Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CJ0856

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021.
Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija.
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Direttiva 2011/64/UE – Artikolu 10(2) u (3) – Dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat – Rata tad-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti li hija inqas mir-rata minima preskritta – Diffikultajiet interni – Theddid ta’ ksur serju tal-ordni pubbliku – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali.
Kawża C-856/19.

Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:253

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal‑25 ta’ Marzu 2021 –
Il-Kummissjoni vs L-Ungerija (Dazji tas-sisa fuq is-sigaretti)

(Kawża C‑856/19) ( 1 )

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Direttiva 2011/64/UE – Artikolu 10(2) u (3) – Dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat – Rata tad-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti li hija inqas mir-rata minima preskritta – Diffikultajiet interni – Theddid ta’ ksur serju tal-ordni pubbliku – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali”

1. 

Stati Membri – Obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-Unjoni – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern – Inammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 48, 49)

2. 

Dispożizzjonijiet fiskali – Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonjiet – Taxxi oħra għajr it-taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ li jolqtu l-konsum tat-tabakk immanifatturat – Direttiva 2011/64 – Applikazzjoni u ġbir, wara l-iskadenza ta’ perijodu tranżitorju, ta’ dazju tas-sisa inqas minn dak previst mid-direttiva – Inammissibbiltà – Ġustifikazzjonijiet – Assenza

(Direttiva tal-Kunsill 2011/64, Artikolu 11(2))

(ara l-punti 51, 54, 64, 65, u d-dispożittiv 1)

3. 

Atti tal-istituzzjonijiet – Direttivi – Termini ta’ implimentazzjoni – Proroga ta’ terminu li jkun irriżulta insuffiċjenti – Proċedura

(Artikolu 288 TFUE)

(ara l-punt 55)

4. 

Stati Membri – Obbligi – Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Ġustifikazzjoni – Prinċipju ta’ kooperazzjoni leali – Invokazzjoni minn Stat Membru sabiex jostakola l-konstatazzjoni ta’ nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Inammissibbiltà

(Artikolu 258 TFUE)

(ara l-punti 57, 59)

Dispożittiv

1)

Billi applikat għas-sigaretti dazju tas-sisa globali li huwa inqas minn 60 % tal-prezz medju ponderat tal-bejgħ tas-sigaretti rrilaxxati għall-konsum u billi ġabret dazju tas-sisa li huwa inqas minn EUR 115 għal kull 1000 sigarett, u dan wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju sal‑31 ta ’Diċembru 2017, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal‑21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


( 1 ) ĠU C 19, 20.1.2020.

Top