EUR-Lex Ingång till EU-rätten

Tillbaka till EUR-Lex förstasida

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 62017CJ0485

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018.
Verbraucherzentrale Berlin eV vs Unimatic Vertriebs GmbH.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 2(9) – Kunċett ta’ ‘post tan-negozju’ – Kriterji – Kuntratt ta’ bejgħ konkluż fl-istand miżmum minn kummerċjant fl-okkażjoni ta’ fiera kummerċjali.
Kawża C-485/17.

Rättsfallssamlingen – allmänna delen

Kawża C‑485/17

Verbraucherzentrale Berlin eV

vs

Unimatic Vertriebs GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 2(9) – Kunċett ta’ ‘post tan-negozju’ – Kriterji – Kuntratt ta’ bejgħ konkluż fl-istand miżmum minn kummerċjant fl-okkażjoni ta’ fiera kummerċjali”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It‑Tmien Awla) tas-7 ta’ Awwissu 2018

Protezzjoni tal-konsumaturi – Kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Direttiva 2011/83 – Kunċett ta’ “post tan-negozju” – Stand miżmum minn kummerċjant fl-okkażjoni ta’ fiera kummerċjali – Inklużjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Verifika mill-qorti nazzjonali

(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/76, Artikolu 2(9))

L-Artikolu 2(9) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li stand, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, miżmum minn kummerċjant f’fiera kummerċjali, li fih jeżerċita l-attivitajiet tiegħu xi ġranet fis-sena, huwa “post tan-negozju”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, fir-rigward taċ-ċirkustanzi ta’ fatt kollha li jduru madwar dawn l-attivitajiet, u b’mod partikolari tad-dehra ta’ dan l-istand u tal-informazzjoni mgħoddija fil-post fejn isseħħ il-fiera stess, konsumatur normalment informat u raġonevolment attent u avżat seta’ raġonevolment jistenna li dan il-kummerċjant jeżerċita fih l-attivitajiet tiegħu u javviċinah sabiex jikkonkludi kuntratt, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.

It-tul tal-fiera inkwistjoni ma huwiex, waħdu, determinanti f’dan ir-rigward, skont l-intenzjoni tal-leġiżlatur tal-Unjoni, hekk kif jirriżulta mill-premesa 22 tad-Direttiva 2011/83, li l-post fejn il-kummerċjant jeżerċita l-attività tiegħu fuq bażi staġonali jista’ jikkostitwixxi “post tan-negozju” fis-sens tal-Artikolu 2(9) ta’ din id-direttiva.

(ara l-punti 45, 46, u d-dispożittiv)

Upp