This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CO0315
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018.
Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza.
Rinviju preliminari – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali – Għoti ta’ komplement ta’ remunerazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-aġenti mhux titolari – Kunċetti ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” u ta’ “raġunijiet oġġettivi.
Kawża C-315/17.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018.
Pilar Centeno Meléndez vs Universidad de Zaragoza.
Rinviju preliminari – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali – Għoti ta’ komplement ta’ remunerazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-aġenti mhux titolari – Kunċetti ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” u ta’ “raġunijiet oġġettivi.
Kawża C-315/17.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 – Centeno Meléndez
(Kawża C-315/17) ( 1 )
“Rinviju preliminari – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP – Klawżola 4 – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali – Għoti ta’ komplement ta’ remunerazzjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi lill-aġenti mhux titolari – Kunċetti ta’ “kundizzjonijiet tal-impjieg” u ta’ “raġunijiet oġġettivi”
1. |
Politika soċjali–Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat–Direttiva 1999/70–Kamp ta’ applikazzjoni–Persuna impjegata bħala aġent mhux titolari fi ħdan il-persunal amministrattiv u tekniku ta’ università–Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness) (ara l-punti 38-40) |
2. |
Politika soċjali–Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat–Direttiva 1999/70–Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat–Kundizzjonijiet ta’ impjieg–Kunċett–Parteċipazzjoni fis-sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali u komplement ta’ remunerazzjoni marbut ma din il-parteċipazzjoni–Inklużjoni (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 4(1)) (ara l-punti 45, 47, 52-54) |
3. |
Politika soċjali–Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat–Direttiva 1999/70–Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-ħaddiema għal żmien determinat–Leġiżlazzjoni nazzjonali li tirriżerva l-parteċipazzjoni fis-sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali tal-persunal amministrattiv u tekniku ta’ università u, għaldaqstant, il-benefiċċju tal-komplement ta’ remunerazzjoni marbut ma din il-parteċipazzjoni għall-uffiċċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt permanenti, bl-esklużjoni tal-persuni impjegati bħala aġenti mhux titolari–Assenza ta’ raġunijiet oġġettivi–Inammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 1999/70, Anness, Klawżola 4(1)) (ara l-punti 65, 68-71, 76, 78 u d-dispożittiv) |
Dispożittiv
Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat‑28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirriżerva l-parteċipazzjoni fis-sistema ta’ żvilupp fil-karriera ta’ natura orizzontali tal-persunal amministrattiv u tekniku tal-Università ta’ Zaragoza (Spanja) u, għaldaqstant il-benefiċċju ta’ komplement ta’ remunerazzjoni, li huwa konsegwenza ta’ din il-parteċipazzjoni, għall-uffiċċjali u għall-membri tal-persunal bil-kuntratt permanenti, bl-esklużjoni, b’mod partikolari, tal-persuni impjegati bħala aġenti mhux titolari.
( 1 ) ĠU C 269, 14.08.2017.