This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0868
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021.
M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9 – Persuni taxxabbli – Artikolu 11 – Possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli waħda persuni li jkunu legalment indipendenti iżda li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (‘grupp tal-VAT’) – Kunċett ta’ ‘rabtiet mill-qrib fuq livell finanzjarju’ – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li soċjetajiet li s-soċji tagħhom, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla milli jkunu membru f’grupp tal-VAT – Ċertezza legali – Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni fiskali – Proporzjonalità – Newtralità tal-VAT.
Kawża C-868/19.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:285
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal‑15 ta’ April 2021 –
Finanzamt für Körperschaften Berlin
(Kawża C‑868/19) ( 1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9 – Persuni taxxabbli – Artikolu 11 – Possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli waħda persuni li jkunu legalment indipendenti iżda li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (‘grupp tal-VAT’) – Kunċett ta’ ‘rabtiet mill-qrib fuq livell finanzjarju’ – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li soċjetajiet li s-soċji tagħhom, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla milli jkunu membru f’grupp tal-VAT – Ċertezza legali – Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni fiskali – Proporzjonalità – Newtralità tal-VAT”
1. |
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/112 – Effett dirett – Assenza (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 11) (ara l-punt 43) |
2. |
Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Persuni taxxabbli – Kunċett – Possibbiltà għall-Istati Membru li jqisu persuni marbuta mill-qrib bħala persuna taxxabbli waħda – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà, għal soċjetà, li tifforma, mal-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla, grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għall-integrazzjoni fil-livell finanzjarju tas-soċji tagħha fl-imsemmija impriża – Inammissibbiltà fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 11) (ara l-punti 45 sa 55, 57, 58, 61, 63 sa 65, 68, u d-dispożittiv) |
Dispożittiv
L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat‑28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà għal soċjetà li tifforma, mal-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla, grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kundizzjoni li s-soċji tas-soċjetà, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ikunu biss persuni integrati fil-livell finanzjarju f’din l-impriża.
( 1 ) ĠU C 77, 9.3.2020.