This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0521
Briels et
Briels et
Kawża C‑521/12
T. C. Briels et
vs
Minister van Infrastructuur en Milieu
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) u (4) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett — Miżuri kumpensatorji — Sit Natura 2000 ‘Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek’ — Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven’”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014
Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Żoni speċjali ta’ konservazzjoni – Obbligi tal-Istati Membri – Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq sit – Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett f’sit protett – Kundizzjoni – Assenza ta’ effett dannuż għall-integrità tas-sit – Evalwazzjoni li ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni miżuri kumpensatorji – Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza – Kundizzjonijiet – Miżura li tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ habitat ġdid intiż li jikkumpensa għat-telf tas-superfiċje u tal-kwalità ta’ dan l-istess tip ta’ habitat fuq sit protett
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3) u (4))
Ambjent – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Direttiva 92/43 – Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza – Miżuri kumpensatorji – Kunċett – Miżuri implementati f’sit Natura 2000 ieħor – Assenza ta’ effett fuq il-klassifikazzjoni ta’ miżuri kumpensatorji
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(4))
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li pjan jew proġett li ma huwiex direttament marbut jew neċessarju għat-tmexxija ta’ sit ta’ importanza Komunitarja, li għandu effetti negattivi fuq tip ta’ habitat naturali preżenti fuq dan tal-aħħar u li jipprevedi miżuri għall-iżvilupp ta’ medda ta’ daqs identiku jew superjuri ta’ dan it-tip ta’ habitat fuq dan is-sit, jaffettwa l-integrità tal-imsemmi sit. Jekk ikun il-każ, tali miżuri ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala “miżuri kumpensatorji”, fis-sens tal-paragrafu 4 ta’ dan l-artikolu, ħlief sa fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fih.
Fil-fatt, ċertament, l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni fil-kuntest tal-implementazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43 tirrikjedi mill-awtorità nazzjonali kompetenti li tevalwa l-implikazzjonijiet tal-imsemmi proġett għas-sit Natura 2000 ikkonċernat fid-dawl tal-għanijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit u filwaqt li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-miżuri ta’ protezzjoni mdaħħla fl-imsemmi proġett, intiżi li jevitaw jew inaqqsu l-effetti ħżiena possibbli kkawżati direttament fuq dan tal-aħħar, sabiex jiġi żgurat li ma jaffettwax ħażin l-integrità tal-imsemmi sit. Min-naħa l-oħra, xi miżuri ta’ protezzjoni previsti minn proġett intiżi li jikkumpensaw l-effetti negattivi tiegħu fuq sit Natura 2000 ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-effetti tal-imsemmi proġett, prevista fl-imsemmi Artikolu 6(3).
Issa, dan huwa l-każ tal-miżuri li, f’sitwazzjoni fejn l-awtorità nazzjonali kompetenti kkonstatat effettivament li l-proġett jista’ jkollu effetti sinjifikattivi negattivi, possibbilment fit-tul, fuq it-tip ta’ habitat protett tas-sit Natura 2000 ikkonċernat, jipprevedu l-iżvilupp futur ta’ medda ġdida ta’ daqs identiku jew superjuri ta’ dan it-tip ta’ habitat f’parti oħra ta’ dan is-sit, li ma hijiex direttament affettwata minn dan il-proġett.
Fil-fatt, dawn il-miżuri ma humiex intiżi la li jevitaw u lanqas li jnaqqsu l-effetti sinjifikattivi negattivi kkawżati direttament fuq dan it-tip ta’ habitat mill-proġett, iżda huma intiżi li jikkumpensaw sussegwentement dawn l-effetti. F’dan il-kuntest, huma ma jistgħux jiggarantixxu li l-proġett ma jaffettwax ħażin l-integrità tal-imsemmi sit, fis-sens tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 92/43.
Barra minn hekk, bħala regola ġenerali, l-effetti pożittivi possibbli tal-iżvilupp futur ta’ habitat ġdid, intiż li jikkumpensa għat-telf tas-superfiċje u tal-kwalità ta’ dan l-istess tip ta’ habitat fuq sit protett, minkejja li ta’ żona ikbar u ta’ kwalità itjeb, huma biss diffiċilment prevedibbli u, fi kwalunkwe każ, ikunu viżibbli biss wara xi snin. Konsegwentement, dawn ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista f’din id-dispożizzjoni.
Fl-aħħar, l-effett utli tal-miżuri ta’ protezzjoni previsti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43 huwa intiż li jevita li, permezz ta’ miżuri msemmija “mitiganti”, iżda li jikkorrispondu fir-realtà għal miżuri kumpensatorji, l-awtorità nazzjonali kompetenti tevita l-proċeduri speċifiċi stabbiliti f’dan l-artikolu billi tawtorizza, skont il-paragrafu 3 tiegħu, proġetti li jaffettwaw ħażin l-integrità tas-sit ikkonċernat. Issa, huwa biss meta, minkejja l-konklużjonijiet negattivi tal-evalwazzjoni li tkun twettqet skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(3) tal-imsemmija direttiva, pjan jew proġett irid isir xorta waħda għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza, inklużi dawk ta’ tip soċjali jew ekonomiku, u meta ma tkun teżisti ebda soluzzjoni alternattiva li l-Istat Membru għandu jieħu l-miżuri kumpensatorji kollha meħtieġa biex jiżgura li tkun protetta l-koerenza globali ta’ Natura 2000, fil-kuntest tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva.
(ara l-punti 28-34, 39 u d-dispożittiv)
Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, il-fatt li l-miżuri previsti huma implementati fuq is-sit Natura 2000 ikkonċernat ma għandux effett fuq il-klassifikazzjoni possibbli tagħhom bħala miżuri “kumpensatorji”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni. Fil-fatt, l-Artikolu 6(4) tad-Direttiva jipprevedi kull miżura kumpensatorja adatta sabiex tipproteġi l-koerenza globali tan-network Natura 2000 kemm jekk tiġi implementata fi ħdan is-sit affettwat jew f’sit ieħor ta’ dan in-network.
(ara l-punt 38)
Kawża C‑521/12
T. C. Briels et
vs
Minister van Infrastructuur en Milieu
[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Direttiva 92/43/KEE — Artikolu 6(3) u (4) — Konservazzjoni tal-habitats naturali — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett — Awtorizzazzjoni għal pjan jew għal proġett fuq sit protett — Miżuri kumpensatorji — Sit Natura 2000 ‘Vlijmens Ven, Moerputten & Bossche Broek’ — Proġett tar-rotta tal-awtostrada A2 ‘’s-Hertogenbosch-Eindhoven’”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2014
Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Żoni speċjali ta’ konservazzjoni — Obbligi tal-Istati Membri — Evalwazzjoni tal-effetti ta’ proġett fuq sit — Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett f’sit protett — Kundizzjoni — Assenza ta’ effett dannuż għall-integrità tas-sit — Evalwazzjoni li ma tistax tieħu inkunsiderazzjoni miżuri kumpensatorji — Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza — Kundizzjonijiet — Miżura li tikkonsisti fl-iżvilupp ta’ habitat ġdid intiż li jikkumpensa għat-telf tas-superfiċje u tal-kwalità ta’ dan l-istess tip ta’ habitat fuq sit protett
(Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3) u (4))
Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett fuq sit protett għal raġunijiet imperattivi ta’ interess pubbliku li jieħu preċedenza — Miżuri kumpensatorji — Kunċett — Miżuri implementati f’sit Natura 2000 ieħor — Assenza ta’ effett fuq il-klassifikazzjoni ta’ miżuri kumpensatorji