Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0450

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2016.
    Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato vs Italsempione - Spedizioni Internazionali SpA.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 23(2)(a) – Interpretazzjoni fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa – Kriterji – Linji gwida għall-kalkolu tal-multi – Prattika nazzjonali – Aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti – Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali – Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni.
    Kawża C-450/15.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa ’ Awla) tat-28 ta ’ Ġunju 2016 –

    Italsempione – Spedizioni Internazionali

    (Kawża C‑450/15) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikolu 23(2)(a) — Interpretazzjoni fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità — Determinazzjoni tal-ammont tal-multa — Kriterji — Linji gwida għall-kalkolu tal-multi — Prattika nazzjonali — Aġġustament tal-ammont bażiku tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni ta’ ċirkustanzi aggravanti jew attenwanti — Applikazzjoni tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ totali — Assenza ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni”

    Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom — Inklużjoni — Kundizzjoni — Neċessità tal-qorti nazzjonali li tindika l-eżistenza ta’ tali rinviju — Assenza ta’ tali indikazzjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja [il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2), Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 5 u 23(2)] (ara l-punti 15-24)

    Dispożittiv

    Il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex manifestament ġurisdizzjoni sabiex tagħti risposta għat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (kunsill tal-Istat, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tas-16 ta’ Ġunju 2015.


    ( 1 ) ĠU C 381, 16.11.2015.

    Top