Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0352

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015.
Juan Miguel Iglesias Gutiérrez u Elisabet Rion Bea vs Bankia SA et.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE – Kriżi finanzjarja – Għajnuna għas-settur finanzjarju – Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea – Entità finanzjarja suġġetta għal proċess ta’ ristrutturazzjoni – Tkeċċija ta’ ħaddiem – Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ammont ta’ kumpens għal tkeċċija.
Kawżi magħquda C-352/14 u C-353/14.

Court reports – general

Kawżi magħquda C‑352/14 u C‑353/14

Juan Miguel Iglesias Gutiérrez

u

Elisabet Rion Bea

vs

Bankia SA et

(talbiet għal deċiżjoni preliminari mressqin mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE — Kriżi finanzjarja — Għajnuna għas-settur finanzjarju — Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern — Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea — Entità finanzjarja suġġetta għal proċess ta’ ristrutturazzjoni — Tkeċċija ta’ ħaddiem — Leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-ammont ta’ kumpens għal tkeċċija”

Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015

  1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Eżami tal-kompatibbiltà tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni — Esklużjoni — Għoti lill-qorti tar-rinviju tal-elementi kollha għall-interpretazzjoni taħt id-dritt tal-Unjoni — Inklużjoni

    (Artikolu 267 TFUE)

  2. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kompetenzi rispettivi tal-Kummissjoni u tal-Qrati nazzjonali — Rwol tal-qrati nazzjonali — Salvagwardja tad-drittijiet tal-partijiet fil-kawża fil-każ ta’ implementazzjoni tal-proġett ta’ għajnuna qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni — Obbligu tal-qrati nazzjonali li jiddeduċu l-konsegwenzi kollha ta’ dan il-ksur skont id-dritt nazzjonali

    (Artikolu 108(3) TFUE; Regolament Nru 659/1999, Artikolu 7(3))

  3. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-osservanza tal-impenji inklużi fl-awtorizzazzjoni

    (Artikolu 108(1) u (3) TFUE; Regolament Nru 659/1999, Artikolu 7(3))

  4. Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-kompatibbiltà ta’ miżura nazzjonali mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-osservanza ta’ dawn il-kundizzjonijiet — Kumpens pagabbli lil ħaddiem fil-każ ta’ tkeċċija kollettiva li taqa’ taħt din id-deċiżjoni, ogħla mill-minimu legali — Ammissibbiltà

    (Artikolu 108(3) TFUE; Regolament Nru 659/1999, Artikoli 7(3) u 25)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 21, 22)

  2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 25, 26)

  3.  Meta l-Kummissjoni, fit-tmiem tal-analiżi tagħha ta’ skema ta’ għajnuna mill-Istat imwettqa skont l-Artikolu 108(1) u (3) TFUE, tadotta deċiżjoni pożittiva fis-sens tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 659/1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE], ikun jidher għalhekk li l-għan li l-proġetti ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq intern biss jiġu implementati jkun ġie protett u li l-għajnuna inkwistjoni tkun tista’ tiġi implementata.

    Madankollu, din l-awtorizzazzjoni ta’ implementazzjoni tgħodd biss meta l-fatti kollha li l-Kummissjoni tkun ħadet inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-imsemmija miżura jiġu osservati. B’mod partikolari, fil-każ meta l-miżura nnotifikata tkun tinkludi, fuq proposta tal-Istat Membru kkonċernat, impenji aċċettati minnu, hemm lok li jiġi kkunsidrat li dawn l-impenji jagħmlu wkoll parti integrali mill-miżura awtorizzata. Huwa l-Istat Membru destinatarju tad-deċiżjoni li għandu jivverifika li huwa jkun jista’ josserva l-impenji inklużi fl-awtorizzazzjoni. F’dan ir-rigward, huwa għandu, b’mod partikolari, jiżgura ruħu li dawn l-impenji huma skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu u li jevalwa, skont il-każ, jekk hemmx bżonn li jsir, skont il-proċeduri kostituzzjonali tiegħu, proċess ta’ adattazzjoni tagħha.

    (ara l-punti 25, 27‑29)

  4.  Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru għar-ristrutturazzjoni u r-rikapitalizzazzjoni ta’ grupp finanzjarju kif ukoll l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni, ma jipprekludux l-applikazzjoni, fil-kuntest ta’ kawża dwar tkeċċija kollettiva li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi f’ammont ogħla mill-minimu legali l-ammont tal-kumpens pagabbli lil ħaddiem meta t-tkeċċija tiegħu titqies abbużiva, peress li, minn naħa, l-impenji mogħtija f’dan ir-rigward mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jiġu eżegwiti fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u, min-naħa l-oħra, l-eżekuzzjoni tagħhom iġġib magħha marġni ta’ flessibbiltà.

    (ara l-punti 31, 34 u d-dispożittiv)

Top