This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CJ0475
UPC DTH
UPC DTH
Kawża C‑475/12
UPC DTH Sàrl
vs
Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék)
“Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Article 56 TFUE –Direttiva 2002/21/KE — Provvista transkonfinali ta’ pakkett ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni — Aċċess kundizzjonali — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Reġistrazzjoni — Obbligu ta’ stabbiliment”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Qafas regolatorju – Direttiva 2002/21– Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae – Provvista transkonfinali ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni – Inklużjoni – Servizz flimkien ma’ sistema ta’ aċċess kundizzjonali – Assenza ta’ effett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, Artikolu 2(ċ), (ea) u (f))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Qafas regolatorju – Direttiva 2002/21 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae – Operatur li jipprovdi, bi ħlas, aċċess kundizzjonali għal pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni – Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140)
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Dispożizzjonijiet tat-Trattat – Kamp ta’ applikazzjoni – Servizzi transkonfinali ta’ xandir radjufoniku u awdjoviżiv trażmess bis-satellita – Inklużjoni
(Artikolu 56 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Awtorizzazzjoni –Direttiva 2002/20 – Sorveljanza tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Rikonoxximent, fl-Istat destinatarju tal-imsemmija servizzi, tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni meħuda fl-Istat ta’ trażmissjoni – Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat destinatarju
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, kif emendata bid-Direttiva 2009/140)
Domandi preliminari – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja – Limiti – Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli – Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Libertà li jiġu pprovduti servizzi – Restrizzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Servizzi transkonfinali ta’ xandir radjufoniku u awdjoviżiv trażmess bis-satellita – Rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-fornitur mal-awtoritajiet tal-Istat destinatarju tas-servizzi – Ammissibbiltà – Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju ta’ dan l-Istat – Inammissibbiltà
(Artikoli 52 TFUE, 56 TFUE u 62 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, kif emendata bid-Direttiva 2009/140)
L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz li jikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u televiżiv jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “sevizzi [servizz] ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.
Il-fatt li dan is-servizz jinkludi sistema ta’ aċċess kundizzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(ea) u (f) tad-Direttiva huwa irrilevanti f’dan ir-rigward. Fil-fatt, fis-sitwazzjonijiet kollha fejn l-operatur tas-sistema ta’ aċċess kundizzjonali huwa, fl-istess ħin, il-fornitur tas-servizz ta’ xandir ta’ programmi tar-radju jew tat-televiżjoni, dan huwa servizz unifikat li fil-kuntest tiegħu l-provvista tas-servizz tar-radju jew tat-televiżjoni tikkostitwixxi l-element ċentrali tal-attività mwettqa mill-imsemmi operatur, filwaqt li s-sistema ta’ aċċess kundizzjonali hija l-element anċillari. Fid-dawl tan-natura anċillari tagħha, sistema ta’ aċċess kundizzjonali tista’ tkun marbuta ma’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li l-għan tiegħu huwa x-xandir ta’ programmi tar-radju jew tat-televiżjoni, mingħajr madankollu ma dan is-servizz jitlef l-istatus ta’ servizz ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi.
(ara l-punti 51, 52, 58 u d-dispożittiv 1)
Operatur li jipprovdi, bi ħlas, aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u televiżiv għandu jitqies li huwa fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, fid-dawl tad-Direttiva 2002/21, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, kif emendata bid-Direttiva 2009/140.
(ara l-punt 58 u d-dispożittiv 1)
Servizz li jikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u awdjoviżiv jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE. Fil-fatt, sakemm id-dritt tal-Unjoni ma jkunx wettaq armonizzazzjoni kompleta tas-settur tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE f’dak li jirrigwarda l-aspetti mhux koperti mill-qafas regolatorju tal-Unjoni applikabbli għall-imsemmija servizzi.
(ara l-punti 70, 78 u d-dispożittiv 2)
Il-proċeduri ta’ sorveljanza relatati mas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħas-sistemi, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u televiżiv, jaqgħu taħt l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih jirrisjedu d-destinatarji tal-imsemmija servizzi.
Fil-fatt, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, id-Direttiva 2002/20, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, ma tipprovdi ebda obbligu għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni meħuda fl-Istat li minnu jiġu pprovduti s-servizzi kkonċernati. Għaldaqstant, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jirrisjedu d-destinatarji tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi jista’ jissuġġetta l-provvista ta’ dawn is-servizzi għal ċerti kundizzjonijiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva.
(ara l-punti 86‑88 u d-dispożittiv 3)
Ara t-test tad-deċiżjoni.
(ara l-punti 92, 93)
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:
— |
ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu fuq l-impriżi li jipprovdu fit-territorju tagħhom servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi l-obbligu li jirreġistraw dawn is-servizzi, kif tippermetti espressament id-Direttiva 2002/20, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, sakemm jaġixxu b’osservanza tar-rekwiżiti ddefiniti fl-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, u |
— |
min-naħa l-oħra, jipprekludi li l-impriżi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fi Stat Membru differenti minn dak li fit-territorju tiegħu huma stabbiliti, ikunu obbligati joħolqu, f’dak l-Istat, fergħa jew entità ġuridika distinta minn dik li tinsab fl-Istat Membru ta’ trażmissjoni. Fil-fatt, obbligu ta’ stabbiliment huwa n-negazzjoni nfisha tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-konsegwenza tiegħu hija li l-Artikolu 56 TFUE jiġi mċaħħad mill-effettività kollha tiegħu. (ara l-punti 100, 104, 106 u d-dispożittiv 4) |
Kawża C‑475/12
UPC DTH Sàrl
vs
Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék)
“Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Article 56 TFUE –Direttiva 2002/21/KE — Provvista transkonfinali ta’ pakkett ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni — Aċċess kundizzjonali — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Reġistrazzjoni — Obbligu ta’ stabbiliment”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Qafas regolatorju — Direttiva 2002/21– Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Provvista transkonfinali ta’ pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni — Inklużjoni — Servizz flimkien ma’ sistema ta’ aċċess kundizzjonali — Assenza ta’ effett
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, Artikolu 2(ċ), (ea) u (f))
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Qafas regolatorju — Direttiva 2002/21 — Kamp ta’ applikazzjoni ratione personae — Operatur li jipprovdi, bi ħlas, aċċess kundizzjonali għal pakkett bażiku ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni — Inklużjoni
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140)
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Dispożizzjonijiet tat-Trattat — Kamp ta’ applikazzjoni — Servizzi transkonfinali ta’ xandir radjufoniku u awdjoviżiv trażmess bis-satellita — Inklużjoni
(Artikolu 56 TFUE)
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Awtorizzazzjoni –Direttiva 2002/20 — Sorveljanza tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Rikonoxximent, fl-Istat destinatarju tal-imsemmija servizzi, tad-deċiżjonijiet ta’ awtorizzazzjoni meħuda fl-Istat ta’ trażmissjoni — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat destinatarju
(Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/20, kif emendata bid-Direttiva 2009/140)
Domandi preliminari — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Limiti — Domandi manifestament irrilevanti u domandi ipotetiċi magħmula f’kuntest li jeskludi risposta utli — Domandi mhux relatati mas-suġġett tat-tilwima fil-kawża prinċipali
(Artikolu 267 TFUE)
Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Restrizzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Servizzi transkonfinali ta’ xandir radjufoniku u awdjoviżiv trażmess bis-satellita — Rekwiżit tar-reġistrazzjoni tal-fornitur mal-awtoritajiet tal-Istat destinatarju tas-servizzi — Ammissibbiltà — Rekwiżit ta’ stabbiliment fit-territorju ta’ dan l-Istat — Inammissibbiltà