Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008TJ0274

    Sommarju tas-sentenza

    Keywords
    Summary

    Keywords

    Agrikoltura — Politika agrikola komuni — Finanzjament mill-FAEG — Proċedura ta’ clearance tal-kontijiet

    (Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, Artikolu 32(5))

    Summary

    L‑Artikolu 32(5) tar‑Regolament Nru 1290/2005, dwar il‑finanzjament tal‑politika agrikola komuni, isemmi s‑sitwazzjonijiet speċifiċi li fihom l‑Istat Membru ma rkuprax is‑somom dovuti minħabba irregolaritajiet jew negliġenzi, kemm fi żmien erba’ snin wara d‑data tal‑ewwel konstatazzjoni amministrattiva jew ġudizzjarja, inkella fi żmien tmien snin jekk l‑irkupru jkun suġġett ta’ kawża quddiem il‑qrati nazzjonali. F’tali sitwazzjonijiet, huwa għalhekk speċifikat li sa 50 % tal‑konsegwenzi finanzjarji tan‑nuqqas ta’ rkupru huma sostnuti mill‑Istat Membru kkonċernat u sa 50 % mill‑baġit Komunitarju.

    Għall‑interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt Komunitarju għandhom jiġu kkunsidrati mhux biss il‑kliem tagħha, iżda wkoll il‑kuntest tagħha u l‑għanijiet li l‑leġiżlazzjoni li minnha hija tagħmel parti trid tilħaq. Fl‑ewwel lok, l-espressjoni “konsegwenzi finanzjarji” għandha portata wiesgħa inkwantu tinkludi l‑aspetti kollha ta’ natura finanzjarja relatati man‑nuqqas ta’ rkupru tas‑somom imħallsa b’mod irregolari. Fosthom jinsabu neċessarjament l‑interessi li kellhom jiġu mħallsa skont l‑Artikolu 32(1) tal‑imsemmi regolament.

    Fit‑tieni lok, din l‑interpretazzjoni letterali hija kkorroborata mill‑Artikolu 34(1)(a) tar‑Regolament Nru 1290/2005, li jipprovdi li huma meqjusa bħala dħul assenjat, fis‑sens tal‑Artikolu 18 tar‑Regolament Nru 1605/2002, rigward ir‑Regolament Finanzjarju applikabbli għall‑baġit ġenerali tal‑Komunitajiet Ewropej, is‑somom li, skont l‑Artikoli 31, 32 u 33 ta’ dan ir‑regolament, għandhom jitħallsu lill‑baġit Komunitarju, inkluż l‑interessi fuqhom. Din l‑interpretazzjoni hija konformi wkoll mal‑istruttura ġenerali tal‑proċedura ta’ clearance tal‑kontijiet. Fil‑fatt, l‑Artikolu 32(5) tar‑Regolament Nru 1290/2005 għandu jinqara fid‑dawl tal‑Artikolu 32(1) tal‑imsemmi regolament, li jikkostitwixxi l‑qafas ġenerali fir‑rigward ta’ rimbors lill‑Komunità tal‑ammonti dovuti minħabba irregolaritajiet jew negliġenzi fl‑użu tal‑fond. Sa fejn il‑ħames suparagrafu ta’ dan l‑artikolu ma jemenda bl‑ebda mod il‑prinċipju tal‑kalkolu tal‑interessi, iżda jillimita ruħu li jaqsam ir‑responsabbiltà finanzjarja bejn l‑Istat Membru u l‑baġit Komunitarju fil‑każ ta’ nuqqas ta’ rkupru tal‑ammonti dovuti f’termini raġonevoli, jirriżulta b’mod ċar li l‑konsegwenzi finanzjarji msemmija fl‑Artikolu 32(5) ta’ dan ir‑regolament jinkludu, b’mod partikolari, is‑somom prinċipali kif ukoll l‑interessi fuqhom.

    Fit‑tielet lok, mill‑preambolu tar‑Regolament Nru 1290/2005, u b’mod partikolari mill‑premessa 25 u mill‑premessa 26 tiegħu jirriżulta li s‑sistema ta’ koresponsabbiltà finanzjarja, stabbilita mill‑Artikolu 32(5) tal‑imsemmi regolament, hija intiża biex tipproteġi l‑interessi finanzjarji tal‑baġit Komunitarju billi tattribwixxi lill‑Istat Membru kkonċernat parti mis‑somom dovuti minħabba irregolaritajiet u li ma kinux ġew irkuprati f’terminu raġonevoli. L‑obbligu li jiġu rkuprati l‑interessi akkumulati mill‑ewwel konstazzjoni tal‑irregolarità u l‑irkupru effettiv tas‑somom inkwistjoni huwa ta’ natura kompensatorja sa fejn l‑interessi jirrelataw għall‑ħsara temporanja sostnuta mill‑baġit Komunitarju minħabba n‑nuqqas ta’ ġbir ta’ kreditu kkalkolat favuriha.

    Fir‑raba’ lok, il‑prinċipju li jipprovdi li l‑interessi huma l‑aċċessorji tal‑ammont prinċipali u jsegwu s‑sistema kontabbli għandu valur ġenerali fil‑kuntest tal‑leġiżlazzjoni dwar il‑baġit Komunitarju kif jirriżulta mill‑Artikolu 86(1) tar‑Regolament Nru 2342/2002, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall‑implimentazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill Nru 1605/2002, li jimplementa l‑Artikolu 71(4) ta’ dan ir‑regolament tal‑aħħar, li jispeċifika li, bla ħsara għal dispożizzjonijiet speċifiċi ġejjin mill‑applikazzjoni tar‑regoli tal‑oqsma, kull ammont li għandu jitħallas jeħel interessi.

    (ara l‑punti 36, 37, 39‑41, 44, 45)

    Top