Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0574

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Mejju 2018.
    Proċeduri kriminali kontra Mauro Scialdone.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Artikolu 4(3) TUE – Artikolu 325 TFUE – Direttiva 2006/112/KE – Konvenzjoni PIF – Sanzjonijiet – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tal-VAT li tirriżulta mid-denunzja annwali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi priġunerija biss meta l-ammont ta’ VAT mhux imħallas jaqbeż ċertu limitu ta’ kriminalizzazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitu ta’ kriminalizzazzjoni iktar baxx għall-ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn relatata mat-taxxa fuq id-dħul.
    Kawża C-574/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑574/15

    Proċeduri kriminali

    kontra

    Mauro Scialdone

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Varese)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni – Artikolu 4(3) TUE – Artikolu 325 TFUE – Direttiva 2006/112/KE – Konvenzjoni PIF – Sanzjonijiet – Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività – Ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tal-VAT li tirriżulta mid-denunzja annwali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi priġunerija biss meta l-ammont ta’ VAT mhux imħallas jaqbeż ċertu limitu ta’ kriminalizzazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi limitu ta’ kriminalizzazzjoni iktar baxx għall-ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn relatata mat-taxxa fuq id-dħul”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat‑2 ta’ Mejju 2018

    1. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea–Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni–Ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra–Obbligu tal-Istati Membri li jimplimentaw sanzjonijiet effettivi u dissważivi–Kunċetti ta’ frodi u ta’ attivitajiet illegali oħra–Ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tirriżulta mid-denunzja annwali–Attività illegali ta’ natura li tippreġudika l-interessi finanzjarji tal-Unjoni

      (Artikolu 325(1) TFUE, Direttiva tal-Kunsill 2006/112, Artikolu 206 u Artikolu 250(1); Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, Artikolu 1(1)(b))

    2. Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea–Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni–Ġlieda kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra–Obbligu tal-Istati Membri li jimplimentaw sanzjonijiet effettivi u dissważivi–Portata–Ksur fiskali fil-qasam ta’ taxxa fuq il-valur miżjud–Ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tat-taxxa fuq il-valur miżjud li tirriżulta mid-denunzja annwali–Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi piena ta’ priġunerija–Limitu ta’ kriminalizzazzjoni iktar għoli minn dak għall-ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa fuq id-dħul–Ammissibbiltà

      (Artikolu 4(3) TUE; Artikolu 325(1) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 2006/112)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 37 sa 40, 44, 45)

    2.  Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat‑28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE u mal-Artikolu 325(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-ommissjoni ta’ ħlas, fit-termini stabbiliti mil-liġi, tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li tirriżulta mid-denunzja annwali għal sena finanzjarja partikolari tikkostitwixxi reat punibbli b’piena ta’ priġunerija biss meta l-ammont ta’ VAT mhux imħallas jaqbeż limitu ta’ kriminalizzazzjoni ta’ EUR 250000, filwaqt li tipprevedi limitu ta’ kriminalizzazzjoni ta’ EUR 150000 għar-reat ta’ ommissjoni ta’ ħlas tat-taxxa f’ras il-għajn relatata mat-taxxa fuq id-dħul.

      (ara l-punt 61 u d-dispożittiv)

    Top