Vyberte si experimentálne prvky, ktoré chcete vyskúšať

Tento dokument je výňatok z webového sídla EUR-Lex

Dokument 62015CJ0466

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016.
    Jean-Michel Adrien et vs Premier ministre et.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-ħaddiema – Uffiċjali nazzjonali ssekondati fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni – Pensjoni ta’ xjuħija – Dritt tal-għażla – Sospensjoni jew żamma tas-sħubija għall-iskema ta’ pensjoni nazzjonali – Limitazzjoni tal-kumulu tal-pensjoni miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni nazzjonali flimkien ma’ dik miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni.
    Kawża C-466/15.

    Zbierka rozhodnutí – Všeobecná zbierka

    Kawża C-466/15

    Jean-Michel Adrien et

    vs

    Prim Ministru et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza))

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Uffiċjali nazzjonali ssekondati fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni — Pensjoni ta’ xjuħija — Dritt tal-għażla — Sospensjoni jew żamma tas-sħubija għall-iskema ta’ pensjoni nazzjonali — Limitazzjoni tal-kumulu tal-pensjoni miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni nazzjonali flimkien ma’ dik miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2016

    1. Sigurtà soċjali – Ħaddiema migranti – Kompetenza tal-Istati Membri li jamministraw is-sistemi tagħhom tas-sigurtà soċjali – Limiti – Osservanza tad-dritt tal-Unjoni – Regoli tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema – Effett fir-rigward tal-benefiċċji mogħtija biss skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru wieħed

      (Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE)

    2. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Kunċett – Ċittadin ta’ Stat Membru impjegat minn organizzazzjoni internazzjonali – Inklużjoni

      (Artikolu 45 TFUE)

    3. Moviment liberu tal-persuni – Ħaddiema – Ugwaljanza fit-trattament – Pensjoni ta’ xjuħija – Uffiċjali nazzjonali ssekondati fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni li għażlu s-sħubija fl-iskema nazzjonali u li temmew il-perijodu ta’ għaxar snin li jagħtihom id-dritt għal pensjoni tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-kumulu tal-pensjoni miksub taħt l-iskema ta’ pensjoni nazzjonali ma’ dik miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni – Inammissibbiltà

      (Artikolu 45 TFUE)

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 22, 26-28)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 24, 25)

    3.  L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, li għandha bħala effett li uffiċjal nazzjonali ssekondat fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni Ewropea li jagħżel li jibqa’ msieħeb fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali matul il-perijodu tal-issekondar tiegħu jitlef il-benefiċċji kollha jew parti minnhom li jikkorrispondu għas-sħubija tiegħu f’din l-iskema tal-aħħar jekk ikun għamel perijodu ta’ għaxar snin fis-servizz tal-Unjoni li jagħtih id-dritt għal pensjoni taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni.

      Għalhekk, fl-eventwalità li uffiċjal jiġi ssekondat fi ħdan istituzzjoni jew korp tal-Unjoni jibqa’ msieħeb fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali tiegħu għat-tul tal-issekondar tiegħu, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tissuġġetta l-pensjoni li tirriżulta minn din l-isħubija għal regola ta’ ammont massimu u għal regola ta’ livellament. Skont dawn ir-regoli, l-ammont tal-pensjoni li jirċievi l-uffiċjal taħt l-iskema ta’ pensjoni nazzjonali jista’ jintegra l-pensjoni miksuba taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni biss fil-limitu tal-pensjoni nazzjonali li kieku kien jinkiseb fl-assenza tal-issekondar u l-pensjoni nazzjonali titnaqqas sal-pensjoni dovuta taħt l-iskema tal-Unjoni b’tali mod li l-ammont kumulattiv taż-żewġ pensjonijiet ma jaqbiżx il-limitu massimu hekk iffissat.

      F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-uffiċjal li jibqa’ msieħeb fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali jħallas kontribuzzjonijiet li ma jitħallsux lura.Dawn ir-regoli ta’ limitu massimu u ta’ livellament għalhekk jistgħu jxekklu jew jirrendu inqas attraenti l-eżerċizzju, minn uffiċjal, tal-libertà tiegħu ggarantita mill-Artikolu 45 TFUE.

      In-natura fakultattiva taż-żamma ta’ sħubija għall-iskema ta’ pensjoni nazzjonali ma tbiddel xejn mill-fatt li r-regoli ta’ limitu massimu u ta’ livellament li japplikaw f’każ ta’ eżerċizzju ta’ din il-possibbiltà għandhom bħala effett li l-uffiċjal juża l-imsemmija possibbiltà li jħallas kontribuzzjonijiet li ma jitħallsux lura jekk ikun għamel il-perijodu ta’ għaxar snin fis-servizz tal-Unjoni li jagħtih id-dritt għal pensjoni taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni. Madankollu, meta skema ta’ pensjoni nazzjonali tippermetti lill-uffiċjali ssekondati li jibqgħu mseħbin, din il-possibbiltà għandha tiġi mfassla b’tali mod li ma jkollhiex dan l-effett, billi tikkostitwixxi ostakolu għall-moviment liberu tal-ħaddiema.

      Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tisfavorixxi uffiċjal issekondat imsieħeb kemm fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni u kif ukoll fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali meta mqabbel ma’ uffiċjal li jibqa’ fl-Istat Membru ta’ oriġini li jkun imsieħeb biss f’din tal-aħħar skema peress li l-ewwel wieħed biss ikun suġġett, billi jkunu kkontribwixxa għaż-żewġ skemi, telf tal-benefiċċji kollha jew parti minnhom li jikkorrispondu għas-sħubija tiegħu fl-iskema ta’ pensjoni nazzjonali, jekk jikseb drittijiet għal pensjoni taħt l-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni.

      (ara l-punti 29, 30, 32, 34, 38 u dispożittiv)

    Začiatok