This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62013CJ0542
M'Bodj
M'Bodj
Kawża C‑542/13
Mohamed M’Bodj
vs
État belge
[talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 19(2) — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 15(b) — Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu — Artikolu 3 — Regoli iktar favorevoli — Applikant li jbati minn marda serja — Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini — Artikolu 28 — Protezzjoni soċjali — Artikolu 29 — Kura tas-saħħa”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja – Direttiva 2004/83 – Kundizzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni sussidjarja – Artikoli 2(e) u 15(b) – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jbatu minn marda serja fl-assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom – Persuna li ma tiċċaħħadx intenzjonalment mill-kura fil-pajjiż ta’ oriġini – Leġiżlazzjoni li ma tikkostitwixxix regola iktar favorevoli fis-sens tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva – Esklużjoni tal-protezzjoni sussidjarja – Inapplikabbiltà tal-Artikoli 28 u 29 tal-imsemmija direttiva
(Direttiva tal-Kunsill 2004/83, Artikoli 2(e), 3, 15(b), 18, 28 u 29)
L-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva 2004/83, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqrija flimkien mal-Artikoli 2(e), 3, 15 u 18 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ma huwiex marbut jipprovdi l-protezzjoni soċjali u l-kura tas-saħħa, previsti f’dawn l-artikoli, lil ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa awtorizzat jirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ residenza, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ barrani li jsofri minn marda li timplika riskju serju għall-ħajja tiegħu jew għall-integrità fiżika tiegħu jew għal trattament inuman jew degradanti, meta ma jkun jeżisti ebda trattament adatt fil-pajjiż tal-oriġini ta’ dan il-barrani jew fil-pajjiż terz fejn kien jirrisjedi qabel, sakemm l-imsemmi barrani ma jiċċaħħadx intenzjonalment mill-kura f’dan il-pajjiż.
Fil-fatt, il-perikolu serju ddefinit fl-Artikolu 15(b) tad-Direttiva 2004/83 ma jkoprix tali sitwazzjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva jipprekludi li Stat Membru jadotta jew iżomm fis-seħħ dispożizzjonijiet li jagħtu l-istatus ta’ persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja, prevista fl-imsemmija direttiva, lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jsofri minn marda serja, minħabba riskju ta’ deterjorament tal-istat ta’ saħħa tiegħu li jirriżulta min-nuqqas ta’ trattament adatt fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, peress li tali dispożizzjonijiet ma humiex kompatibbli ma’ din id-direttiva. Fil-fatt, l-għoti tal-istatus, previsti fid-Direttiva 2004/83, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’sitwazzjonijiet li ma jkollhom ebda rabta mal-loġika tal-protezzjoni internazzjonali, ikun imur kontra l-istruttura ġenerali u l-għanijiet tal-imsemmija direttiva. Isegwi li tali leġiżlazzjoni nazzjonali ma tistax titqies, għall-finijiet tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, li hija regola iktar favorevoli sabiex jiġi deċiż liema huma l-persuni li jistgħu jibbenefikaw mill-protezzjoni sussidjarja. Għaldaqstant, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw awtorizzazzjoni ta’ residenza bis-saħħa ta’ tali leġiżlazzjoni ma humiex benefiċjarji tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja, li fir-rigward tagħhom ikunu japplikaw l-Artikoli 28 u 29 tal-imsemmija direttiva. Barra minn hekk, l-għoti minn Stat Membru ta’ dan l-istatus ta’ protezzjoni nazzjonali, għal raġunijiet oħra għajr il-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(a) ta’ din id-direttiva, jiġifieri fuq bażi diskrezzjonarja u b’kumpassjoni jew għal raġunijiet umanitarji, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, kif stabbilit fil-premessa 9 tal-imsemmija direttiva.
(ara l-punti 41, 43-47 u d-dispożittiv)
Kawża C‑542/13
Mohamed M’Bodj
vs
État belge
[talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju)]
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 19(2) — Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja — Artikolu 15(b) — Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu — Artikolu 3 — Regoli iktar favorevoli — Applikant li jbati minn marda serja — Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini — Artikolu 28 — Protezzjoni soċjali — Artikolu 29 — Kura tas-saħħa”
Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014
Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Politika tal-ażil — Status ta’ refuġjat jew status mogħti mill-protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2004/83 — Kundizzjonijiet meħtieġa għall-protezzjoni sussidjarja — Artikoli 2(e) u 15(b) — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jbatu minn marda serja fl-assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom — Persuna li ma tiċċaħħadx intenzjonalment mill-kura fil-pajjiż ta’ oriġini — Leġiżlazzjoni li ma tikkostitwixxix regola iktar favorevoli fis-sens tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva — Esklużjoni tal-protezzjoni sussidjarja — Inapplikabbiltà tal-Artikoli 28 u 29 tal-imsemmija direttiva