This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017CJ0492
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018.
Südwestrundfunk vs Tilo Rittinger et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mogħtija mill-Istati – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(3) TFUE – Organi tax-xandir pubbliku – Finanzjament – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-adulti kollha li għandhom akkomodazzjoni fit-territorju nazzjonali jħallsu kontribuzzjoni lill-impriżi tax-xandir pubbliku.
Kawża C-492/17.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018.
Südwestrundfunk vs Tilo Rittinger et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mogħtija mill-Istati – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(3) TFUE – Organi tax-xandir pubbliku – Finanzjament – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-adulti kollha li għandhom akkomodazzjoni fit-territorju nazzjonali jħallsu kontribuzzjoni lill-impriżi tax-xandir pubbliku.
Kawża C-492/17.
Kawża C-492/17
Südwestrundfunk
vs
Tilo Rittinger et
(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mil-Landgericht Tübingen)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mogħtija mill-Istati – Artikolu 107(1) TFUE – Artikolu 108(3) TFUE – Organi tax-xandir pubbliku – Finanzjament – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lill-adulti kollha li għandhom akkomodazzjoni fit-territorju nazzjonali jħallsu kontribuzzjoni lill-impriżi tax-xandir pubbliku ”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2018
Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Konformità tad-deċiżjoni tar-rinviju mar-regoli ta’ organizzazzjoni u ta’ proċedura ġudizzjarji tad-dritt nazzjonali – Verifika li ma taqax fuq il-Qorti tal-Ġustizzja
(Artikolu 267 TFUE)
Domandi preliminari – Ammissibbiltà – Neċessità li tingħata informazzjoni suffiċjenti lill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv – Portata tal-obbligu fil-qasam tal-kompetizzjoni
(Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 94)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi ġenerali jew ipotetiċi – Kwistjoni li għandha natura astratta u purament ipotetika fir-rigward tas-suġġett tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà
(Artikolu 267 TFUE)
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Miżura li timmodifika skema ta’ għajnuna eżistenti – Modifika li ma taffettwax is-sustanza tal-iskema – Obbligu ta’ Komunikazzjoni – Assenza
(Artikolu 108 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu 1(c))
Għajnuna mogħtija mill-Istati – Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida – Miżura li timmodifika skema ta’ għajnuna eżistenti – Modifika li ma taffettwax is-sustanza tal-iskema – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil xandar pubbliku jwettaq huwa stess l-eżekuzzjoni forzata tad-debiti mhux imħallsa – Ammissibbiltà
(Artikoli 107 u 108 TFUE)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 29-34)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 37-39, 45-47)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 37, 40-44, 48-51)
L-Artikolu 1(ċ) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE], għandu jiġi interpretat fis-sens li modifika tal-iskema ta’ finanzjament tax-xandir pubbliku ta’ Stat Membru li, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tikkonsisti fis-sostituzzjoni ta’ taxxa awdjoviżiva dovuta abbażi tal-pussess ta’ apparat ta’ reċezzjoni awdjoviżiva, b’kontribuzzjoni awdjoviżiva dovuta b’mod partikolari abbażi tal-okkupazzjoni ta’ akkomodazzjoni jew ta’ stabbiliment professjonali, ma tikkostitwixxix modifika ta’ għajnuna eżistenti, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, li għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 108(3) TFUE
(ara d-dispożittiv 1)
L-Artikoli 107 u 108 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħti lix-xandar pubbliku setgħat derogatorji tad-dritt komuni li jippermettulu li jwettaq huwa stess l-eżekuzzjoni forzata ta’ debiti mhux imħallsa abbażi tal-kontribuzzjoni awdjoviżiva.
(ara d-dispożittiv 2)