Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CO0256

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018.
Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Preġudizzju allegatament subit b’riżultat ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Kawża C-256/18 P.

Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018 – Campailla vs L-Unjoni Ewropea

(Kawża C‑256/18 P)

“Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Rikors għad-danni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea – Preġudizzju allegatament subit b’riżultat ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja”

1. 

Appell – Aggravji – Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi – Inammissibbiltà – Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi – Esklużjoni ħlief fil-każ ta’ żnaturament

(Artikolu 256 TFUE ; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58)

(ara l-punt 18)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni allegatament ikkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Elementi li jippermettu li jiġi identifikat l-aġir li bih hija akkużata l-istituzzjoni, ir-rabta kawżali u n-natura reali u ċerta tad-dannu kkawżat

[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c)]

(ara l-punti 23, 24, 29-31)

3. 

Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti formali – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Motivi ta’ dritt li ma ġewx ippreżentati fir-rikors – Riferiment għall-annessi kollha – Inammissibbiltà

[Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 120(c)]

(ara l-punti 33, 34)

4. 

Proċedura ġudizzjarja – Deċiżjoni meħuda permezz ta’ digriet motivat – Possibbiltà li tittieħed deċiżjoni mingħajr proċedura orali – Ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja – Assenza

(Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 47 ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 126)

(ara l-punti 40-42)

5. 

Appell – Aggravji – Aggravju indirizzat kontra raġuni superfluwa – Aggravju ineffettiv – Ċaħda

(ara l-punt 47)

Dispożittiv

1) 

L-appell huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament infondat u, parzjalment, manifestament ineffettiv.

2) 

Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

Top