Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CJ0178

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017.
    Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA u Guerrato SpA vs Provincia autonoma di Bolzano et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Direttiva 2004/18/KE – Artikolu 45(2) u (3) – Kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku – Dikjarazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ sentenzi definittivi ta’ kundanna tal-ex amministraturi tal-kumpannija offerenti – Aġir kriminali ta’ ex amministratur – Kundanna kriminali – Dissoċjazzjoni sħiħa u effettiva bejn l-impriża offerenti u dan l-amministratur – Prova – Evalwazzjoni mill-awtorità kontraenti tar-rekwiżiti relatati ma’ dan l-obbligu.
    Kawża C-178/16.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Kawża C-178/16

    Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani SpA u Guerrato SpA

    vs

    Provincia autonoma di Bolzano e.a.

    (talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mi* Consiglio di Stato)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Direttiva 2004/18/KE – Artikolu 45(2) u (3) – Kundizzjonijiet għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku – Dikjarazzjoni fir-rigward tal-assenza ta’ sentenzi definittivi ta’ kundanna tal-ex amministraturi tal-kumpannija offerenti – Aġir kriminali ta’ ex amministratur – Kundanna kriminali – Dissoċjazzjoni sħiħa u effettiva bejn l-impriża offerenti u dan l-amministratur – Prova – Evalwazzjoni mill-awtorità kontraenti tar-rekwiżiti relatati ma’ dan l-obbligu”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Diċembru 2017

    1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi–Direttiva 2004/18–Għoti ta’ kuntratti–Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti–Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri–Possibbiltà li l-Istati Membri jħaffu l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni fakultattivi

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, Artikolu 45(2))

    2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet–Proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi–Direttiva 2004/18–Għoti ta’ kuntratti–Kawżi ta’ esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti–Possibbiltà mogħtija mid-dritt nazzjonali li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu inkunsiderazzjoni il-kundanna kriminali tal-amministratur ta’ kumpannija offerenti–Esklużjoni ta’ offerent li naqas milli jiddikjara kundanna li għadha mhux definittiva u li ma disassoċjax ruħu mill-aġiri tal-amministratur ikkonċernat–Ammissibbiltà

      (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/18, punti (ċ), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 31, 32, 41)

    2.  Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], b’mod partikolari l-punti (ċ), (d) u (g) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ proporzjonalità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li l-awtorità kontraenti:

      tieħu inkunsiderazzjoni, skont il-kundizzjonijiet li hija stabbilixxiet, kundanna kriminali tal-amministratur ta’ impriża offerenti, anki jekk din il-kundanna għadha ma hijiex definittiva, għal reat li jaffettwa l-kondotta professjonali ta’ din l-impriża meta dan ma baqax jeżerċità l-funzjonijiet tiegħu fis-sena ta’ qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ kuntratt pubbliku, u

      li teskludi lill-imsemmija impriża mill-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt inkwistjoni, minħabba li, billi naqset milli tiddikjara din il-kundanna li kienet għadha mhux definittiva, hija ma ddissoċjatx ruħha kompletament u effettivament mill-aġiri tal-imsemmi amministratur.

      (ara l-punt 55 u d-dispożittiv)

    Top