Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CJ0142

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020.
Dovgan GmbH vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali PLOMBIR – Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żnaturament tal-fatti u tal-provi.
Kawża C-142/19 P.

ECLI identifier: ECLI:EU:C:2020:487

 Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2020 – Dovgan vs EUIPO

(Kawża C‑142/19 P) ( 1 )

“Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark verbali PLOMBIR – Ċaħda tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żnaturament tal-fatti u tal-provi”

1. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Aggravju bbażat fuq l-iżnaturament tal-fatti – Neċessità li jiġu indikati b’mod preċiż l-elementi żnaturati u li jintwerew l-iżbalji ta’ analiżi li wasslu għal dan l-iżnaturament

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 168 (1)(d))

(ara l-punt 44)

2. 

Appell – Aggravji – Insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Użu ta’ motivazzjoni impliċita mill-Qorti Ġenerali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 36 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53)

(ara l-punt 63)

3. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-provi prodotti regolarment – Inammissibbiltà ħlief fil-każ ta’ żnaturament – Obbligu għall-Qorti Ġenerali li timmotiva l-evalwazzjoni tagħha tal-provi – Portata

(Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 72)

4. 

Appell – Aggravji – Aggravju fformulat kontra motiv tas-sentenza li ma huwiex neċessarju sabiex jiġi ġġustifikat id-dispożittiv tagħha – Aggravju ineffettiv

(ara l-punt 92)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud.

2) 

Dovgan GmbH hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti minn Monolith Frost GmbH.

3) 

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


( 1 ) ĠU C 263, 5.8.2019.

Top