Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CJ0578

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022.
Irish Wind Farmers' Association Clg et vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Regolament (UE) 2015/1589 – Artikolu 4 – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli tal-impriżi – Metodi ta’ evalwazzjoni tal-beni immobbli użati għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tat-taxxa dovuta – Ilment ta’ operaturi ta’ eoliċi – Allegazzjoni ta’ sottostima tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli dovuta mill-produtturi ta’ elettriku minn kombustibbli fossili u, għalhekk, ta’ livell ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ dawn il-produtturi tal-elettriku inferjuri għal dak ta’ produtturi tal-elettriku oħra minħabba l-għażla tal-metodu ta’ evalwazzjoni użat – Proċedura ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u selettiv – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Kunċett ta’ ‘diffikultajiet serji’ – Portata tal-obbligi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu li l-proċedura ta’ eżami titmexxa b’mod diliġenti u imparzjali – Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
Kawża C-578/21 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2022:898

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Novembru 2022 – Irish Wind Farmers’ Association et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C‑578/21 P) ( 1 )

“Appell – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(2) u (3) TFUE – Regolament (UE) 2015/1589 – Artikolu 4 – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru dwar it-taxxa fuq il-proprjetà immobbli tal-impriżi – Metodi ta’ evalwazzjoni tal-beni immobbli użati għall-finijiet tal-kalkolu tal-bażi tat-taxxa dovuta – Ilment ta’ operaturi ta’ eoliċi – Allegazzjoni ta’ sottostima tal-bażi tat-taxxa fuq il-proprjetà immobbli dovuta mill-produtturi ta’ elettriku minn kombustibbli fossili u, għalhekk, ta’ livell ta’ taxxa fuq il-proprjetà immobbli ta’ dawn il-produtturi tal-elettriku inferjuri għal dak ta’ produtturi tal-elettriku oħra minħabba l-għażla tal-metodu ta’ evalwazzjoni użat – Proċedura ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u selettiv – Assenza ta’ ftuħ ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali – Kunċett ta’ ‘diffikultajiet serji’ – Portata tal-obbligi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu li l-proċedura ta’ eżami titmexxa b’mod diliġenti u imparzjali – Portata tal-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea”

1. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Kunċett – Natura oġġettiva – Oneru tal-prova – Ċirkustanzi li jippermettu l-attestazzjoni tal-eżistenza ta’ tali diffikultajiet – Obbligu għall-Kummissjoni li tfittex, fuq l-inizjattiva tagħha stess u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indizzju f’dan is-sens, informazzjoni potenzjalment relevanti li ma kinitx taf biha – Assenza

(Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 4(2) u (3))

(ara l-punti 53 sa 54, 56 sa 60)

2. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Kunċett – Natura oġġettiva – Oneru tal-prova – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 4(2) u (3))

(ara l-punt 55)

3. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Ċirkustanzi li jippermettu l-attestazzjoni tal-eżistenza ta’ tali diffikultajiet – Tul tal-proċedura preliminari li ma tistax turi waħedha l-eżistenza ta’ tali diffikultajiet

(Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 4(2) u (3))

(ara l-punti 77, 80)

4. 

Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proġetti ta’ għajnuna – Eżami mill-Kummissjoni – Fażi preliminari u fażi kontradittorja – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Diffikultà ta’ evalwazzjoni – Obbligu tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura kontradittorja – Diffikultajiet serji – Ċirkustanzi li jippermettu l-attestazzjoni tal-eżistenza ta’ tali diffikultajiet – Kumplessità tal-miżura ta’ għajnuna – Kundizzjonijiet – Impossibbiltà li jiġu megħluba d-diffikultajiet ta’ natura teknika permezz tal-informazzjoni miġbura mingħajr l-awtoritajiet nazzjonali matul il-proċedura ta’ eżami preliminari

(Artikolu 108(2) u (3) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 2015/1589, Artikolu 4(2) u (3))

(ara l-punti 88, 89)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Irish Wind Farmers’ Association Clg, Carrons Windfarm Ltd, Foyle Windfarm Ltd u Greenoge Windfarm Ltd huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


( 1 ) ĠU C 462, 15.11.2021.

Top