Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0226

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017.
    Eni SpA et vs Premier ministre u Ministre de l’Environnement, de l’Énergie et de la Mer.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Settur tal-gass – Sigurtà tal-provvista tal-gass – Regolament (UE) Nru 994/2010 – Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jieħdu l-miżuri intiżi li jiżguraw il-provvista tal-gass għal klijenti protetti – Il-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘klijenti protetti’ – Artikolu 8(2) – Obbligu addizzjonali – Artikolu 8(5) – Possibbiltà għall-impriżi tal-gass naturali li jissodisfaw l-obbligu tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass obbligu addizzjonali għall-ħażna tal-gass fejn il-kamp ta’ applikazzjoni jinkludi klijenti li jinsabu fost il-‘klijenti protetti’ fis-sens tar-Regolament Nru 994/2010 – Obbligu ta’ ħażna qabel ma jintlaħaq it-80 % fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.
    Kawża C-226/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C-226/16

    Eni SpA et

    vs

    Premier ministre u Ministre de l’Environnement, de l’Énergie u de la Mer

    [talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza)]

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Enerġija – Settur tal-gass – Sigurtà tal-provvista tal-gass – Regolament (UE) Nru 994/2010 – Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jieħdu l-miżuri intiżi li jiżguraw il-provvista tal-gass għal klijenti protetti – Il-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘klijenti protetti’ – Artikolu 8(2) – Obbligu addizzjonali – Artikolu 8(5) – Possibbiltà għall-impriżi tal-gass naturali li jissodisfaw l-obbligu tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass obbligu addizzjonali għall-ħażna tal-gass fejn il-kamp ta’ applikazzjoni jinkludi klijenti li jinsabu fost il-‘klijenti protetti’ fis-sens tar-Regolament Nru 994/2010 – Obbligu ta’ ħażna qabel ma jintlaħaq it-80 % fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017

    1. Enerġija–Sigurtà tal-provvista tal-gass–Regolament Nru 994/2010–Obbligu tal-impriżi tal-gass naturali li jieħdu l-miżuri intiżi li jiżguraw il-provvista tal-gass għal klijenti protetti–Portata–Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri obbligu addizzjonali intiż li jiggarantixxi l-provvista ta’ gass għal tipi differenti ta’ klijenti–Ammissibbiltà–Kundizzjoni

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 994/2010, il-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2, u Artikolu 8(2))

    2. Enerġija–Sigurtà tal-provvista tal-gass–Regolament Nru 994/2010–Obbligu tal-fornituri ta’ gass naturali ta’ ħażna ta’ gass sabiex jiggarantixxu l-provvista fil-każ ta’ kriżi–Portata–Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri li jissodisfaw dan l-obbligu esklużivament permezz tal-infrastrutturi li jinsabu fit-territorju nazzjonali–Inammissibbiltà

      (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 994/2010, Artikolu 8(5))

    1.  L-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri li jissalvagwardjaw is-sigurtà tal-provvista tal-gass u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2004/67/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik fil-kawża prinċipali, li timponi fuq il-fornituri ta’ gass naturali obbligu ta’ ħażna tal-gass li l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jinkludi klijenti li ma jinsabux fost il-“klijenti protetti” elenkati fil-punt 1 tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, sakemm il-kundizzjonijiet previsti mill-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet jiġu osservati, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.

      (ara l-punt 40 u d-dispożittiv1)

    2.  L-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 994/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-fornituri tal-gass naturali li josservaw l-obbligi tagħhom li jżommu ħażniet ta’ gass, sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-provvista fil-każ ta’ kriżi, neċessarjament u esklużivament permezz ta’ infrastrutturi li jinsabu fit-territorju nazzjonali. F’dan il-każ għandha tkun il-qorti tar-rinviju li tivverifika jekk il-possibbiltà offruta bil-leġiżlazzjoni nazzjonali lill-ministru kompetenti li “jieħu inkunsiderazzjoni l-istrumenti l-oħra ta’ modulazzjoni” tal-fornituri kkonċernati tiggarantix lilhom l-opportunità effettiva, fil-prattika, li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fuq livell reġjonali jew fuq livell tal-Unjoni.

      (ara l-punt 48 u d-dispożittiv 2)

    Top