This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CJ0393
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021.
T.B. u D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Artikolu 11(1)(b) – Artikolu 12 – Artikolu 13(2) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ ‘persuna leża’ – Professjonist – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 7(2).
Kawża C-393/20.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021.
T.B. u D. sp. z. o. o. vs G. I. A/S.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Artikolu 11(1)(b) – Artikolu 12 – Artikolu 13(2) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ ‘persuna leża’ – Professjonist – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 7(2).
Kawża C-393/20.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:871
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2021 – T. B. u D. (Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet)
(Kawża C‑393/20) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Artikolu 11(1)(b) – Artikolu 12 – Artikolu 13(2) – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Kunċett ta’ ‘persuna leża’ – Professjonist – Ġurisdizzjoni speċjali – Artikolu 7(2)”
1. |
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Sistema awtonoma ta’ attribuzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1215/2012, Artikoli 6, 7(2) u (5), u 10 sa 16) (ara l-punt 29) |
2. |
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Għan – Protezzjoni tal-parti ż-żgħira – Kunċett ta’ parti żgħira – Professjonist li l-attività tiegħu hija l-irkupru tal-pretensjonijiet għall-ħlas ta’ danni tal-assigurazzjoni bħala ċessjonarju kuntrattwali – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1215/2012, premessa 18 u Artikoli 11(1)(b) u 13(2)) (ara l-punti 32, 33, 35) |
3. |
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni f’materji tal-assigurazzjonijiet – Azzjonijiet mibdija kontra l-assiguratur – Azzjoni diretta tal-persuna leża – Kunċett ta’ persuna leża – Kumpannija li tipprovdi servizzi lill-vittma diretta ta’ inċident tat-traffiku bħala korrispettiv għall-pretensjoni għall-ħlas ta’ danni tal-assigurazzjoni – Irkupru tal-pretensjonijiet għall-ħlas ta’ danni bħala ċessjonarju kuntrattwali barra minn attività professjonali fil-qasam tal-irkupru ta’ tali pretensjonijiet – Esklużjoni (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1215/2012, premessa 18 u Artikoli 11(1)(b) u 13(2)) (ara l-punti 38, 40-43, u d-dispożittiv 1) |
4. |
Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 1215/2012 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni fil-qasam ta’ delitt jew kważi-delitt – Portata – Tilwima bejn professjonist li jikseb pretensjoni ta’ vittma ta’ inċident tat-traffiku u impriża tal-assigurazzjoni – Inklużjoni – Verifika tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni speċifiċi li taqa’ fuq il-qorti nazzjonali (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1215/2012, Artikolu 7(2)) (ara l-punti 49-52, 54, u d-dispożittiv 2) |
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 13(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-Artikolu 11(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jistax jiġi invokat minn kumpannija li, bħala korrispettiv għal servizzi li hija tipprovdi lill-vittma diretta ta’ inċident tat-traffiku b’rabta mad-dannu li jirriżulta minn dan l-inċident, kisbet mingħandha l-pretensjoni għall-ħlas ta’ danni tal-assigurazzjoni, sabiex għalihom titlob il-ħlas mingħand l-assiguratur tal-persuna li tkun ikkawżat l-imsemmi inċident, mingħajr madankollu ma twettaq attività professjonali fil-qasam tal-irkupru ta’ tali pretensjonijiet. |
2) |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 1215/2012 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jista’ jiġi invokat minn professjonist li permezz ta’ kuntratt ta’ assenjazzjoni kiseb pretensjoni mingħand il-vittma ta’ inċident tat-traffiku bil-għan li titressaq azzjoni ta’ delitt jew ta’ kważi delitt quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn seħħ l-avveniment dannuż fil-konfront tal-assiguratur tal-persuna li kkawżat dan l-inċident, li għandu s-sede tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għajr dak tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż, bil-kundizzjoni li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jkunu ssodisfatti, fatt dan li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
( 1 ) ĠU C 423, 7.12.2020.