Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013CJ0081

    Ir-Renju Unit vs Il-Kunsill

    Kawża C‑81/13

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 48 TFUE — Artikolu 79(2)(b) TFUE — Artikolu 217 TFUE”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014

    Atti tal-istituzzjonijiet – Għażla tal-bażi legali – Kriterji – Deċiżjoni 2012/776 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Adozzjoni unikament fuq il-bażi tal-Artikolu 48 TFUE – Inammissibbiltà – Bażi legali adatta – Artikoli 48 TFUE u 217 TFUE – Assenza ta’ effett tal-ommissjoni fuq il-validità tad-deċiżjoni

    (Artikoli 48 TFUE, 79(2)(b) TFUE, 217 TFUE u 218(8) u (9) TFUE; Protokoll Nru 21 anness mat-Trattati UE u FUE; Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE — Turkija; Regolamenti tal-Kunsill Nru 1408/71 u Nru 574/72; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/776)

    L-għażla tal-bażi legali ta’ att tal-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom hemm, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta’ dan l-att. F’dan ir-rigward, hija irrilevanti l-bażi legali użata għall-adozzjoni ta’ atti oħra tal-Unjoni li, jekk ikun il-każ, ikollhom karatteristiċi simili, peress li d-determinazzjoni tal-bażi legali ta’ att għandha ssir skont l-għan u l-kontenut tiegħu. Min-naħa l-oħra, il-kuntest tal-att inkwistjoni jista’ jkun rilevanti għall-għażla tal-bażi legali tiegħu.

    Fir-rigward tad-Deċiżjoni 2012/776, dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni stabbilit permezz tal-Ftehim li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, fir-rigward tal-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali, din ma setgħetx validament tiġi adottata biss fuq il-bażi tal-Artikolu 48 TFUE, peress li ttieħdet fil-kuntest ta’ ftehim ta’ assoċjazzjoni u hija intiża li tadotta miżuri ta’ koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali. Fil-fatt, bħala regola ġenerali huwa biss fil-kamp tal-politika u tal-azzjonijiet interni tal-Unjoni jew tal-azzjonijiet esterni marbuta ma’ pajjiżi terzi li jistgħu jiġu assimilati ma’ Stat Membru tal-Unjoni li dan l-artikolu jawtorizza lill-Unjoni biex tadotta miżuri f’dan il-qasam. Issa, il-Ftehim KEE-Turkija la għandu l-għan li jwettaq bl-iktar mod sħiħ possibbli l-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital bejn il-partijiet kontraenti, b’mod li s-suq intern imwettaq fit-territorju tal-Unjoni jiġi estiż għat-Turkija u lanqas li jwettaq bejn dawn il-partijiet il-moviment liberu tal-persuni, u ma jestendix għat-Turkija l-moviment liberu tal-ħaddiema stabbilit fi ħdan l-Unjoni. Barra minn hekk, jidher li l-partijiet kontraenti tal-Ftehim KEE-Turkija ma ridux japplikaw bejniethom l-integralità tar-Regolamenti Nri 1408/71, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità u 574/72, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, u li t-Turkija ma tistax tiġi assimilata ma’ Stat Membru għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti.

    Barra minn hekk, l-Artikolu 79(2)(b) TFUE ma jistax jikkostitwixxi bażi għall-adozzjoni ta’ miżura bħalma hija d-Deċiżjoni 2012/776, peress li, fid-dawl tal-kuntest partikolari tagħha, hija għandha skop differenti dak tal-politika komuni tal-immigrazzjoni.

    Minn dan isegwi li l-bażi legali tad-Deċiżjoni 2012/776 hija żbaljata inkwantu l-Artikolu 217 TFUE ma ġiex inkluż. Madankollu, l-iżball imwettaq fil-preambolu tad-deċiżjoni kkontestata jikkostitwixxi żball purament formali li ma jwassalx għall-annullament tagħha peress li, skont id-dispożizzjonijiet meħuda flimkien tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) TFUE u tal-Artikolu 218(9) TFUE, l-Kunsill kellu, fi kwalunkwe każ, jadotta d-Deċiżjoni 2012/776 b’deċiżjoni meħuda bil-maġġoranza kwalifikata u mingħajr approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, l-ommissjoni tal-Artikolu 217 TFUE hija mingħajr konsegwenza fid-dawl tal-Protokoll Nru 21.

    (ara l-punti 35, 36, 38, 46, 50, 57-59, 63, 64, 66, 67)

    Top

    Kawża C‑81/13

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

    vs

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    “Rikors għal annullament — Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 48 TFUE — Artikolu 79(2)(b) TFUE — Artikolu 217 TFUE”

    Sommarju — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014

    Atti tal-istituzzjonijiet — Għażla tal-bażi legali — Kriterji — Deċiżjoni 2012/776 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni dwar il-koordinazzjoni tas-sistema ta’ sigurtà soċjali fil-kuntest tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija — Adozzjoni unikament fuq il-bażi tal-Artikolu 48 TFUE — Inammissibbiltà — Bażi legali adatta — Artikoli 48 TFUE u 217 TFUE — Assenza ta’ effett tal-ommissjoni fuq il-validità tad-deċiżjoni