This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0444
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017.
Immo Chiaradia SPRL u Docteur De Bruyne SPRL vs État belge.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 78/660/KEE — Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji — Prinċipju ta’ stampa vera — Prinċipju ta’ prudenza — Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.
Kawżi magħquda C-444/16 u C-445/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017.
Immo Chiaradia SPRL u Docteur De Bruyne SPRL vs État belge.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 78/660/KEE — Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji — Prinċipju ta’ stampa vera — Prinċipju ta’ prudenza — Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.
Kawżi magħquda C-444/16 u C-445/16.
Court reports – general
Kawżi Magħquda C-444/16 u C-445/16
Immo Chiaradia SPRL
u
Docteur De Bruyne SPRL
vs
État belge
(talbiet għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour d’appel de Mons)
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 78/660/KEE — Kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji — Prinċipju ta’ stampa vera — Prinċipju ta’ prudenza — Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha”
Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2017
Libertà ta’ stabbiliment–Kumpanniji–Direttiva 78/660–Kontabbiltà annwali ta’ certi forom ta’ kumpanniji–Direttiva li tirrigwarda biss għanijiet ta’ kontabbiltà, li s-suġġett tagħha ma huwiex li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet għad-determinazzjoni tal-bażi fiskali
(Direttiva tal-Kunsill 78/660)
Domandi preliminari–Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja–Interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’kuntest fejn dan huwa applikabbli biss indirettament–Recevabilité, en l’espèce, des questions posées: Ammissibbiltà, f’dan il-każ, tad-domandi magħmula
(Artikolu 267 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 78/660)
Libertà ta’ stabbiliment–Kumpanniji–Direttiva 78/660–Kontabbiltà annwali ta’ certi forom ta’ kumpanniji–Prinċipju ta’ stampa vera–Prinċipju ta’ prudenza–Kumpannija li toħroġ opzjoni fuq l-azzjonijiet li tirreġistra l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha–Ammissibbiltà
(Artikolu 50(2)(g) TFUE; Direttiva tal-Kunsill 78/660, Artikoli 2(3), u 31(1)(ċ))
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 31 u 33)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punt 36)
Il-prinċipji ta’ stampa vera u ta’ prudenza previsti rispettivament fl-Artikolu 2(3) u fl-Artikolu 31(1)(ċ) tad-Direttiva 78/660/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1978, ibbażata fuq l-Artikolu [50(2)(g) TFUE] dwar il-kontijiet annwali ta’ ċerti tipi ta’ kumpanniji, kif emendata bid-Direttiva 2003/51/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2003, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux metodu ta’ reġistrazzjoni fil-kontabbiltà li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha.
Fir-rigward tad-drittijiet ta’ opzjoni fuq azzjonijiet, bħal dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, l-imsemmija direttiva ma tinkludi ebda indikazzjoni speċifika dwar il-metodu li skontu l-prezz ta’ dawn l-opzjonijiet għandu jiġi rreġistrat fil-kontabbiltà. Kif osservat il-Kummissjoni fl-osservazzjonijiet tagħha ppreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, għaldaqstant, neċessarjament, jeżistu diversi metodi li huma kompatibbli mad-Direttiva 78/660 sakemm dawn josservaw il-prinċipji ġenerali stabbiliti f’din id-direttiva.
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li metodu ta’ reġistrazzjoni fil-kontabbiltà, bħal dak inkwistjoni fit-tilwimiet fil-kawżi prinċipali, li skontu kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tista’ tirreġistra bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni matul is-sena finanzjarja li matulha l-imsemmija opzjoni tittieħed jew fi tmiem il-perijodu ta’ validità tagħha, ma josservax l-imsemmija prinċipji..
Minn naħa, il-fatt li kumpannija li toħroġ dritt ta’ opzjoni fuq l-azzjonijiet tirreġistra fil-kontabbiltà bħala dħul il-prezz tat-trasferiment ta’ din l-opzjoni biss wara li l-opzjoni tiġi eżerċitata jew tiskadi ma jmurx kontra l-prinċipju ta’ prudenza.
Min-naħa l-oħra, ma jistax jiġi eskluż, hekk kif r-rikorrenti fil-kawżi prinċipali jsostnu fl-osservazzjonijiet tagħhom ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li, meta l-prezz tat-trasferiment tal-opzjoni jiġi rreġistrat fil-kontabbiltà bħala dħul matul is-sena li matulha d-dritt ta’ opzjoni jinħareġ u qabel ma jiġi eżerċitat jew, jekk ikun il-każ, qabel ma jiskadi, il-kontabbiltà tal-kumpannija li toħroġ l-opzjoni tirrappreżenta, fis-snin sussegwenti għall-ħruġ tad-dritt ta’ opzjoni, riskju ikbar minn dak li jkun hemm fil-każ ta’ reġistrazzjoni matul is-sena li matulha l-opzjoni tittieħed jew skadiet.
(ara l-punti 44 sa 47 u d-dispożittiv)