Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0568

Data Medical Service

Kawża C‑568/13

Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze

vs

Data Medical Service srl

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50/KEE — Artikoli 1(c) u 37 — Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1(8) u l-Artikolu 55 — Kunċetti ta’ ‘fornitur ta’ servizz’ u ta’ ‘operatur ekonomiku’ — Sptar universitarju pubbliku — Stabbiliment li għandu personalità ġuridika kif ukoll l-awtonomija ta’ impriża u ta’ organizzazzjoni — Attività prinċipalment mhux għal profitt — Għan istituzzjonali li jiġu offruti servizzi ta’ saħħa — Possibbiltà li jiġu offruti servizzi analogi fis-suq — Ammissjoni għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni ta’ sptar pubbliku li jista’ jipprovdi ċerti servizzi fis-suq milli jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku fir-rigward tal-istess servizzi – Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 92/50, Artikoli 1(a) u (c), u 26(2))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi – Direttiva 92/50 – Għoti ta’ kuntratti – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ offerenti li jibbenefikaw minn finanzjamenti pubbliċi li jippermettulhom jagħmlu offerti aħjar mill-kompetituri – Ammissibbiltà – Kundizzjoni – Obbligu ta’ eżami mill-awtorità kontraenti tan-natura anormalment baxxa tal-offerta – Portata – Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni

    (Direttiva tal-Kunsill 92/50, Artikolu 37)

  1.  L-Artikolu 1(c) tad-Direttiva 92/50/KEE, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-parteċipazzjoni ta’ sptar pubbliku fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, minħabba l-kwalità tiegħu bħala organiżmu pubbliku ekonomiku, jekk u sa fejn dan l-isptar huwa awtorizzat jopera fis-suq b’mod konformi mal-għanijiet istituzzjonali u legali tiegħu.

    Fil-fatt, kemm mir-regoli tal-Unjoni kif ukoll mill-ġurisprudenza jirriżulta li tista’ tippreżenta offerta jew tkun kandidata kull persuna jew entità li, fid-dawl tal-kundizzjonijiet imsemmija f’avviż ta’ kuntratt, tqis ruħha li hija adatta biex tiżgura l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt, indipendentement mill-istatus tagħha, taħt il-liġi privata jew il-liġi pubblika, kif ukoll mill-kwistjoni jekk hijiex sistematikament attiva fis-suq jew jekk tintervjenix biss b’mod okkażjonali. F’dan ir-rigward, kif jirriżulta mill-kliem tal-Artikolu 26(2) tad-Direttiva 92/50, l-Istati Membri għandhom, ċertament, diskrezzjoni li jippermettu jew le lil ċerti kategoriji ta’ operaturi ekonomiċi sabiex jipprovdu ċerti servizzi u jistgħu, b’mod partikolari, jawtorizzaw jew le lil tali entitajiet sabiex joperaw fis-suq skont jekk l-attività inkwistjoni hijiex kompatibbli jew le mal-għanijiet istituzzjonali u statutorju tagħhom. Madankollu, għalkemm u sa fejn tali entitajiet huma intitolati li joffru ċerti servizzi bi ħlas fis-suq, anki jekk b’mod okkażjonali, l-Istati Membri ma jistgħux jipprekluduhom milli jipparteċipaw fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi li jirrigwardaw il-provvista tal-istess servizzi. Fil-fatt, tali projbizzjoni ma tkunx kompatibbli mal-Artikolu 1(a) u (c) tad-Direttiva 92/50.

    (ara l-punti 35, 36, 38 u d-dispożittiv 1)

  2.  Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/50, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku, u b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali tal-kompetizzjoni libera, ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità li jsostnu lil din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil sptar pubbliku li jipparteċipa f’sejħa għal offerti milli jippreżenta offerta li ħadd ma jista’ jikkompeti magħha, minħabba l-finanzjamenti pubbliċi li jibbenefika minnhom. Madankollu, fil-kuntest tal-eżami tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta abbażi tal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, l-awtorità kontraenti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ finanzjament pubbliku li jibbenefika minnu tali stabbiliment fir-rigward tal-fakultà li tiċħad din l-offerta.

    F’dan ir-rigward, huwa minnu li, f’xi ċirkustanzi partikolari, l-awtorità kontraenti għandha l-obbligu, jew almenu l-possibbiltà, li tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ sussidji, u b’mod partikolari ta’ għajnuna mhux konformi mat-Trattat, sabiex, jekk ikun il-każ, teskludi lill-offerenti li jibbenefikaw minnhom. Madankollu, l-Artikolu 37 tad-Direttiva 92/50 ma fihx definizzjoni tal-kunċett ta’ offerta anormalment baxxa, b’hekk, huma l-Istati Membri u, b’mod partikolari l-awtoritajiet kontraenti li għandhom jiddeterminaw il-metodu ta’ kalkolu ta’ livell minimu ta’ anomalija li jikkostitwixxi offerta anormalment baxxa fis-sens ta’ dan l-Artikolu. F’dan ir-rigward, l-awtorità kontraenti tista’, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta, bil-għan li tiżgura kompetizzjoni b’saħħitha, tieħu inkunsiderazzjoni mhux biss iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 92/50, iżda anki l-elementi rilevanti kollha fir-rigward tal-provvista inkwistjoni.

    Barra minn hekk, il-fatt li l-istabbiliment pubbliku kkonċernat għandu kontabbiltà separata bejn l-attivitajiet tiegħu eżerċitati fil-kuntratt u l-attivitajiet l-oħra tiegħu jista’ jippermetti li jiġi vverifikat jekk offerta tkunx anormalment baxxa minħabba element ta’ għajnuna mill-Istat. Madankollu, min-nuqqas ta’ tali separazzjoni kontabbli, l-awtorità kontraenti ma tistax tikkonkludi li tali offerta saret possibbli bil-kisba ta’ sussidju jew ta’ għajnuna mill-Istat mhux konformi mat-Trattat.

    (ara l-punti 44, 45, 49-51 u d-dispożittiv 2)

Top

Kawża C‑568/13

Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze

vs

Data Medical Service srl

(talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Consiglio di Stato)

“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50/KEE — Artikoli 1(c) u 37 — Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1(8) u l-Artikolu 55 — Kunċetti ta’ ‘fornitur ta’ servizz’ u ta’ ‘operatur ekonomiku’ — Sptar universitarju pubbliku — Stabbiliment li għandu personalità ġuridika kif ukoll l-awtonomija ta’ impriża u ta’ organizzazzjoni — Attività prinċipalment mhux għal profitt — Għan istituzzjonali li jiġu offruti servizzi ta’ saħħa — Possibbiltà li jiġu offruti servizzi analogi fis-suq — Ammissjoni għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014

  1. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50 — Esklużjoni mill-parteċipazzjoni f’kuntratt — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-esklużjoni ta’ sptar pubbliku li jista’ jipprovdi ċerti servizzi fis-suq milli jipparteċipa fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku fir-rigward tal-istess servizzi — Inammissibbiltà

    (Direttiva tal-Kunsill 92/50, Artikoli 1(a) u (c), u 26(2))

  2. Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi — Direttiva 92/50 — Għoti ta’ kuntratti — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-parteċipazzjoni ta’ offerenti li jibbenefikaw minn finanzjamenti pubbliċi li jippermettulhom jagħmlu offerti aħjar mill-kompetituri — Ammissibbiltà — Kundizzjoni — Obbligu ta’ eżami mill-awtorità kontraenti tan-natura anormalment baxxa tal-offerta — Portata — Elementi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni