Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0441

    Hejduk

    Kawża C‑441/13

    Pez Hejduk

    vs

    EnergieAgentur.NRW GmbH

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(3) — Kompetenzi speċjali f’materja ta’ delitti jew kważi delitti — Drittijiet tal-awtur — Kontenut żmaterjalizzat — Tpoġġija fuq l-internet — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż — Kriterji”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu u post tal-avveniment kawżali

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament Nru 44/2001 – Kompetenzi speċjali – Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt – Ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati minħabba t-tpoġġija fuq sit tal-internet ta’ ritratti protetti – Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu – Portata

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))

    1.  Il-kliem “post fejn l-effett tal-ħsara jkun twettaq jew jista’ jitwettaq”, li jinsab fl-Artikolu 5(3), tar-Regolament Nru 44/2001, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, issemmi kemm il-post fejn jimmaterjalizza d-dannu kif ukoll il-post tal-avveniment kawżali li minnu joriġina d-dannu, b’tali mod li l-konvenut jista’ jiġi mħarrek, fuq it-talba tal-attur, quddiem il-qorti ta’ wieħed minn dawn iż-żewġ postijiet. Peress li l-identifikazzjoni ta’ wieħed minn dawn il-punti ta’ rabta għandha tippermetti li tiġi stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti li hija oġġettivament fl-aħjar pożizzjoni sabiex tevalwa jekk l-elementi li jikkostitwixxu r-responsabbiltà tal-persuna mħarrka humiex issodisfatti, isegwi li ma għandha tiġi adita validament l-ebda qorti ħlief dik li fil-ġurisdizzjoni tagħha tkun teżisti r-rabta rilevanti.

      (ara l-punti 18, 20)

    2.  L-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 44/2001, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ ksur allegat ta’ drittijiet tal-awtur jew ta’ drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur iggarantiti mill-Istat Membru tal-qorti adita, din tal-aħħar ikollha ġurisdizzjoni, abbażi tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu, li tieħu konjizzjoni ta’ kawża għad-danni għal ksur ta’ dawn id-drittijiet minħabba t-tpoġġija fuq l-internet ta’ ritratti protetti fuq sit tal-internet aċċessibbli fil-ġurisdizzjoni tagħha. Minħabba l-prinċipju ta’ territorjalità, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni biss sabiex tieħu konjizzjoni tad-dannu kkawżat fit-territorju tal-Istat Membru li hija tkun fih.

      Fil-fatt, il-materjalizzazzjoni tad-dannu u/jew ir-riskju ta’ din il-materjalizzazzjoni jirriżultaw mill-aċċessibbiltà, fl-Istat Membru li tinsab fih il-qorti adita, permezz tal-imsemmi sit, tar-ritratti li magħhom hemm marbuta d-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati. F’dan ir-rigward, huwa irrilevanti l-fatt li dan s-sit ma jkunx dirett lejn l-Istat Membru li tkun tinsab fih il-qorti adita.

      (ara l-punti 33, 34, 36, 38 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑441/13

    Pez Hejduk

    vs

    EnergieAgentur.NRW GmbH

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Handelsgericht Wien)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 5(3) — Kompetenzi speċjali f’materja ta’ delitti jew kważi delitti — Drittijiet tal-awtur — Kontenut żmaterjalizzat — Tpoġġija fuq l-internet — Determinazzjoni tal-post fejn seħħ il-fatt dannuż — Kriterji”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Jannar 2015

    1. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu u post tal-avveniment kawżali

      (Regolament tal‑Kunsill Nru 44/2001, Artikolu 5(3))

    2. Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament Nru 44/2001 — Kompetenzi speċjali — Ġurisdizzjoni f’materji ta’ delitt jew kważi-delitt — Ksur allegat tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati minħabba t-tpoġġija fuq sit tal-internet ta’ ritratti protetti — Ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istat Membru tal-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu — Portata