Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0691

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-24 ta’ Novembru 2022.
Cafpi SA u Aviva assurances SA vs Enedis SA.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 85/374/KEE – Artikolu 3 – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Kunċett ta’ ‘produttur’ – Operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku li jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu.
Kawża C-691/21.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:926

Kawża C‑691/21

Cafpi SA
u
Aviva assurances SA

vs

Enedis SA

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour de cassation (Franza))

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal‑24 ta’ Novembru 2022

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 85/374/KEE – Artikolu 3 – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Kunċett ta’ ‘produttur’ – Operatur ta’ network ta’ distribuzzjoni tal-elettriku li jibdel il-livell ta’ vultaġġ tal-elettriku għad-distribuzzjoni tiegħu”

  1. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli mid-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom – Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 85/374, Artikolu 9(b))

    (ara l-punti 30 sa 32)

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Responsabbiltà għal prodotti difettużi – Direttiva 85/374 – Kunċett ta’ produttur – Persuna li tqiegħed isimha, it-trade mark tagħha jew sinjal distintiv ieħor fuq il-prodott jew li tkun awtorizzat dan it-tqegħid

    (Direttiva tal-Kunsill 85/374, premessi 4 u 5 u Artikoli 1, 3(1) u 5)

    (ara l-punti 38 sa 47, 50 u d-dispożittiv)

Ara t-test tad-deċiżjoni.

Top