EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CJ0270

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016.
Ir-Renju tal-Belġju vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell – Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani għall-finanzjament ta’ testijiet ta’ screening għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli tal-annimali tal-ifrat – Vantaġġ selettiv – Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern.
Kawża C-270/15 P.

Court reports – general

Kawża C‑270/15 P

Ir-Renju tal-Belġju

vs

Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani għall-finanzjament ta’ testijiet ta’ screening għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli tal-annimali tal-ifrat — Vantaġġ selettiv — Deċiżjoni li tiddikjara din l-għajnuna parzjalment inkompatibbli mas-suq intern”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2016

  1. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Intervent mill-Istat li jtaffi l-ispejjeż li normalment huma ta’ piż għall-baġit ta’ impriża – Spejjeż li jirriżultaw mill-osservanza tal-leġiżlazzjoni nazzjonali – Inklużjoni – Spejjeż relatati mal-eżerċizzju mill-Istat tal-prerogattivi tiegħu ta’ awtorità pubblika – Assenza ta’ effett – Intervent mill-Istat f’oqsma li ma kinux suġġetti għal armonizzazzjoni fl-Unjoni Ewropea – Assenza ta’ effett

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Għan ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika – Assenza ta’ effett fuq il-klassifika bħala għajnuna mill-Istat

    (Artikolu 107(1), TFUE)

  3. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Distinzjoni bejn ir-rekwiżit ta’ selettività u l-identifikazzjoni konkomitanti ta’ vantaġġ ekonomiku kif ukoll bejn skema ta’ għajnuna u għajnuna individwali

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Natura selettiva tal-miżura – Differenzazzjoni bejn impriżi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u ġuridika komparabbli – Komparabbiltà tas-sitwazzjoni ta’ settur suġġett għal eżami ta’ screening ma’ dik tal-impriżi kollha suġġetti għal kontrolli obbligatorji – Kundizzjonijiet

    (Artikolu 107(1) TFUE)

  1.  Sabiex jiġi evalwat il-kunċett ta’ spejjeż li normalment huma imposti fuq il-baġit ta’ impriża u, għaldaqstant, in-natura selettiva ta’ miżura sabiex din tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat, l-ispejjeż supplimentari li l-impriżi għandhom ibatu minħabba obbligi ta’ oriġini legali, regolamentari jew kuntrattwali li japplikaw għal attività ekonomika, jikkostitwixxu, min-natura tagħhom, tali spejjeż. Il-fatt li tali obbligi joriġinaw mill-awtoritajiet pubbliċi ma jistax għalhekk, waħdu, jaffettwa l-evalwazzjoni tan-natura ta’ interventi oħra ta’ dawn l-istess awtoritajiet, sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn jiffavorixxux impriżi lil hinn mill-kundizzjonijiet normali tas-suq.

    Ma jaffettwawx il-klassifikazzjoni tal-ispejjeż li għandhom normalment ikunu sostnuti mill-impriżi, iċ-ċirkustanzi li dawn l-ispejjeż joriġinaw mill-intervent tal-awtoritajiet pubbliċi fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tagħhom ta’ awtorità pubblika jew li l-Istati Membri huma liberi li jassumu dawn l-ispejjeż fl-assenza ta’ armonizzazzjoni fil-qasam ikkonċernat.

    Barra minn hekk, u fi kwalunkwe każ, il-fatt li ma saret ebda armonizzazzjoni fir-rigward tal-finanzjament tal-miżuri inkwistjoni ma jaffettwax il-klassifikazzjoni ta’ vantaġġ ekonomiku li tali finanzjament jista’ jikkostitwixxi. Fil-fatt, anki fl-oqsma fejn l-Istati Membri huma kompetenti, dawn għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni u partikolarment ir-rekwiżiti li joħorġu mill-Artikoli 107 u 108 TFUE.

    (ara l-punti 35, 36, 38, 39)

  2.  L-għan ta’ saħħa pubblika mfittex mill-obbligu impost fuq l-impriżi ta’ settur partikolari sabiex jagħmlu testijiet ta’ screening għal marda ma huwiex suffiċjenti għall-esklużjoni tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat tal-finanzjament mill-Istat ta’ dawn it-testijiet. Fil-fatt, l-Artikolu 107(1) TFUE ma jiddistingwix skont il-kawżi jew l-għanijiet tal-interventi mill-Istat, iżda jiddefinixxihom skont l-effetti tagħhom.

    (ara l-punt 40)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 48, 49)

  4.  Sabiex tiġi evalwata n-natura selettiva ta’ miżura għall-finijiet tal-klassifikazzjoni tagħha bħala għajnuna mill-Istat, hija l-Kummissjoni li għandha tidentifika jekk din il-miżura, minkejja l-konstatazzjoni li din tagħti vantaġġ ta’ portata ġenerali, tagħmilx dan biss għall-benefiċċju ta’ ċerti imrpiżi jew ta’ ċerti setturi ta’ attivitajiet. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali ma twettaqx żball ta’ liġi meta tqis li l-Kummissjoni kienet korretta meta qieset li l-finanzjament, minn Stat Membru, ta’ testijiet ta’ screening operati għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika huwa selettiv fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, meta s-sitwazzjoni tal-operaturi tas-settur tal-annimali tal-ifrat prevista minn dan il-finanzjament tkun ġiet impliċitament iżda neċessarjament imqabbla ma’ dik tal-impriżi kollha li, bħalhom, huma suġġetti għal kontrolli li huma għandhom iwettqu b’mod obbligatorju qabel ma jqiegħdu fis-suq jew jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom.

    Il-fatt li t-testijiet intiżi sabiex jikkontrollaw il-kwalità tal-prodotti, anki tal-ikel, ivarjaw minn settur għall-ieħor, fin-natura tagħhom, l-għan tagħhom, l-ispiża u l-perijodiċità tagħhom jista’ possibbilment jaffettwa l-paragunabbiltà ta’ dawn id-diversi setturi huwa irrilevanti fil-kuntest tal-klassifikazzjoni bħala għajnuna mill-Istat, li ma hijiex marbuta mat-testijiet infushom, iżda mal-finanzjament tagħhom minn riżorsi tal-Istat li għandu l-effett li jnaqqas l-ispejjeż imposti fuq il-benefiċjarji tiegħu. Tali kwistjoni għandha titqajjem permezz ta’ motiv distint quddiem il-Qorti Ġenerali.

    (ara l-punti 50, 53-55)

Top