Choisissez les fonctionnalités expérimentales que vous souhaitez essayer

Ce document est extrait du site web EUR-Lex

Document 62014CJ0432

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015.
    O vs Bio Philippe Auguste SARL.
    Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Direttiva 2000/78/KE – Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikolu 2(1) u (2)(a) – Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età – Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet – Ħlas ta’ kumpens fi tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat intiż sabiex jikkumpensa l-prekarjetà – Esklużjoni taż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom.
    Kawża C-432/14.

    Recueil – Recueil général

    Kawża C‑432/14

    O

    vs

    Bio Philippe Auguste SARL

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-conseil de prud’hommes de Paris)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Direttiva 2000/78/KE — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Artikolu 2(1) u (2)(a) — Differenza fit-trattament bbażata fuq l-età — Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet — Ħlas ta’ kumpens fi tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat intiż sabiex jikkumpensa l-prekarjetà — Esklużjoni taż-żgħażagħ li jaħdmu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-1 ta’ Ottubru 2015

    1. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Ġurisdizzjoni tal-qorti nazzjonali — Stabbiliment u evalwazzjoni tal-fatti tat-tilwima — Neċessità ta’ domanda preliminari u rilevanza tad-kwistjonijiet imqajma

      (Artikolu 267 TFUE)

    2. Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament neqsin mir-rilevanza, domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli u domandi mingħajr relazzjoni mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Assenza — Ammissibbiltà

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Moviment liberu tal-persuni — Ħaddiema — Kunċett — Eżistenza ta’ relazzjoni ta’ xogħol — Eżerċizzju ta’ attivitajiet veri u effettivi — Evalwazzjoni globali tar-relazzjoni ta’ xogħol inkwistjoni

      (Artikolu 45 TFUE)

    4. Politika soċjali — Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol — Direttiva 2000/78 — Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-ħlas kumpens ta’ tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat iż-żgħażagħ li għandhom kuntratt konkluż għal perijodu inkluż fil-vaganzi skolastiċi jew universitarji tagħhom — Ammissibbiltà

      (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 21; Direttiva tal-Kunsill 2000/78, Artikolu 2(1))

    1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punt 17)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 18-20)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 24-27)

    4.  Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età, stabbilit fl-Artikolu 21 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u kkonkretizzat mid-Direttiva 2000/78, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha kumpens ta’ tmiem il-kuntratt, imħallas bħala suppliment għas-salarju fi tmiem il-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat meta r-relazzjonijiet kuntrattwali ta’ xogħol ma jitkomplewx permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat, ma huwiex dovut fil-każ fejn il-kuntratt jiġi konkluż ma’ żagħżugħ għal perijodu inkluż fil-vaganzi skolastiċi jew universitarji tiegħu.

      F’dan il-każ, il-kumpens ta’ tmiem il-kuntratt huwa intiż sabiex jikkumpensa l-prekarjetà tas-sitwazzjoni tal-impjegat meta r-relazzjoni kuntrattwali ma titkompliex permezz ta’ kuntratt għal żmien indeterminat u żgħażagħ li jkunu kkonkludew kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat għal perijodu matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji huma espliċitament esklużi mill-benefiċċju ta’ dan il-kumpens.

      B’hekk, il-leġiżlatur nazzjonali, impliċitament iżda neċessarjament, ikkunsidra li dawn iż-żgħażagħ ma humiex, fi tmiem il-kuntratt tagħhom, f’sitwazzjoni ta’ prekarjetà professjonali.

      Fil-fatt, impjieg eżerċitat abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat minn student matul il-vaganzi skolastiċi jew universitarji tiegħu huwa kkaratterizzat min-natura tiegħu fl-istess ħin temporanja u aċċessorja, peress li dan l-istudent għandu l-intenzjoni li jkompli bl-istudji tiegħu fi tmiem il-vaganzi tiegħu.

      Minn dan isegwi li, peress li s-sitwazzjoni ta’ dan iż-żgħażagħ ma hijiex paragunabbli ma’ dik ta’ kategoriji oħra ta’ ħaddiema eliġibbli għall-kumpens ta’ tmiem il-kuntratt, il-leġiżlatur nazzjonali bl-ebda mod ma mar lil hinn mil-limiti tal-marġni ta’ diskrezzjoni li għandu fil-qasam tal-politika soċjali. Konsegwentement, id-differenza fit-trattament bejn dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema ma tistax tikkostitwixxi diskriminazzjoni bbażata fuq l-età.

      (ara l-punti 34-37, 39, 40 u d-dispożittiv)

    Haut