Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0167

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika.
    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Trattament tal-ilma urban mormi – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu – Nuqqas ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 260(2) TFUE – Sanzjonijiet pekunjarji – Ħlas ta’ somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità.
    Kawża C-167/14.

    Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba ’ Awla) tal-15 ta ’ Ottubru 2015 –

    Il-Kummissjoni vs Il-Greċja

    (Kawża C‑167/14) ( 1 )

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li jistabbilixxi nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Ħlas ta’ somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità”

    1. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Terminu ta’ eżekuzzjoni — Data ta’ riferiment għall-evalwazzjoni tal-eżistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 29, 30)

    2. 

    Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament intern — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 35)

    3. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Kundanna għall-ħlas — Kundizzjoni — Persistenza tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu sal-għoti tas-sentenza (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 47-50)

    4. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-forma u tal-ammont — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji (Artikoli 258 TFUE u 260(2) TFUE) (ara l-punti 51-60)

    5. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Determinazzjoni tal-ammont — Pagamenti ta’ penalità digressivi (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 61-66)

    6. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa — Kumulu ta’ żewġ sanzjonijiet — Ammissibbiltà (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punt 72)

    7. 

    Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Nuqqas tat-twettiq tal-obbligu li tiġi eżegwita s-sentenza — Sanzjonijiet pekunjarji — Impożizzjoni ta’ somma f’daqqa — Setgħa diskrezzjonali tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Artikolu 260(2) TFUE) (ara l-punti 73-78)

    Dispożittiv

    1) 

    Peress li ma ħaditx il-miżuri kollha neċessarji għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C 440/06, EU:C:2007:642), ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 260(1) TFUE.

    2) 

    Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu ikkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza, ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata li tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 3640000 għal kull semestru ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑440/06, EU:C:2007:642), mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni kompleta tas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C-440/06, EU:C:2007:642), li l-ammont effettiv tagħha għandu jiġi kkalkolat fi tmiem kull perijodu ta’ sitt xhur billi jitnaqqas l-ammont totali dwar kull wieħed minn dawn il-perijodi għal perċentwali li jikkorrispondi għall-proporzjon li jirrappreżenta n-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li s-sistemi ta’ ġbir u ta’ trattament tal-ilma urban mormi tagħhom kienu reżi konformi mas-sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (C‑440/06, EU:C:2007:642), fl-aħħar tal-perijodu kkunsidrat, meta mqabbel man-numru ta’ ekwivalenti ta’ abitanti ta’ agglomerazzjonijiet li ma għandhomx sistemi bħal dawn fil-jum tal-għoti ta’ din is-sentenza.

    3) 

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 10 miljun.

    4) 

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    ( 1 )   ĠU C 261, 11.8.2014.

    Top