Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0533

    AKT

    Kawża C‑533/13

    Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry

    vs

    Öljytuote ry

    u

    Shell Aviation Finland Oy

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2008/104/KE — Xogħol temporanju — Artikolu 4(1) — Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-użu ta’ ħaddiema temporanji — Ġustifikazzjonijiet — Raġunijiet ta’ interess ġenerali — Obbligu ta’ eżami mill-ġdid — Portata”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Marzu 2015

    Politika soċjali – Xogħol temporanju – Direttiva 2008/104 – Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-użu ta’ ħaddiema temporanji – Ġustifikazzjoni – Raġunijiet ta’ interess ġenerali – Obbligu ta’ eżami mill-ġdid – Portata

    (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/104, Artikolu 4(1))

    L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/104, dwar xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija, għandu jiġi interpretat fis-sens:

    li japplika biss għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, billi jimponi fuqhom l-obbligu ta’ eżami mill-ġdid sabiex tiġi żgurata n-natura ġġustifikata tal-eventwali projbizzjonijiet u restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ xogħol temporanju, u, għalhekk,

    li ma jimponix fuq il-qrati nazzjonali l-obbligu li ma jħallux mhux applikata kull dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tinkludi projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu ta’ ħaddiema temporanji li ma jkunux iġġustifikati minn raġunijiet ta’ interess ġenerali fis-sens tal-imsemmi Artikolu 4(1).

    Fil-fatt, l-Istati Membri huma liberi li jħassru l-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet li ma setgħux jiġu ġġustifikati taħt tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2008/104, jew jadattaw dawn tal-aħħar sabiex ikunu jistgħu, skont il-każ, jiġu ġġustifikati taħt l-imsemmija dispożizzjoni.

    (ara l-punti 30, 32 u d-dispożittiv)

    Top

    Kawża C‑533/13

    Auto- ja Kuljetusalan Työntekijäliitto AKT ry

    vs

    Öljytuote ry

    u

    Shell Aviation Finland Oy

    (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Työtuomioistuin)

    “Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Direttiva 2008/104/KE — Xogħol temporanju — Artikolu 4(1) — Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-użu ta’ ħaddiema temporanji — Ġustifikazzjonijiet — Raġunijiet ta’ interess ġenerali — Obbligu ta’ eżami mill-ġdid — Portata”

    Sommarju – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-17 ta’ Marzu 2015

    Politika soċjali — Xogħol temporanju — Direttiva 2008/104 — Projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet rigward l-użu ta’ ħaddiema temporanji — Ġustifikazzjoni — Raġunijiet ta’ interess ġenerali — Obbligu ta’ eżami mill-ġdid — Portata