Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0392

    Rabal Cañas

    Kawża C‑392/13

    Andrés Rabal Cañas

    vs

    Nexea Gestión Documental SA

    u

    Fondo de Garantía Salarial

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Kunċett ta’ ‘stabbiliment’ — Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015

    1. Proċedura ġudizzjarja — Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali — Possibbiltà, għall-partijiet jew għall-qorti tar-rinviju, li jippreżentaw osservazzjonijiet b’risposta għall-imsemmija konklużjonijiet — Assenza — Possibbiltà li titlob kjarifika lill-qorti tar-rinviju — Prerogattiva esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 101)

    2. Domandi preliminari — Kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti, domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli u domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali — Assenza — Ammissibbiltà

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ stabbiliment

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1))

    4. Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ tkeċċijiet kollettivi — Modalità ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tuża bħala unika unità ta’ referenza l-impriża u mhux l-istabbiliment u li jkollha bħala konsegwenza n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema għat-tkeċċijiet li għandhom jiġu kklassifikati bħala kollettivi — Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, subparagrafu 1(a) tal-Artikolu 1(1) u Artikoli 2 sa 4)

    5. Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ tkeċċijiet kollettivi — Terminazzjonijiet individwali ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat fid-data tal-iskadenza tal-kuntratt jew fid-data tat-twettiq tal-kompitu — Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu(a) tal-Artikolu 1(1) u Artikoli 2 sa 4)

    6. Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59 — Kamp ta’ applikazzjoni — Kunċett ta’ tkeċċijiet kollettivi — Tkeċċijiet kollettivi mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat — Kawża ta’ dawn it-tkeċċijiet li għandha tirriżulta mill-istess kuntest ta’ reklutaġġ kollettiv għall-istess żmien jew l-istess kompitu — Assenza

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu a) tal-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 2(a))

    1.  L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u r-Regoli tal-Proċedura ma jipprevedux il-possibbiltà, għall-partijiet jew għall-qorti tar-rinviju, li jippreżentaw osservazzjonijiet b’risposta għall-konklużjonijiet ippreżentati mill-Avukat Ġenerali. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 101 tar-Regoli tal-Proċedura, hija biss il-Qorti tal-Ġustizzja li tiddisponi mill-possibbiltà li titlob kjarifika lill-qorti tar-rinviju.

      (ara l-punt 32)

    2.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 36-38)

    3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

      (ara l-punti 42-51)

    4.  L-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar “redundancies kollettivi”, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tintroduċi, bħala unika unità ta’ referenza, l-impriża u mhux l-istabbiliment, meta l-applikazzjoni ta’ dan il-kriterju jkollha bħala konsegwenza li tostakola l-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni prevista fl-Artikoli 2 sa 4 ta’ din id-direttiva, filwaqt li, kieku ġie użat l-istabbiliment bħala unità ta’ riferiment, it-tkeċċijiet ikkonċernati kienu jridu jiġu kklassifikati bħala “tkeċċijiet kollettivi” fid-dawl tad-definizzjoni li tidher fl-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tal-imsemmija direttiva.

      Fil-fatt, is-sostituzzjoni tal-kunċett ta’ “stabbiliment” b’dak ta’ “impriża” jista’ jitqies li huwa favorevoli għall-ħaddiema biss bil-kundizzjoni li dan l-element ikun addizzjonali u ma jimplikax it-tneħħija jew it-tnaqqis tal-protezzjoni mogħtija lill-ħaddiema fil-każ fejn, meta jittieħed inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ stabbiliment, in-numru ta’ tkeċċijiet mitlub fl-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59 għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ “redundancies kollettivi” jintlaħaq. B’hekk, iktar speċifikament, leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ titqies li tkun konformi mal-ewwel subparagrafu (a)(i) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59 biss jekk tipprevedi l-applikazzjoni tal-obbligi ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni li jirriżultaw mill-Artikoli 2 sa 4 tagħha, mill-inqas, fil-każ ta’ tkeċċija ta’ 10 ħaddiema fl-istabbilimenti li jimpjegaw normalment iktar minn 20 u inqas minn 100 ħaddiem. Dan l-obbligu huwa indipendenti mir-rekwiżiti addizzjonali, li jirriżultaw mid-dritt nazzjonali, imposti fuq l-impriżi li jimpjegaw normalment inqas minn 100 ħaddiem.

      (ara l-punti 52-54, 57 u d-dispożittiv 1)

    5.  L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar “redundancies kollettivi”, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-fini li jiġi kkonstatat li “redundancies kollettivi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, seħħu, ma hemmx lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni t-terminazzjonijiet individwali ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat, fil-każ li dawn it-terminazzjonijiet iseħħu fid-data ta’ skadenza tal-kuntratt jew fid-data li fiha jkun twettaq dak il-kompitu.

      Fil-fatt, l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59 tat-terminazzjonijiet individwali ta’ kuntratti konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat tirriżulta b’mod ċar mit-test u mill-istruttura ta’ din id-direttiva. Dawn il-kuntratti jispiċċaw mhux b’inizjattiva tal-persuna li timpjega, imma bis-saħħa tal-klawżoli li jkollhom jew bis-saħħa tal-liġi applikabbli, fid-data tal-iskadenza tagħhom jew fid-data tat-twettiq tal-kompitu li għalih ikunu ġew konklużi. Għaldaqstant, ikun inutli li wieħed isegwi l-proċeduri previsti fl-Artikoli 2 sa 4 tad-Direttiva 98/59. B’mod partikolari, l-għan li jiġu evitati t-tkeċċijiet jew li jitnaqqas in-numru tagħhom u li jinstabu l-possibbiltajiet li jittaffu l-konsegwenzi ma jkun bl-ebda mod jista’ jintlaħaq f’dak li jirrigwarda t-tkeċċijiet li jirriżultaw minn dawn it-terminazzjonijiet ta’ kuntratti.

      (ara l-punti 62, 63, 67 u d-dispożittiv 2)

    6.  L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 98/59, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar “redundancies kollettivi”, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ tkeċċijiet kollettivi mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat, ma huwiex neċessarju li l-kawża ta’ dawn it-tkeċċijiet kollettivi tirriżulta mill-istess kuntest ta’ reklutaġġ kollettiv għall-istess żmien jew l-istess kompitu.

      Fil-fatt, il-kunċett ta’ “redundancies kollettivi”, kif jirriżulta mill-kliem introduttiv tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/59, huwa ddefinit għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ din id-direttiva meħuda kollha kemm hi, inklużi l-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 1(2)(a) tagħha. B’hekk, l-interpretazzjoni mitluba ta’ din l-aħħar dispożizzjoni tista’ tillimita wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 98/59. Issa, fl-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 98/59, il-leġiżlatur uża unikament kriterju kwalitattiv wieħed, jiġifieri dak li bih il-kawżi tat-tkeċċija għandhom ikunu “mhux relatati mal-ħaddiema individwali kkonċernati”. Huwa ma ppreveda l-ebda rekwiżit ieħor f’dak li jirrigwarda kemm it-tnissil tar-relazzjoni ta’ xogħol kif ukoll it-terminazzjoni ta’ din ir-relazzjoni. Billi llimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jippreġudikaw l-għan tal-imsemmija direttiva li huwa, hekk kif jirriżulta mill-premessa 2 ta’ din tal-aħħar, li jipproteġi lill-ħaddiema fil-każ ta’ tkeċċijiet kollettivi.

      (ara l-punti 69, 70, 72 u d-dispożittiv 3)

    Top

    Kawża C‑392/13

    Andrés Rabal Cañas

    vs

    Nexea Gestión Documental SA

    u

    Fondo de Garantía Salarial

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Tkeċċijiet kollettivi — Direttiva 98/59/KE — Kunċett ta’ ‘stabbiliment’ — Modalitajiet ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Mejju 2015

    1. Proċedura ġudizzjarja – Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali – Possibbiltà, għall-partijiet jew għall-qorti tar-rinviju, li jippreżentaw osservazzjonijiet b’risposta għall-imsemmija konklużjonijiet – Assenza – Possibbiltà li titlob kjarifika lill-qorti tar-rinviju – Prerogattiva esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja

      (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 101)

    2. Domandi preliminari – Kompetenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti, domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli u domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali – Assenza – Ammissibbiltà

      (Artikolu 267 TFUE)

    3. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ stabbiliment

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu (a) tal-Artikolu 1(1))

    4. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ tkeċċijiet kollettivi – Modalità ta’ kalkolu tan-numru ta’ ħaddiema mkeċċija – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tuża bħala unika unità ta’ referenza l-impriża u mhux l-istabbiliment u li jkollha bħala konsegwenza n-nuqqas ta’ applikazzjoni tal-proċedura ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-ħaddiema għat-tkeċċijiet li għandhom jiġu kklassifikati bħala kollettivi – Inammissibbiltà

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, subparagrafu 1(a) tal-Artikolu 1(1) u Artikoli 2 sa 4)

    5. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ tkeċċijiet kollettivi – Terminazzjonijiet individwali ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat fid-data tal-iskadenza tal-kuntratt jew fid-data tat-twettiq tal-kompitu – Esklużjoni

      (Direttiva tal-Kunsill 98/59, l-ewwel subparagrafu(a) tal-Artikolu 1(1) u Artikoli 2 sa 4)

    6. Politika soċjali – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tkeċċijiet kollettivi – Direttiva 98/59 – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ tkeċċijiet kollettivi – Tkeċċijiet kollettivi mwettqa fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ xogħol konklużi għal żmien jew għal kompitu ddeterminat – Kawża ta’ dawn it-tkeċċijiet li għandha tirriżulta mill-istess kuntest ta’ reklutaġġ kollettiv għall-istess żmien jew l-istess kompitu – Assenza