EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0567

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016.
Genentech Inc. vs Hoechst GmbH u Sanofi-Aventis Deutschland GmbH.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – L-Artikolu 101 TFUE – Ftehim ta’ liċenzja mhux esklużiva – Privattiva – Assenza ta’ vjolazzjoni – Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa.
Kawża C-567/14.

Court reports – general

Kawża C-567/14

Genentech Inc.

vs

Hoechst GmbH u Sanofi-Aventis Deutschland GmbH

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-cour d’appel de Paris)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — L-Artikolu 101 TFUE — Ftehim ta’ liċenzja mhux esklużiva — Privattiva — Assenza ta’ vjolazzjoni — Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-7 ta’ Lulju 2016

  1. Domandi preliminari – Talba mressqa lill-Qorti tal-Ġustizzja – Konformità tad-deċiżjoni tar-rinviju mar-regoli ta’ organizzazzjoni u tal-proċedura ġudizzjarja tad-dritt nazzjonali – Verifika li ma taqax fuq il-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Kompetenzi tal-qorti nazzjonali – Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima – Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-domandi mqajma – Evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali

    (Artikolu 267 TFUE)

  3. Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Eżami tal-fatti kkonstatati minn arbitru fil-kuntest ta’ proċedura arbitrali kif ukoll tal-interpretazzjoni ta’ ftehim ta’ liċenzja minnu – Inammissibbiltà

    (Artikolu 267 TFUE)

  4. Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Ftehim ta’ liċenzja ta’ privattiva – Obbligu ta’ ħlas ta’ tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva f’każ ta’ annulllament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattiva – Dritt li wieħed jirrevoka liberament dan il-ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli – Ammissibbiltà – Assenza ta’ effett ħażin fuq il-kompetizzjoni

    (Artikolu 101(1) TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 22, 23)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punt 26)

  3.  Ma jaqax fuq il-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-proċedura preliminari li terġa’ tara l-fatti kkonstatati minn arbitru uniku, fil-kuntest ta’ proċedura arbitrali, lanqas l-interpretazzjoni ta’ ftehim ta’ liċenzja li dan wettaq fid-dawl tad-dritt nazzjonali applikabbli.

    (ara l-punt 38)

  4.  L-Artikolu 101 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li, skont ftehim ta’ liċenzja, tkun imposta fuq il-persuna liċenzjata li tħallas tariffa għall-użu ta’ teknoloġija bi privattiva matul il-perijodu kollu tal-perijodu effettiv ta’ dan il-ftehim, f’każ ta’ annullament jew ta’ nuqqas ta’ vjolazzjoni tal-privattiva taħt liċenzja, peress li l-persuna liċenzjata setgħet liberament tirrevoka l-imsemmi ftehim permezz ta’ avviż raġonevoli.

    Fil-fatt, jekk, matul il-perijodu effettiv ta’ ftehim ta’ liċenzja, il-ħlas tat-tariffa jibqa’ dovut inkluż wara l-iskadenza tad-drittijiet għall-proprjetà industrijali, dan japplika wkoll, a fortiori,qabel l-iskadenza ta’ dawn id-drittijiet. Il-fatt li l-qrati tal-Istat ta’ ħruġ ta’ privattivi ġġudikaw, wara r-revoka tal-ftehim tal-liċenzja, li l-użu mir-rikorrenti mit-teknoloġija konċessa ma kinitx tikser id-drittijiet maħruġa minn dawn il-privattivi huwa mingħajr effett fuq kemm hija dovuta t-tariffa għall-perijodu qabel din ir-revoka. Peress li l-persuna liċenzjata tibqa’ libera li tirrevoka l-imsemmi ftehim f’kull mument, l-imsemmi obbligu ma jikkostitwixxix restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.

    (ara l-punti 41-43 u dispożittiv)

Top