Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62017CJ0154

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018.
    SIA "E LATS" vs Valsts ieņēmumu dienests.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Punt 1 tal-Artikolu 311(1) – Sistema partikolari ta’ oġġetti użati – Kunċett ta’ ‘oġġetti użati’ – Oġġetti li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż mibjugħa mill-ġdid minn negozjant – Konverżjoni tal-imsemmija oġġetti wara l-bejgħ – Irkupru ta’ metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż – Kunċett ta’ ‘metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż’.
    Kawża C-154/17.

    Kawża C‑154/17

    SIA “E LATS”

    vs

    Valsts ieņēmumu dienests

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākā tiesa)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud – Direttiva 2006/112/KE – Punt 1 tal-Artikolu 311(1) – Sistema partikolari ta’ oġġetti użati – Kunċett ta’ ‘oġġetti użati’ – Oġġetti li fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż mibjugħa mill-ġdid minn negozjant – Konverżjoni tal-imsemmija oġġetti wara l-bejgħ – Irkupru ta’ metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż – Kunċett ta’ ‘metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż’”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-11 ta’ Lulju 2018

    Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet fiskali – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud – Sistemi partikolari – Sistema partikolari applikabbli fil-qasam ta’ oġġetti użati – Kunċett ta’ “oġġetti użati” – Oġġetti użati li jkun fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż li ma humiex iktar kapaċi jissodisfaw il-funzjonalità inizjali u żammew biss il-funzjonalitajiet inerenti għal dawn il-metalli u ħaġar – Esklużjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 2006/112, punt 1 tal-Artikolu 311(1))

    Il-punt 1 tal-Artikolu 311(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “oġġetti użati” ma jinkludix oġġetti użati li jkun fihom metalli prezzjużi jew ħaġar prezzjuż jekk dawn l-oġġetti ma għadhomx kapaċi jissodisfaw il-funzjonalità inizjali u żammew biss il-funzjonalitajiet inerenti għal dawn il-metalli u għal dan il-ħaġar, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika fid-dawl taċ-ċirkustanzi oġġettivi kollha rilevanti ta’ kull każ partikolari.

    (ara l-punt 39 u d-dispożittiv)

    Top