Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62013CJ0352

    CDC Hydrogen Peroxide

    Kawża C‑352/13

    Cartel Damage Claims (CDC) Hydrogen Peroxide SA

    vs

    Akzo Nobel NV et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Dortmund)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 6(1) — Rikors ippreżentat kontra diversi konvenuti ddomiċiljati fi Stati Membri differenti u li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, għall-finijiet tal-ksib tal-kundanna in solidum tagħhom għall-ħlas ta’ danni u l-produzzjoni ta’ informazzjoni — Ġurisdizzjoni tal-qorti adita fir-rigward tal-kokonvenuti — Rinunzja għall-atti fir-rigward tal-konvenut iddomiċiljat fl-Istat Membru tal-qorti adita — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi delitt — Artikolu 5(3) — Klawżoli li jattribwixxu ġurisdizzjoni — Artikolu 23 — Implementazzjoni effikaċi tal-projbizzjoni tal-akkordji”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Numru ta’ konvenuti — Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ wieħed mill-kokonvenuti — Interpretazzjoni stretta — Kundizzjoni — Rabta ta’ konnessjoni — Kunċett ta’ konnessjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Numru ta’ konvenuti — Azzjoni kontra diversi impriżi li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u intiża għall-kundanna in solidum tagħhom għal danni u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni — Rinunzja għall-atti fir-rigward tal-uniku konvenut iddomiċiljat fl-Istat Membru tal-qorti adita — Assenza ta’ effett — Kundizzjoni — Assenza ta’ kollużjoni tal-partijiet

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Rabta tal-materjalizzazzjoni tad-dannu u l-post fejn seħħ l-avveniment kawżali — Azzjoni kontra diversi impriżi li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u intiża għall-kundanna in solidum tagħhom għal danni u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni — Fatt dannuż li seħħ fir-rigward ta’ kull allegata vittma meħuda individwalment — Vittma li għandha l-għażla tal-qorti li għandha tadixxi

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))

    4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt ta’ kunsinna — Applikabbiltà ta’ din il-klawżola għall-partijiet terzi — Kundizzjoni — Kunsens tal-parti terza fir-rigward tal-imsemmija klawżola — Limitu — Suċċessjoni universali tal-parti terza lill-kokontraenti inizjali fid-drittijiet u l-obbligi kollha tagħha

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 23)

    5. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Estensjoni tal-ġurisdizzjoni — Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt ta’ kunsinna — Azzjoni kontra diversi impriżi li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u intiża għall-kundanna in solidum tagħhom għal danni u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni — Qorti adita marbuta minn tali klawżola li tidderoga minn ġurisdizzjoni speċjali — Kundizzjoni — Klawżola li tagħmel riferiment għall-kwistjonijiet relatati mal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikoli 5(3), 6(1), u 23(1))

    1.  Għall-applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi vverifikat jekk bejn id-diversi talbiet, ippreżentati mill-istess rikorrent kontra diversi konvenuti, teżistix rabta ta’ konnessjoni bħal interess sabiex dawn jiġu deċiżi flimkien sabiex jiġu evitati ġudizzji li jistgħu jkunu irrikonċiljabbli jekk il-kawżi jiġu deċiżi separatament. F’dan ir-rigward, sabiex ġudizzji jkunu jistgħu jitqiesu bħala irrikonċiljabbli, ma huwiex biżżejjed li tkun teżisti differenza fil-mod ta’ kif tiġi konkluża l-kawża, iżda huwa meħtieġ ukoll li din id-differenza tkun irriżultat mill-istess sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ dritt.

      Din l-aħħar kundizzjoni ta’ eżistenza tal-istess sitwazzjoni ta’ fatt u ta’ dritt tkun issodisfatta meta l-konvenuti fil-kawża prinċipali jkunu pparteċipaw fl-implementazzjoni ta’ akkordju meqjus mill-Kummissjoni bħala li jikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, billi kkonkludew u eżegwixxew kuntratti skont dan l-akkordju u dan minkejja l-fatt li din il-parteċipazzjoni seħħet b’mod kuntrastanti, kemm mill-perspettiva ġeografika kif ukoll temporali.

      (ara l-punti 20, 21)

    2.  L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-regola ta’ konċentrazzjoni tal-ġurisdizzjoni fil-każ ta’ diversi konvenuti li din id-dispożizzjoni tistabbilixxi tista’ tapplika fir-rigward ta’ azzjoni intiża għall-kundanna in solidum għal danni u, fil-kuntest tagħha, għall-produzzjoni ta’ informazzjoni, ta’ impriżi li pparteċipaw b’mod differenti, fuq il-livell ġeografiku u temporali, fi ksur uniku u kontinwu tal-projbizzjoni tal-akkordji prevista bid-dritt tal-Unjoni kkonstatat minn deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, u dan anki meta r-rikorrent irrinunzja għall-atti fir-rigward tal-uniku fost il-kokonvenuti li huwa ddomiċiljat fl-Istat Membru tas-sede tal-qorti adita, sakemm ma tiġix stabbilita l-eżistenza ta’ kollużjoni bejn ir-rikorrent u l-imsemmi kokonvenut bl-għan li jinħolqu jew jinżammu, b’mod artifiċjali, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni fid-data tat-tressiq ta’ din il-kawża.

      Fil-fatt, minn naħa, il-fatt li azzjonijiet għad-danni kontra diversi kumpanniji stabbiliti fi Stati Membri differenti li pparteċipaw f’akkordju uniku u kontinwu, bi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, jiġu deċiżi b’mod separat jista’ jwassal għal ġudizzji irrikonċiljabbli fis-sens tal-imsemmi Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001.

      Min-naħa l-oħra, minkejja li hija l-qorti adita li għandha tevalwa l-indizji probatorji li jistabbilixxu l-eżistenza ta’ kollużjoni tal-partijiet ikkonċernati bl-għan li joħolqu jew li jżommu, b’mod artifiċjali, il-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni fil-mument tat-tressiq tat-talba, is-sempliċi fatt li saru diskussjonijiet bl-għan ta’ ftehim bonarju eventwali ma huwiex ta’ natura li jistabbilixxi tali kollużjoni. Għall-kuntrarju, dan ikun il-każ jekk jirriżulta li tali tranżazzjoni ġiet effettivament konkluża, iżda din ġiet moħbija sabiex tinħoloq l-apparenza li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 44/2001 kienu ssodisfatti.

      (ara l-punti 25, 31-33 u d-dispożittiv 1)

    3.  L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta konvenuti stabbiliti fi Stati Membri differenti jiġu mfittxija għad-danni minħabba ksur uniku u kontinwu li għalih ipparteċipaw f’diversi Stati Membri f’dati u f’postijiet differenti, u dan il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jkun ġie kkonstatat mill-Kummissjoni Ewropea, il-fatt dannuż ikun seħħ fir-rigward ta’ kull allegata vittma meħuda individwalment, u kull waħda minnhom tista’, skont l-imsemmi Artikolu 5(3), tagħżel li tippreżenta l-azzjoni tagħha quddiem il-qorti tal‑post fejn l-akkordju kkonċernat ġie definittivament konkluż jew, jekk ikun il-każ, tal-post fejn ikun ittieħed arranġament speċifiku u identifikabbli bħala l-uniku avveniment kawżali tad-dannu allegat, jew quddiem il-qorti tal-post tas-sede rispettiva tagħha.

      (ara l-punt 56 u d-dispożittiv 2)

    4.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 64 u 65)

    5.  L-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti, fil-każ fejn id-danni jintalbu b’azzjoni ġudizzjarja minħabba ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-klawżoli li jattribwixxu ġurisdizzjoni li jinsabu f’kuntratti ta’ kunsinna, anki jekk tali teħid inkunsiderazzjoni jkollu l-effett li jidderoga mir-regoli tal-ġurisdizzjoni internazzjonali previsti fl-Artikoli 5(3), u/jew 6(1) tal-imsemmi regolament, bil-kundizzjoni li dawn il-klawżoli jkunu jikkonċernaw il-kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà sostnuta minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni.

      Fil-fatt, klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni tista’ biss tikkonċerna kwistjonijiet maħluqa jew li se jinħolqu fil-każ ta’ relazzjoni ġuridika partikolari, li tillimita l-portata ta’ ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni biss għall-kwistjonijiet li joriġinaw mir-relazzjoni ġuridika li fir-rigward tagħha ġiet miftiehma din il-klawżola. Dan ir-rekwiżit għandu l-għan li jevita li parti ma tiġix sorpriża bl-attribuzzjoni lil qorti partikolari tal-kwistjonijiet kollha li jinħolqu fir-relazzjonijiet li hija jkollha mal-kokontraent tagħha u li joriġinaw minn relazzjonijiet li ma humiex dik li fir-rigward tagħha ġiet miftiehma l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni. Fid-dawl ta’ dan l-għan, il-qorti tar-rinviju għandha b’mod partikolari tqis li klawżola li tirreferi b’mod astratt għall-kwistjonijiet li jqumu fir-relazzjonijiet kuntrattwali ma tkunx tkopri kwistjoni relatata mar-responsabbiltà delittwali li kokontraent ikun allegatament sostna minħabba l-aġir tiegħu b’mod konformi ma’ akkordju illeċitu. Fil-fatt, billi tali tilwima ma hijiex raġonevolment prevedibbli għall-impriża vittma fil-mument li hija tkun tat il-kunsens tagħha għall-imsemmija klawżola, peress li l-akkordju illeċitu li jinvolvi lill-kokontraent tagħha ma kienx magħruf f’dik id-data, ma tistax titqies bħala li toriġina mir-relazzjonijiet kuntrattwali.

      Għall-kuntrarju, fil-preżenza ta’ kawża li tagħmel referenza għall-kwistjonijiet relatati mar-responsabbiltà sostnuta minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni u li taħtar qorti ta’ Stat Membru li ma huwiex dak tal-qorti tar-rinviju, din għandha twaqqa’ l-ġurisdizzjoni tagħha, anki fejn din il-klawżola twassal sabiex ir-regoli tal-ġurisdizzjoni speċjali previsti fl-Artikoli 5 u/jew 6 tar-Regolament Nru 44/2001 jitwarrbu.

      (ara l-punti 68-72 u d-dispożittiv 3)

    Naar boven

    Kawża C‑352/13

    Cartel Damage Claims (CDC) Hydrogen Peroxide SA

    vs

    Akzo Nobel NV et

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Dortmund)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Ġurisdizzjoni speċjali — Artikolu 6(1) — Rikors ippreżentat kontra diversi konvenuti ddomiċiljati fi Stati Membri differenti u li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, għall-finijiet tal-ksib tal-kundanna in solidum tagħhom għall-ħlas ta’ danni u l-produzzjoni ta’ informazzjoni — Ġurisdizzjoni tal-qorti adita fir-rigward tal-kokonvenuti — Rinunzja għall-atti fir-rigward tal-konvenut iddomiċiljat fl-Istat Membru tal-qorti adita — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi delitt — Artikolu 5(3) — Klawżoli li jattribwixxu ġurisdizzjoni — Artikolu 23 — Implementazzjoni effikaċi tal-projbizzjoni tal-akkordji”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Numru ta’ konvenuti – Ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ wieħed mill-kokonvenuti – Interpretazzjoni stretta – Kundizzjoni – Rabta ta’ konnessjoni – Kunċett ta’ konnessjoni

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Numru ta’ konvenuti – Azzjoni kontra diversi impriżi li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u intiża għall-kundanna in solidum tagħhom għal danni u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni – Rinunzja għall-atti fir-rigward tal-uniku konvenut iddomiċiljat fl-Istat Membru tal-qorti adita – Assenza ta’ effett – Kundizzjoni – Assenza ta’ kollużjoni tal-partijiet

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 6(1))

    3. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Ġurisdizzjoni speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Rabta tal-materjalizzazzjoni tad-dannu u l-post fejn seħħ l-avveniment kawżali – Azzjoni kontra diversi impriżi li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u intiża għall-kundanna in solidum tagħhom għal danni u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni – Fatt dannuż li seħħ fir-rigward ta’ kull allegata vittma meħuda individwalment – Vittma li għandha l-għażla tal-qorti li għandha tadixxi

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))

    4. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt ta’ kunsinna – Applikabbiltà ta’ din il-klawżola għall-partijiet terzi – Kundizzjoni – Kunsens tal-parti terza fir-rigward tal-imsemmija klawżola – Limitu – Suċċessjoni universali tal-parti terza lill-kokontraenti inizjali fid-drittijiet u l-obbligi kollha tagħha

      (Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 23)

    5. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Ftehim li jattribwixxi ġurisdizzjoni – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni li tinsab f’kuntratt ta’ kunsinna – Azzjoni kontra diversi impriżi li pparteċipaw f’akkordju ddikjarat li jmur kontra d-dritt tal-Unjoni u intiża għall-kundanna in solidum tagħhom għal danni u għall-produzzjoni ta’ informazzjoni – Qorti adita marbuta minn tali klawżola li tidderoga minn ġurisdizzjoni speċjali – Kundizzjoni – Klawżola li tagħmel riferiment għall-kwistjonijiet relatati mal-ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni