Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0810

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2024.
Caixabank SA et vs WE et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Spejjeż idderivati mill-formalizzazzjoni tal-kuntratt ta’ self ipotekarju – Restituzzjoni tas-somom imħallsa skont klawżola ddikjarata inġusta – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal restituzzjoni.
Kawżi magħquda C-810/21 sa C-813/21.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2024:81

Kawżi magħquda C‑810/21 sa C‑813/21

Caixabank SA et

vs

WE et

(talbiet għal deċiżjoni preliminari
mressqa mill-Audiencia Provincial de Barcelona)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-25 ta’ Jannar 2024

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 93/13/KEE – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Spejjeż idderivati mill-formalizzazzjoni tal-kuntratt ta’ self ipotekarju – Restituzzjoni tas-somom imħallsa skont klawżola ddikjarata inġusta – Bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal restituzzjoni”

  1. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Mezzi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Klawżola li teżiġi mill-konsumatur il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-konklużjoni tal-kuntratt – Azzjoni għal restituzzjoni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi terminu ta’ preskrizzjoni ta’ għaxar snin – Ġurisprudenza nazzjonali li tistabbilixxi l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu fil-mument li l-konsumatur ikollu għarfien tal-fatti li jikkostitwixxu n-natura inġusta ta’ klawżola – Modalitajiet ta’ applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Assenza ta’ teħid inkunsiderazzjoni tat-tul tiegħu jew tal-għarfien mill-konsumatur tan-natura inġusta ta’ klawżola – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ konformità mal-prinċipju ta’ effettività

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13, Artikoli 6(1) u 7(1))

    (ara l-punti 46 sa 51, 53 sa 55, u d-dispożittiv 1)

  2. Protezzjoni tal-konsumaturi – Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 93/13 – Mezzi intiżi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti – Kuntratt ta’ self ipotekarju – Klawżola li teżiġi mill-konsumatur il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-konklużjoni tal-kuntratt – Azzjoni għal restituzzjoni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Bidu tad-dekorrenza – Modalitajiet ta’ applikazzjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni – Għarfien mill-konsumatur tan-natura inġusta ta’ klawżola u tal-konsegwenzi ġuridiċi marbuta magħha – Ġurisprudenza nazzjonali li tqis l-eżistenza ta’ ġurisprudenza nazzjonali stabbilita sewwa dwar in-nullità ta’ klawżoli simili bħala li tistabbilixxi tali għarfien – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 93/13)

    (ara l-punti 57 sa 61, u d-dispożittiv 2)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top