagħhom ikunu eżenti mid-dazji li l-produtturi kkonċernati ma jistgħux ikunu suġġetti għal reviżjonijiet, għaliex dawn tal-aħħar jirrigwardaw id-dazji mħallsa jew in-neċessità li titkompla l-impożizzjoni tad-dazji, u għalhekk ma jistgħux japplikaw għall-produtturi li l-marġni tagħhom ikun de minimis.

    (ara l-punti 80, 82, 83)

  3.  It-testi tal-Unjoni għandhom jiġu interpretati, sa fejn huwa possibbli, fid-dawl tad-dritt internazzjonali, b’mod partikolari meta tali testi jkunu intiżi preċiżament sabiex jimplementaw ftehim internazzjonali konkluż mill-Komunità, bħalma huwa l-każ tar-Regolament bażiku Nru 1225/2009, li ġie adottat sabiex jissodisfa l-obbligi internazzjonali li jirriżultaw mill-Ftehim dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ tal-1994.

    (ara l-punti 108, 109)

  4.  L-Artikolu 9(3) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009 jipprovdi għal sempliċi possibbiltà, u mhux obbligu, għall-istituzzjonijiet li jagħmlu reviżjoni jekk ikun ġie kkonstatat li esportatur għandu marġni de minimis. Jirriżulta fil-fatt mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li l-proċeduri jintemmu immedjatament fil-konfront tal-esportaturi individwali li jkunu nstabu, waqt l-investigazzjoni, li kellhom marġni ta’ dumping de minimis, peress li hija biss l-investigazzjoni li għandha tingħalaq u dawk li jibqgħu suġġetti għall-proċedura jistgħu jiġu investigati mill-ġdid fi kwalunkwe reviżjoni ulterjuri.

    F’dan ir-rigward, mill-użu tal-verb “jista’” jirriżulta li l-istituzzjonijiet għandhom il-possibbiltà, u mhux l-obbligu, waqt reviżjoni, li jissuġġettaw għal investigazzjoni ġdida produttur li l-marġni ta’ dumping tiegħu kien de minimis. Għaldaqstant din id-dispożizzjoni tagħti lill-istituzzjonijiet setgħa diskrezzjonali rigward id-deċiżjoni li jibdew investigazzjoni ġdida kontra esportaturi individwali li l-marġni ta’ dumping tagħhom ikun inqas minn 2 % fil-kuntest ta’ reviżjoni.

    (ara l-punti 110-112)

  5.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 119-123)

  6.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 125, 126)

  7.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 130)

  8.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 134-143, 148)

  9.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 153)

  10.  Bħala regola, kull deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq, skont il-kliem tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku antidumping Nru 1225/2009, għandha tittieħed fi tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni u s-soluzzjoni adottata għandha tibqa’ fis-seħħ matul l-investigazzjoni kollha. Madankollu, xejn ma jipprekludi l-fatt li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, skont l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni mill-qorti tal-Unjoni, minn naħa, l-adozzjoni ta’ deċiżjoni barra minn dan it-terminu ma twassalx sempliċement, minħabba dan il-fatt, għall-annullament tar-regolament li jistabbilixxi dazju antidumping u, min-naħa l-oħra, li tali deċiżjoni tista’ tiġi emendata tul il-proċedura, jekk jirriżulta li tkun żbaljata.

    Il-qbiż tat-terminu ta’ tliet xhur jista’ jwassal għal tali annullament biss jekk ir-rikorrenti turi li, fin-nuqqas ta’ tali skadenza, il-Kunsill seta’ jadotta regolament differenti li jkun iktar favorevoli għall-interessi tagħha mir-regolament ikkontestat.

    Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali ma ddeċidietx li r-ratio legis tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku kien jiġġustifika li regolament li jistabbilixxi dazji definittivi antidumping jiġi annullat fir-rigward ta’ impriża kull darba li l-Kummissjoni setgħet tkun taf bl-effett ta’ deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fuq il-kalkolu tal-marġni ta’ dumping ta’ din l-impriża, u minħabba s-sempliċi fatt ta’ tali għarfien fil-mument tat-teħid tad-deċiżjoni dwar l-imsemmi status. Ma hemmx rabta immedjata bejn it-terminu ta’ tliet xhur u l-eventwali fatt li l-Kummissjoni tkun taf bl-effett ta’ deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fuq il-marġni ta’ dumping ta’ impriża. Barra minn hekk, ir-Regolament bażiku ma jeżiġix li d-deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq tiġi adottata f’mument li fih il-Kummissjoni ma kinitx taf b’elementi li jippermettulha tkun taf bl-effett ta’ deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq fuq il-marġni ta’ dumping ta’ impriża. F’dan ir-rigward, ma jistax jiġi eskluż li, anki meta fl-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq ma jkunx skada dan it-terminu, il-Kummissjoni tieħu tali deċiżjoni anki meta hija jkollha diġà informazzjoni li tippermettilha tikkalkola l-effett ta’ din fuq il-marġni ta’ dumping tal-impriża kkonċernata.

    (ara l-punti 160, 165, 167)

  11.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 177)

  12.  Fil-qasam tal-politika kummerċjali komuni u, b’mod partikolari fil-qasam tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom setgħa diskrezzjonali wiesgħa minħabba l-kumplessità tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi, politiċi u ġuridiċi li huma għandhom jeżaminaw. L-istħarriġ ġudizzjarju ta’ tali diskrezzjoni għandu jkun limitat għall-verifika tal-osservanza tar-regoli tal-proċedura, tal-eżattezza materjali tal-fatti kkunsidrati biex issir l-għażla kkontestata, tal-assenza ta’ żball manifest fl-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti, jew tal-assenza ta’ użu ħażin ta’ poter.

    L-istess japplika għas-sitwazzjonijiet ta’ fatt, ta’ natura ġuridika jew politika, li jimmanifestaw ruħhom fil-pajjiż ikkonċernat u li l-istituzzjonijiet Komunitarji għandhom jevalwaw sabiex jistabbilixxu jekk esportatur ikunx qiegħed jaġixxi fil-kundizzjonijiet tas-suq mingħajr interferenza sinjifikattiva mill-Istat u jista’, għalhekk, jibbenefika mill-għoti ta’ status xieraq lill-impriżi li joperaw f’ekonomija tas-suq.

    Madankollu, għalkemm, fil-qasam tal-miżuri ta’ difiża kummerċjali u, b’mod partikolari, tal-miżuri antidumping, il-qorti tal-Unjoni ma tistax tintervjeni fl-evalwazzjoni rriżervata għall-awtoritajiet Komunitarji, hija għandha madankollu tiżgura li l-istituzzjonijiet ikunu ħadu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha rilevanti u li huma jkunu evalwaw il-provi tal-proċess bid-diliġenza kollha meħtieġa.

    Barra minn hekk, mill-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament antidumping bażiku Nru 1225/2009 jirriżulta li l-oneru tal-prova jaqa’ fuq il-produttur li jixtieq jibbenefika mill-istatus irrikonoxxut lill-impriżi li joperaw f’ekonomija tas-suq. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament, it-talba ppreżentata skont id-dispożizzjoni msemmija taħt l-Artikolu 2(7)(b) għandha ssir bil-miktub u għandha tinkludi provi suffiċjenti li l-produttur jopera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq. Għaldaqstant, ma humiex l-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jipprovaw li l-produttur ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti sabiex wieħed jibbenefika mill-imsemmi status. Min-naħa l-oħra, huma l-istituzzjonijiet Komunitarji li għandhom jevalwaw jekk l-elementi pprovduti mill-produttur humiex biżżejjed sabiex juru li l-kundizzjonijiet imposti mill-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku huma sodisfatti, u hija l-qorti Komunitarja li għandha tivverifika jekk din l-evalwazzjoni tkunx ivvizzjata bi żball manifest.

    (ara l-punti 182-185)

Top