Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0670

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017.
    Tsegezab Mengesteab vs Bundesrepublik Deutschland.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikolu 20 – Bidu tal-proċess ta’ determinazzjoni – Sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Rapport ippreparat mill-awtoritajiet, li jkun wasal quddiem l-awtoritajiet kompetenti – Artikolu 21(1) – Termini previsti għall-formulazzjoni ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu – Trasferiment tar-responsabbiltà lejn Stat Membru ieħor – Artikolu 27 – Rimedju ġudizzjarju – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju.
    Kawża C-670/16.

    Court reports – general

    Kawża C‑670/16

    Tsegezab Mengesteab

    vs

    Bundesrepublik Deutschland

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Verwaltungsgericht Minden)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz – Artikolu 20 – Bidu tal-proċess ta’ determinazzjoni – Sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Rapport ippreparat mill-awtoritajiet, li jkun wasal quddiem l-awtoritajiet kompetenti – Artikolu 21(1) – Termini previsti għall-formulazzjoni ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu – Trasferiment tar-responsabbiltà lejn Stat Membru ieħor – Artikolu 27 – Rimedju ġudizzjarju – Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Lulju 2017

    1. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni-Politika tal-ażil-Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali-Regolament Nru 604/2013-Rikors eżerċitat kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali-Possibbiltà li tiġi invokata l-iskadenza tat-termini previsti għat-tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu-Aċċettazzjoni ta’ din it-talba mill-Istat Membru mitlub-Assenza ta’ effett

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 604/2013, premessa 19 u Artikoli 21(1) u 27(1))

    2. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni-Politika tal-ażil-Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali-Regolament Nru 604/2013-Proċedura ta’ teħid inkarigu-Termini previsti għat-tressiq ta’ talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu-Terminu massimu ta’ tliet xhur li jiddekorri mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 604/2013, Artikolu 21(1))

    3. Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni-Politika tal-ażil-Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali-Regolament Nru 604/2013-Proċedura ta’ teħid inkarigu-Bidu tal-proċedura-Sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali-Rapport ippreparat mill-awtoritajiet, li jkun wasal quddiem l-awtoritajiet kompetenti-Kunċett

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 604/2013, Artikolu 20(2))

    1.  L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 ta’ dan ir-regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li applikant għal protezzjoni internazzjonali jista’ jinvoka, fil-kuntest ta’ rikors eżerċitat kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, l-iskadenza ta’ terminu stabbilit fl-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament, u dan anki jekk l-Istat Membru mitlub huwa dispost li jieħu inkarigu ta’ dan l-applikant.

      F’dak li jikkonċerna l-għanijiet intiżi minn dan ir-regolament, hemm lok, b’mod partikolari, li jiġi enfasizzat li mill-premessa 9 tiegħu jirriżulta li l-istess regolament, filwaqt li jikkonferma l-prinċipji li fuqhom huwa bbażat ir-Regolament Nru 343/2003, huwa intiż li jġib it-titjib neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza, mhux biss għall-effettività tas-sistema ta’ Dublin, iżda wkoll għall-protezzjoni mogħtija lill-applikanti, fejn din hija b’mod partikolari żgurata minn protezzjoni ġudizzjarja effettiva u kompleta li jibbenefikaw minnha (sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2016, Ghezelbash,C‑63/15, EU:C:2016:409, punt 52).

      Issa, interpretazzjoni restrittiva tal-portata tad-dritt għal azzjoni legali previst fl-Artikolu 27(1) tar-Regolament Dublin III tista’ tfixkel it-twettiq ta’ dan l-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2016, Ghezelbash,C‑63/15, EU:C:2016:409, punt 53).

      Minn dan kollu jirriżulta li din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tiżgura lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali protezzjoni ġudizzjarja effettiva li tiggarantixxilu, b’mod partikolari, il-possibbiltà li jippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment meħuda fir-rigward tiegħu, li jista’ jirrigwarda l-eżami tal-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament, inkluż l-osservanza tal-garanziji proċedurali previsti minn dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2016, Karim,C‑155/15, EU:C:2016:410, punt 22).

      F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-leġiżlatur tal-Unjoni ddefinixxa l-effetti tal-iskadenza ta’ dawn it-termini billi ppreċiża, fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Dublin III li, għalkemm din it-talba ma hijiex ifformulata f’dawn it-termini, ir-responsabbiltà tal-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali taqa’ fuq l-Istat Membru li lilu din l-applikazzjoni kienet ġiet sottomessa. Isegwi li, għalkemm id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament huma intiżi sabiex ifasslu l-proċedura ta’ teħid inkarigu, dawn jikkontribwixxu wkoll, bl-istess mod bħall-kriterji stabbiliti fil-Kapitolu III ta’ dan ir-regolament, sabiex jiġi stabbilit l-Istat Membru responsabbli, fis-sens tal-istess regolament. Għalhekk, deċiżjoni ta’ trasferiment lejn Stat Membru li ma huwiex dak li lilu l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ġiet sottomessa ma tistax tiġi validament adottata ladarba jiskadu t-termini li jinsabu f’dawn id-dispożizzjonijiet.

      F’dawn iċ-ċirkustanzi, bil-għan li tiżgura li d-deċiżjoni ta’ trasferiment ikkontestata ġiet adottata wara applikazzjoni korretta tal-proċedura ta’ teħid inkarigu prevista minn dan ir-regolament, il-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment għandha tkun tista’ teżamina l-allegazzjonijiet ta’ applikant għall-ażil li qed jinvoka l-ksur tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 21(1) ta’ dan ir-regolament (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-7 ta’ Ġunju 2016, Karim,C‑155/15, EU:C:2016:410, punt 26).

      (ara l-punti 46 sa 48, 52, 53, 55, 62, u d-dispożittiv 1)

    2.  L‑Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba għall-finijiet ta’ teħid inkarigu ma tistax tiġi validament ifformulata iktar minn tliet xhur wara s-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, anki jekk din it-talba hija fformulata inqas minn xahrejn wara r-riċezzjoni ta’ riżultat pożittiv Eurodac, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

      (ara l-punt 74 u d-dispożittiv 2)

    3.  L‑Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 604/2013 għandu jiġi interpretat fis-sens li applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija meqjusa sottomessa meta dokument bil-miktub, stabbilit minn awtorità pubblika u li jiċċertifika li ċittadin ta’ pajjiż terz talab il-protezzjoni internazzjonali, ikun wasal quddiem l-awtorità inkarigata mill-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament u, skont il-każ, meta l-informazzjoni prinċipali biss tidher f’tali dokument, iżda mhux dan id-dokument jew kopja tiegħu, ikunu waslu quddiem din l-awtorità.

      F’dan ir-rigward, għandu fl-ewwel lok jiġi rrilevat li din id-dispożizzjoni tippreċiża, fit-tieni sentenza tagħha, li, fil-każ ta’ applikazzjoni mhux bil-miktub, it-terminu li jgħaddi bejn id-dikjarazzjoni ta’ intenzjoni u l-preparazzjoni ta’ rapport għandu jkun kemm jista’ jkun qasir, li jwassal sabiex jiġi indikat, minn naħa, li l-preparazzjoni ta’ dan ir-rapport jikkostitwixxi essenzjalment formalità intiża sabiex jinkiseb l-għarfien dwar l-intenzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jitlob il-protezzjoni internazzjonali u, min-naħa l-oħra, li t-twettiq tagħha ma għandux jiġi mdewwem.

      Fit-tieni lok, mill-Artikolu 20(1) ta’ dan l-istess regolament jirriżulta li l-proċess biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli jibda hekk kif applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun sottomessa għall-ewwel darba quddiem Stat Membru. Isegwi li, sabiex ikun jista’ jinbeda b’mod effettiv il-proċess ta’ determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, l-awtorità kompetenti għandha bżonn li tiġi informata, b’mod ċert, bil-fatt li ċittadin ta’ pajjiż terz talab protezzjoni internazzjonali, mingħajr ma jkun neċessarju li d-dokument bil-miktub ippreparat b’dan il-għan ikollu forma preċiżament stabbilita jew li jinkludi elementi supplimentari rilevanti għall-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti bir-Regolament Dublin III jew, a fortiori, għall-eżami fuq il-mertu tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. Ma huwiex iktar neċessarju, f’dan l-istadju tal-proċedura, li intervista individwali tkun diġà ġiet organizzata.

      Fit-tielet lok, l-effikaċja ta’ ċerti garanziji importanti mogħtija lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali tkun ristretta jekk ir-riċezzjoni ta’ dokument bil-miktub, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma kinitx biżżejjed sabiex timmanifesta s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

      Fir-raba’ lok, ir-Regolament Dublin III jattribwixxi rwol speċifiku lill-ewwel Stat Membru li fih applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali hija sottomessa. F’dawn iċ-ċirkustanzi, li jiġi kkunsidrat li dokument bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jikkostitwixxix “rapport” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jippermetti, fil-prattika, liċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jitilqu l-Istat Membru li fih huma talbu l-protezzjoni internazzjonali u li jitolbu mill-ġdid din il-protezzjoni ma’ Stat Membru ieħor, mingħajr ma jkunu jistgħu jiġu ttrasferiti, għal din ir-raġuni, lejn l-ewwel Stat Membru u mingħajr anki li jkun possibbli li terġa’ tinstab it-traċċa tal-pass inizjali tagħhom billi tintuża s-sistema Eurodac. Tali sitwazzjoni tista’ taffettwa serjament il-funzjonament tas-sistema ta’ Dublin, billi tqajjem dubju dwar l-istatus partikolari li r-Regolament Dublin III jagħti lill-ewwel Stat Membru li fih hija sottomessa applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.

      Fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, dokument bil-miktub, bħal dak inkwistjoni fi-kawża prinċipali, stabbilit minn awtorità pubblika u li jiċċertifika li ċittadin ta’ pajjiż terz talab il-protezzjoni internazzjonali għandu jitqies bħala “rapport” fis-sens tal-Artikolu 20(2) ta’ dan ir-regolament.

      (ara l-punti 84, 85, 88, 91, 93, 95, 97, 103, u d-dispożittiv 3)

    Top