Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CJ0656

    Sommarju tas-sentenza

    Kawża C‑656/11

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Koordinazzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Deċiżjoni tal-Kunsill — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 48 TFUE — Artikolu 79(2)(b) TFUE”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014

    Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Kriterji – Deċiżjoni 2011/863 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim KE‑Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali – Adozzjoni abbażi tal-Artikolu 48 TFUE – Legalità

    (Artikolu 48 TFUE; Ftehim KE-Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni, Artikolu 8, Anness II; Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/863)

    Fis-sistema ta’ kompetenzi tal-Unjoni, l-għażla ta’ bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att. Fid-dawl tal-kuntest li tagħmel parti minnu kif ukoll tal-kontenut u tal-għan tagħha, id-Deċiżjoni 2011/863, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali, setgħet tiġi adottata b’mod validu abbażi tal-Artikolu 48 TFUE.

    Fil-fatt, għal dak li jikkonċerna l-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, l-Artikolu 8 tal-Ftehim KE‑Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni jipproduċi d-dispożizzjonijiet li jinsabu attwalment fl-Artikolu 48(a) u (b) TFUE li huma intiżi sabiex jiżguraw, minn naħa, l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċji u fil-kalkolu tal-ammont tal-benefiċċji, tal-perijodi kollha meħuda inkunsiderazzjoni mid-diversi liġijiet nazzjonali differenti u, min-naħa l-oħra, il-ħlas tal-benefiċċji lil persuni li jirrisjedu fit-territorji tal-Istati Membri. Meta kkonkludiet tan il-ftehim, l-Unjoni estendiet għall-Konfederazzjoni Svizzera l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tagħha fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali.

    L-għan prinċipali tad-deċiżjoni kkontestata huwa, wara d-dħul fis-seħħ tal-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-Unjoni fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali, li taġġorna wkoll il-leġiżlazzjoni li ġiet estiża għall-Konfederazzjoni Svizzera mill-Ftehim KE‑Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni u li tkompli għalhekk iżżomm l-estensjoni tad-drittijiet soċjali favur ċittadini tal-Istati kkonċernati diġà maħsuba u effettwata mill-imsemmi Ftehim.

    (ara l-punti 47-56, 59, 63, 64)

    Top

    Kawża C‑656/11

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Koordinazzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni — Deċiżjoni tal-Kunsill — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 48 TFUE — Artikolu 79(2)(b) TFUE”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-27 ta’ Frar 2014

    Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Kriterji — Deċiżjoni 2011/863 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim KE‑Svizzera dwar il-moviment liberu tal-persuni fir-rigward tas-sostituzzjoni tal-Anness II ta’ ma’ dak il-Ftehim dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali — Adozzjoni abbażi tal-Artikolu 48 TFUE — Legalità