Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CO0281

    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016.
    Soha Sahyouni vs Raja Mamisch.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kamp ta’ applikazzjoni - Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
    Kawża C-281/15.

    Court reports – general

    Kawża C‑281/15

    Soha Sahyouni

    vs

    Raja Mamisch

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1259/2010 — Kamp ta’ applikazzjoni — Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”

    Sommarju – Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016

    Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u inkundizzjonat għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom – Inklużjoni – Kundizzjoni –Neċessità għall-qorti nazzjonali li tindika l-eżistenza ta’ dan ir-rinviju – Assenza ta’ tali indikazzjoni – Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja

    (Artikolu 267 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 53(2); Regolamenti tal-Kunsill Nru 2201/2003 u Nru 1259/2010)

    Ir-Regolament Nru 1259/2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali, tiddetermina biss li r-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet applikabbli fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, iżda ma tirregolax ir-rikonoxximent, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ divorzju li diġà ġiet mogħtija. Min-naħa l-oħra, huwa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, li jiddeċiedi, b’mod partikolari, ir-regoli fil-qasam ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-qasam matrimonjali. Madankollu, ma huwiex applikabbli għal tali deċiżjonijiet mogħtija fi Stat terz. Għaldaqstant, ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju mogħtija fi Stat terz ma taqax taħt id-dritt tal-Unjoni.

    F’sitwazzjoni fejn la d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1259/2010, invokati mill-qorti nazzjonali, u lanqas dawk tar-Regolament Nru 2201/2003, u lanqas ebda att legali tal-Unjoni ieħor ma huma applikabbli għall-kawża prinċipali, interpretazzjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni hija ġġustifikata meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u mhux kundizzjonali, bil-għan li jiġi żgurat trattament identiku għal dawn is-sitwazzjonijiet u għal dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja, hija imsejħa li tivverifika jekk jeżistux biżżejjed indikazzjonijiet preċiżi sabiex tkun tista’ tistabbilixxi dan ir-riferiment għad-dritt tal-Unjoni.

    Madankollu, ma huwiex kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja, li tieħu l-inizjattiva li tipprovdi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni jekk ma jirriżultax mid-deċiżjoni preliminari li l-qorti nazzjonali tipprova effettivament tali applikabbiltà. Dan ma huwiex il-każ meta l-qorti nazzjonali tinserixxi lilha nnifisha fl-ipoteżi tal-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1259/2010 għall-fatti fil-kawża prinċipali mingħajr ma tipprovdi xi indikazzjoni oħra sabiex tiġi stabbilita l-applikabbiltà tar Regolament Nru 1259/2010 jew ta’ dipożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni għall-imsemmija fatti.

    (ara l-punti 19, 20, 22, 23, 27, 28, 30, 31)

    Top