EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CO0769

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021.
Proċeduri kriminali kontra UC u TD.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Artikolu 6 – Dritt tas-suspettati jew tal-persuni akkużati li jkunu informati bid-drittijiet tagħhom – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Trattament ta’ kawża fi żmien raġjonevoli – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja fil-każ ta’ difett proċedurali fl-att ta’ akkuża kkonstatat mill-qorti – Rinviju tal-kawża quddiem il-prosekutur għall-finijiet tat-tfassil ta’ att ta’ akkuża ġdid – Ammissibbiltà.
Kawża C-769/19.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:28

 Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 –
UC u TD (Difetti fil-validità formali tal-att ta’ akkuża)

(Kawża C‑769/19) ( 1 )

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Direttiva 2012/13/UE – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Artikolu 6 – Dritt tas-suspettati jew tal-persuni akkużati li jkunu informati bid-drittijiet tagħhom – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Trattament ta’ kawża fi żmien raġjonevoli – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja fil-każ ta’ difett proċedurali fl-att ta’ akkuża kkonstatat mill-qorti – Rinviju tal-kawża quddiem il-prosekutur għall-finijiet tat-tfassil ta’ att ta’ akkuża ġdid – Ammissibbiltà”

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali – Dritt għall-informazzjoni fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – Direttiva 2012/13 – Dritt li persuna tiġi informata bl-akkuża mressqa kontriha – Dritt ta’ li kawża tiġi deċiża fi żmien raġjonevoli – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-għeluq tal-proċedura ġudizzjarja f’każ ta’ difetti fil-validità formali tal-att tal-akkuża – Obbligu li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-prosekutur pubbliku għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ att tal-akkuża ġdid – Ammissibbiltà

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012/13, Artikolu 6(1), (3) u (4))

(ara l-punti 43 sa 53, 56, 59 u d-dispożittiv)

Dispożittiv

L-Artikolu 6(1), (3) u (4) tad-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni u d-dritt għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, meta l-att ta’ akkuża jkun irregolari (jiġifieri l-kontenut tiegħu ma jkunx ċar, ma jkunx komplet jew ikun kontradittorju), fl-ebda każ ma tippermetti li din l-irregolarità tiġi rrimedjata permezz ta’ korrezzjoni mill-prosekutur fil-kuntest tas-seduta quddiem il-qorti li matulha tkun ġiet ikkonstatata din l-irregolarità, u minflok tobbliga lill-qorti sabiex f’kull każ twaqqaf il-proċedura ġudizzjarja u tibgħat il-każ lura quddiem il-prosekutur sabiex jitfassal att ta’ akkuża ġdid.


( 1 ) ĠU C 27, 27.1.2020.

Top