Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0393

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017.
    Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne vs Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co.OHG.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) – Kamp ta’ applikazzjoni – Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP – Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP – Indikazzjoni falza jew qarrieqa – DOP ‘Champagne’ użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel – Isem ‘Champagner Sorbet’ – Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent – Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel.
    Kawża C-393/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C‑393/16

    Comité Interprofessionnel du Vin de Champagne

    vs

    Aldi Süd Dienstleistungs-GmbH & Co.OHG

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Bundesgerichtshof)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Organizzazzjoni komuni tas-swieq ta’ prodotti agrikoli – Protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta (DOP) – Regolament (KE) Nru 1234/2007 – Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c) – Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Artikolu 103(2)(a)(ii), (b) u (c) – Kamp ta’ applikazzjoni – Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ DOP – Użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ DOP – Indikazzjoni falza jew qarrieqa – DOP ‘Champagne’ użata fl-isem ta’ prodott tal-ikel – Isem ‘Champagner Sorbet’ – Prodott tal-ikel li fih inbid tax-xampanja bħala ingredjent – Ingredjent li jikkonferixxi karatteristika essenzjali lill-prodott tal-ikel”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017

    1. Agrikoltura–Organizzazzjoni komuni tas-swieq–Inbid–Deskrizzjoni u preżentazzjoni tal-inbejjed–Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti–Protezzjoni–Kamp ta’ applikazzjoni–Użu ta’ denominazzjoni tal-oriġini protetta fl-isem ta’ prodott tal-ikel li fih ingredjent konformi mal-ispeċifikazzjoni dwar din id-denominazzjoni–Inklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament Nru 491/2009, Artikolu 118m(2)(a)(ii); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 103(2)(a)(ii))

    2. Agrikoltura–Organizzazzjoni komuni tas-swieq–Inbid–Deskrizzjoni u preżentazzjoni tal-inbejjed–Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti–Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta–Kunċett–Użu ta’ denominazzjoni tal-oriġini protetta intiż li jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni tagħha

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament Nru 491/2009, Artikolu 118m(2)(a)(ii); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 103(2)(a)(ii))

    3. Agrikoltura–Organizzazzjoni komuni tas-swieq–Inbid–Deskrizzjoni u preżentazzjoni tal-inbejjed–Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti–Protezzjoni–Sfruttar tar-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta–Kunċett–Użu ta’ denominazzjoni fl-isem ta’ prodott tal-ikel li fih ingredjent konformi mal-ispeċifikazzjoni dwar din id-denominazzjoni–Inklużjoni–Kundizzjonijiet–Assenza, bħala karatteristika essenzjali tal-prodott tal-ikel, ta’ togħma iġġenerata prinċipalment permezz tal-preżenza ta’ dak l-ingredjent fil-kompożizzjoni tal-imsemmi prodott tal-ikel

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament Nru 491/2009, Artikolu 118m(2)(a)(ii); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 103(2)(a)(ii))

    4. Agrikoltura–Organizzazzjoni komuni tas-swieq–Inbid–Deskrizzjoni u preżentazzjoni tal-inbejjed–Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti–Użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta–Kunċett–Użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta fl-isem ta’ prodott tal-ikel li fih ingredjent konformi mal-ispeċifikazzjoni dwar din id-denominazzjoni–Esklużjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament Nru 491/2009, Artikolu 118m(2)(b); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 103(2)(b))

    5. Agrikoltura–Organizzazzjoni komuni tas-swieq–Inbid–Deskrizzjoni u preżentazzjoni tal-inbejjed–Denominazzjonijiet ta’ oriġini protetta u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti–Protezzjoni kontra l-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa–Portata

      (Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007, kif emendat mir-Regolament Nru 491/2009, Artikolu 118m(2)(c); Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1308/2013, Artikolu 103(2)(c))

    1.  L-Artikolu 118m(2)(a)(ii), (b) u (c), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament “Waħdieni dwar l-OKS”), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill Nru 491/2009 tal-25 ta’ Mejju 2009 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom il-każ fejn denominazzjoni ta’ oriġini protetta, bħalma hija “Champagne”, tiġi użata bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel, bħalma huwa “Champagner Sorbet” li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet ma’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet.

      (ara l-punt 36, dispożittiv 1)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 40)

    3.  L-Artikolu 118m(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(a)(ii) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet”, jikkostitwixxi sfruttar tar-reputazzjoni ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, jekk dan il-prodott tal-ikel ma għandux bħala karatteristika essenzjali, togħma ġġenerata prinċipalment mill-preżenza ta’ dan l-ingredjent fil-kompożizzjoni tiegħu.

      F’dan ir-rigward, għandu jitqies li l-użu ta’ DOP bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-DOP, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, intiż sabiex jibbenefika indebitament mir-reputazzjoni ta’ din id-DOP jekk dan l-ingredjent ma jikkonferixxix karatteristika essenzjali lil dan il-prodott tal-ikel. Fir-rigward tad-determinazzjoni jekk l-ingredjent inkwistjoni jikkonferixxix lill-prodott tal-ikel inkwistjoni karatteristika essenzjali, il-kwantità ta’ dan l-ingredjent fil-kompożizzjoni ta’ dan il-prodott tal-ikel tikkostitwixxi kriterju importanti, iżda mhux suffiċjenti. L-evalwazzjoni tiegħu tiddependi mill-prodotti kkonċernati u għandha tkun akkumpanjata minn evalwazzjoni kwalitattiva. Meta l-isem tal-prodott tal-ikel jindika, bħal fil-kawża prinċipali, li dan jinkludi ingredjent li jibbenefika minn DOP li suppost tindika t-togħma ta’ dan il-prodott tal-ikel, it-togħma ġġenerata minn dan l-ingredjent għandha tikkostitwixxi l-karatteristika essenzjali tal-imsemmi prodott tal-ikel.

      (ara l-punti 50-53, id-dispożittiv 2)

    4.  L-Artikolu 118m(2)(b) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009 u l-Artikolu 103(2)(b) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-użu ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta bħala parti mill-isem li taħtu huwa mibjugħ prodott tal-ikel li ma jissodisfax l-ispeċifikazzjonijiet dwar din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta, iżda li fih ingredjent li jissodisfa l-imsemmija speċifikazzjonijiet, bħalma huwa “Champagner Sorbet” ma jikkostitwixxix użurpazzjoni, imitazzjoni jew evokazzjoni, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

      Fil-fatt, billi ġie inkorporat fl-isem tal-prodott tal-ikel inkwistjoni dak ta’ ingredjent li jibbenefika minn DOP, sar użu dirett minn din id-DOP sabiex tiġi evokata b’mod miftuħ kwalità ta’ togħma marbuta magħha, li ma tikkostitwixxi la użurpazzjoni, la imitazzjoni, lanqas evokazzjoni.

      (Ara l-punti 57, 59, id-dispożittiv 3)

    5.  L-Artikolu 118m(2)(c) tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 491/2009, u l-Artikolu 103(2)(c) tar-Regolament Nru 1308/2013 għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma applikabbli kemm għall-indikazzjonijiet foloz jew qarrieqa li huma ta’ natura li joħolqu impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott ikkonċernat kif ukoll għall-indikazzjonijiet foloz u qarrieqa dwar in-natura jew fuq il-kwalitajiet essenzjali ta’ dan il-prodott.

      (ara l-punt 64, id-dispożittiv 4)

    Top