Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014CJ0272

    Baby Dan

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba ’ Awla) tal-11 ta ’ Ġunju 2015 — Baby Dan

    (Kawża C‑272/14) ( 1 )

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni Doganali u Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura magħquda — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestaturi 7318 u 8302 — Oġġett speċjalment żviluppat għat-twaħħil ta’ barrieri ta’ sigurtà intiżi għall-protezzjoni tat-tfal”

    Unjoni Doganali — Tariffa Doganali Komuni — Intestaturi tariffarji — Oġġett li jippermetti t-twaħħil mal-ħajt jew ma’ xambrella ta’ barrieri li jitneħħew għat-tfal — Klassifikazzjoni fl-intestatura 7318 tan-Nomenklatura Magħquda (Regolament tal-Kunsill Nru 2658/87, Anness I) (ara l-punti 30, 34, 35, 40 u d-dispożittiv)

    Dispożittiv

    In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007, u mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li oġġett, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jippermetti li jitwaħħlu mal-ħajt jew ma’ xambrelli barrieri ta’ sigurtà li jistgħu jitneħħew għat-tfal, għandu jiġi kklassifikat fl-intestatura 7318 tan-Nomenklatura Magħquda.


    ( 1 )   ĠU C 253, 4.8.2014.

    Top